Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Wirja fil-Belt Valletta tesibixxi uniformijiet tas-servizz ċivili mis-sekli 19 u 20 Il-wirja 'Mediterranean Gardens' ta' Kenneth Zammit Tabona tintwera fil-Phoenicia sal-aħħar ta' Diċembru Fis-6 ta' Diċembru, Civil Splendour fetħet fil-Malta Postal Museum & Arts Hub fil-Belt Valletta. Din il-wirja eleganti tesibixxi l-ilbies lussuż li kienu jilbsu l-awtoritajiet kolonjali u l-persunal pubbliku fiż-żminijiet tal- passat. Il-wirja toffri lill-pubbliku ċans uniku biex jaraw l-uniformijiet ċivili li libsu l-uffiċjali Brittaniċi u kolonjali għall- okkażjonijiet statali matul is-sekli 19 u 20. Tipprovdi wkoll ħarsa lejn dawk l-uniformijiet kontemporanji li rari jidhru fil-Qorti ta' San Ġakbu llum il- ġurnata. Il-ministri tal-kabinett kienu l-ewwel li adottaw l-uniformijiet ċivili, li malajr infirxu madwar l-Imperu Brittaniku bħala n-norma għall-ilbies tal- ħaddiema taċ-ċivil. Il-wirja turi l-ħames gradazzjonijiet tal-uniformi tas-seklu 19, flimkien mat-trasformazzjoni tagħha fl-uniformi tas-servizz barrani tal-1950 u tad-deċennju tal-ħamsinijiet. Din l-uniformi għadha tintuża sal-lum, għalkemm hi ristretta għall-ambaxxaturi u l-Marixxall u l-Viċi Marixxall tal-Korp Diplomatiku. Fost l-uniformijiet għall-wiri hemm dik tal-Gvernatur Ġenerali, it-Tropical White uniform tas-Servizzi Kolonjali, e Royal Company of Archers, kif ukoll il-Field Dress u l-Full Dress uniforms li kienu jilbsu l-bodyguards tar-Re għall-Iskozja. Barra minn hekk, hemm l-Alternative Dress Coronation Robe tal- Inkurunazzjoni Robe għall-Baronessa, li libset il-Baronessa Delamere għall- inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II fl-1952. Civil Splendour se tibqa' miuħa fil- Malta Postal Museum & Arts Hub fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, sas-26 ta' Jannar 2024. Il-wirja tkun miuħa mit- Tnejn sal-Ġimgħa mill-10 am sal-4 pm, imbagħad mill-10 am sas-2 pm nhar is- Sibt. Barra minn hekk, il-kuratur ikun preżenti kull nhar ta' Ħamis fit-3 pm biex jagħti żjarat gwidati tal-wirja! Din il-wirja tappella lil kulħadd, kemm jekk int dilettant tal-istorja, dilettant tal-moda, jew sempliċement interessat titgħallem xi ħaġa żgħira dwar il-passat affaxxinanti ta' dawn l-uniformijiet! Matul ix-xahar kollu ta' Diċembru, l-aktar wirja riċenti tal-artist rinomat Kenneth Zammit Tabona, 'Mediterranean Gardens', qed tiġi mtellgħa fil-Lukanda Phoenicia fil-Belt Valletta. Din il-kollezzjoni ta' xogħlijiet qed tiġi murija fil-Palm Court Lounge, bħala parti mill- programm 'Artist in Residence' tal-lukanda. Fl-2012, Zammit Tabona sar il- fundatur u d-direttur kreattiv tal- Valletta International Baroque Festival. Huwa sar l-ewwel direttur artistiku tat-Teatru Manoel fl-2015, fejn ħa ħsieb l-avvenimenti kollha li jvarjaw minn solo recitals għal chamber music u l-opra. Imbagħad, waqqaf e Monteverdi Project u e Valletta Baroque Ensemble bil-ħsieb li jġib l-attenzjoni għax- xogħlijiet ta' kompożituri Taljani u Maltin mis-seklu 17 u 18. Huwa wkoll involut profondament fix- xena tal-arti lokali. Bħala artist, huwa primarjament rikonoxxut bħala akkwarellist u illustratur tal- kotba b'ħafna wirjiet fir-resum tiegħu. Il-pitturi tiegħu jinsabu f 'kollezzjonijiet notevoli, kemm f 'Malta, kif ukoll barra minn Malta, bħal Berlaymont f 'Bruxelles. Ix-xogħlijiet tiegħu dejjem jinkapsulaw is-sbuħija ta' pajjiżna. Tista' tgħid li l-ilwien qawwija u forom uniċi huma d-daqqa u l-firma tipika tiegħu. Il-wirja se tippreżenta l-konċepiment tal-ġnien ideali Mediterranju ta' Zammit Tabona, li huwa bbażat fuq ġonna li immaġina, kif ukoll dawk li hu familjari magħhom. Kull pittura għandha skema ta' kuluri b'tonalità qawwija ta' roża u vjola li ġġiegħel lill-osservatur jesplora d-dettall tal-ġonna. Din il-ġabra ta' pitturi tal-ġonna tirrifletti l-passjoni li għandu għan-natura. 'Mediterranean Gardens' se tibqa' miuħa f 'e Phoenicia fil-Belt Valletta kuljum mit-8.30 am sal-10.30 pm. Il-wirja tagħlaq fl-1 ta' Jannar, meta l-wirja tal- akkwarelli ta' Carmel Serracino 'Across the Harbour' tieħu postha għax-xahar ta' Jannar. Imbagħad, se tkun segwita mis-sensiela ta' pitturi taż-żejt ta' Lena Maria Ludes 'Beyond the flawless: Embracing the imperfect beauty of humanity.' Dr Charlene Vella hija l-kuratur ta' dawn it-tliet wirjiet.