MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Żgħażagħ Maltin fil-politika Luigi Sghendo iltaqa ma' tlett żgħażagħ impenjati fil-politika, staqsihom għalfejn għażlu dan l-impenn Nicole Portelli hija studenta u kandidata għall-kunsill lokali ta' Ħ'Attard. Hija tifforma parti mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. X'qanqallek l-interess li tingħaqad ma' moviment politiku jew li tkun involuta fil-politika f 'età żgħira? Nicole spjegat kif l-interess fil- politika minn dejjem kien jinteressaha, speċjalment minħabba l-fatt li l-ġenituri tagħha dejjem għamluha ċara li ser jissapportjaw kwalunkwe karriera li tagħżel, basta tkun kuntenta. Hija rrakkontat kif bdiet ta' 17-il sena, fejn kienet parti minn programm tar-radju li jiddiskuti diversi temi li jaffettwaw liż-żgħażagħ fost oħrajn. Hija kompliet tgħid kif l-ewwel bdiet fil-fergħa żagħżugħa ta' Team Start, fergħa fejn fiha setgħet "tiżra' l-karriera politika"; u mbagħad "kabbret iż- żerriegħa li nibtet" permezz tal-MŻPN. Iffaċċjajt xi sfidi jew ostakli bħala żagħżugħa involuta f 'attiviżmu politiku? "Iva, l-iskola meta saru jafu li jien attiva politikament ħassejt ftit reżistenza min-naħa tagħhom" qalet Nicole hekk kif qasmet magħna l-biża' li tkun preġudikata l-iskola minħabba t-twemmin politiku tagħha. Barra minn hekk saħqet fuq l-ironija li tisma' kbarat u edukaturi jippritkaw fuq l-importanza li jkollna żgħażagħ politikament attivi, filwaqt li fl-istess ħin tisma' stejjer xokkanti ta' żgħażagħ li saħansitra tilfu l-impjieg jew sabu bibien magħluqa. X'taħseb li huma l-akbar sfidi urġenti li qed jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f 'Malta llum? "L-edukazzjoni!" saħqet Nicole – tweġiba li kisbitha mill-esperjenza tagħha bħala studenta li taspira li ssir għalliema u qalet li "l-iskola għandha tibdel il-kurrikulu f 'kull livell." Hija saħqet ukoll li l-għalliema jeħtieġ li jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol iktar ideali. Semmiet ukoll kif il-klassi teħtieġ li jkollha trasformazzjoni, fejn jiġi mgħallma l-ħsieb kritiku u l-kreattività. Barra minn hekk semmiet l-għoli tal-ħajja, xi ħaġa li lkoll qed inħossu l-impatt tiegħu. "Jiena ta' 22 sena, il-fatt li ma nistax nixtri jew nikri post b'mod sostenibbli, lili tinkwetani", filwaqt li għamlet referenza wkoll għat-toroq traffikużi li jesperjenzaw żgħażagħ tamparha. Finalment qalet, "diġà qed nara tfal li jbatu mill-ansjetà minħabba li jridu jlaħħqu ma' kollox". Dan qalitu b'referenza għas-saħħa mentali, fejn sostniet li f 'Malta huwa suġġett li sfortunatament tħoss li huwa mwarrab, mhux biss fil-klassi iżda wkoll fuq il- post tax-xogħol. Kif tibbilanċja l-impenn politiku tiegħek ma' aspetti oħra ta' ħajtek, bħall- edukazzjoni jew l-impenji personali? "Il-bilanċ diffiċli ħafna. Għalhekk huwa importanti li dejjem nagħmel pjan." Filwaqt li ammettiet li hemm ħafna attivitajiet li tixtieq torganizza flimkien mal-ħbieb, hija konxja tas-sagrifiċċji li trid tagħmel fid-dinja ta' attiviżmu politiku. Mill-banda l-oħra saħqet, "Is- sodisfazzjon huwa l-aqwa għax qed tagħti servizz għal pajjiżek, għal dawk fil-bżonn u dawk bla vuċi. Dik hija s-sbuħija, li ssir taf in-nies". Xi tkun l-ewwel deċiżjoni li tieħu kieku tkun fis-siġġu tal-poter? "Is-sistema edukattiva hija l-ewwel ħaġa li nibdel kieku kelli l-opportunità ningħata s-setgħa", filwaqt li tenniet kliemha għaliex temmen dan. X'inhi l-ħolma politika tiegħek? Nicole, filwaqt li ammettiet li ma tistax taqra l-futur, esprimiet l-ambizzjoni tagħha li tilħaq MEP, ambizzjoni li ġiet issustanzjata wara li rat lil Roberta Metsola tilħaq il-kariga ta' President tal- Parlament Ewropew. Hija saħqet ukoll li minbarra l-għerf lokali li qed tikseb preżentement, tixtieq tespandi l-għerf tagħha billi tkun MEP u jkollha diskussjonijiet ma' persuni minn nazzjonijiet differenti. Miguel Abela jaħdem u għandu 19-il sena. Huwa kandidat għall-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli u jifforma parti mill-eżekuttiv ta' Żgħażagħ Laburisti (ŻL) fi ħdan il-Partit Laburista. X'qanqallek l-interess li tingħaqad ma' moviment politiku jew li tkun involut fil- politika f 'età żgħira? "Għaliex xtaqt nagħmel id-differenza", beda Miguel, filwaqt li rrakkonta kif l-esperjenza ta' zijuh, li kien Eks Ministru, u ta' membri oħrajn tal-familja ħajruh jaqbad it-triq tal-attiviżmu politiku hekk kif osserva l-ġid li sar u s-sodisfazzjon li dan iġib miegħu. Huwa spjega kif beda jkun politakament attiv f 'Marzu tal- 2019 meta ngħaqad mal-grupp Żgħażagħ Laburisti (ŻL). Barra minn hekk, Miguel fakkar f 'esperjenza unika li kellu fil-Parlament Ewropew fejn flimkien ma' MPE, ħa l-ewwel togħma ta' xi tfisser li tkun MPE. Huwa esprima s-sodisfazzjon li ħass meta nnota li xi bidliet seħħew wara diskussjonijiet ma' familji Maltin. Iffaċċjajt xi sfidi jew ostakli bħala żagħżugħ/a involut f 'attiviżmu politiku? Rigward sfidi u ostakli, Miguel qasam l-osservazzjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023