Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H awn ħafna pożi u dikjarazz- jonijiet solenni li meta tifli- hom min ma jkunx tal-mist- jier ma jifhem assolutament xejn. Hawn ħafna kummidjanti fil-media u ħafna double standards. Qed nirreferu hawn għal dawk is-siti li min jikteb fihom għandu skop malinn, tilef kawżi fil-Qorti fuq gideb u wkoll kien informa lil dak li allegatament kien involut fi qtil ta' ġurnalista biex jaħrab mill-pulizija. U minkejja kollox, ħaġa tal- iskantament, ħadd minn dawk li jdoqqu t-trombi għal din il-ġurnalista ma ssiblu xi kliem ta' disprezz u kritika. Anzi l-oppost. U qed ngħidu dan wara li l-Ġimgħa kien hemm ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-futur tal-media fl-Ewropa. Din id-dikjarazzjoni turi l-mod kif l-Ewropa tħares lejn l-importanza tal- ġurnaliżmu u l-indipendenza tal-media. Waqt id-diskussjoni kien hemm intoppi fuq kif għandu jkun hemm sorveljanza fuq il-ġurnalisti. Intlaħaq kompromess li dan jintuża biss f 'każijiet speċjali. Tant hu hekk li fil-laqgħa li kellha mal-kbarat u mal-kapijiet tal-Istat, anke l-President Ewropew u d-Deputata Parlamentari Maltija Roberta Metsola qalet (skont il-gazzetta awtorevoli Politico) li tifhem li f 'ċerti każijiet fil- pajjiż ma jkunx possibbli li tiġi evitata xi sorveljanza ta' ġurnalisti. Infatti din is-sena kien hemm każijiet partikolari ġewwa l-Bulgarija u anke ġewwa l-Litwanja fejn ġurnalisti ġew indagati minħabba konnessjoni mal- forzi sigrieti Russi u mkeċċija mill- pajjiż. Fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il- gwerer, id-droga u l-kriminalità, il-forzi tas-sigurtà se jibqa' jkollhom il-poter. Bħalma kellhom xi snin ilu meta ntwera li ġurnalist ta' gazzetta ewlenija informa allegat kriminal li kien se jiġi arrestat mill-pulizija. U allajbierek, dan il-ġurnalist, wara li tkeċċa minn fejn kien jaħdem, illum qed jikteb mingħajr isem għal pjattaforma li llum tippreżenta lilha nnifsha bħala xempju ta' ġurnaliżmu safi. Il-Media Defamation Act huwa pass importanti ħafna. Iżda bħalma ngħidu u jgħidu sħabna fil-media barranija, jekk mhux se jkun hemm strutturi finanzjarji u fiskali biex jiġu kkastigati permezz ta' ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (qed ngħidu għal Google u Facebook), il-futur tal-media kif nafuha se tispiċċa llum qabel iż- żmien. U jekk ma jkunx hemm għajnuna biex il-media tiffunzjona b'ċerti standards mela daqt nispiċċaw f 'xena fejn ikollna biss bloggers, pjattaformi mingħajr kontroll u media soċjali bbażati fuq il- click bait. Wara l-kwinti