Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 07 Samuel Vella għandu 18- il sena, Huwa student fl- Università ta' Malta u jifforma parti mill-Kollettiv Żgħażagħ EkoXellugin fi ħdan l-ADPD- The Green Party. X'qanqallek l-interess li tingħaqad ma' moviment politiku jew li tkun involut fil- politika f 'età żgħira? "Minn dejjem kont inħobb il- politika hekk kif jippermettili ngħin lin-nies u nissalvagwardja l-ambjent" saħaq Samuel. Huwa rrakkonta kif kollox nibet minn frustrazzjoni hekk kif ħass li l-ebda partit ma rrappreżenta l-interessi tiegħu, għajr dak tal-Alternattiva Demokratika. Huwa jemmen li minflok ma joqgħod igerger fuq dak li ma jogħġbux, jipprova jservi ta' ġid akbar billi jinvolvi ruħu fil-politika u għaqdiet oħrajn fosthom dawk studenteski. Dan huwa ta' benefiċċju minħabba l-fatt li tkun qed tieħu azzjoni u taħdem favur dak li temmen fih. "Importanti li nkunu protagonisti u mhux passivi" sostna Samuel. Iffaċċjajt xi sfidi jew ostakli bħala żagħżugħ involut f 'attiviżmu politiku? "Sfidi u ostakli kemm trid nesperjenza, speċjalment minħabba l-fatt li m'għażiltx li ningħaqad mal-partiti l-kbar", sostna Samuel b'tonalità sinċiera. Huwa kompla jirrakkonta l-weġgħa li jħoss meta persuni jqisuh irrelevanti u jiffurmaw opinjoni bbażata biss mill- partit li għażel u mhux mill- kliem li joħroġ minn fommu. X'taħseb li huma l-akbar sfidi urġenti li qed jaffaċċjaw iż- żgħażagħ f 'Malta llum? Samuel ma ħasibhiex darbtejn u qal "li jgħixu f 'art twelidhom." Dan qalu b'referenza għall-isfidi li skontu ż-żgħażagħ Maltin qed jaffaċċjaw, fosthom l-ambjent li qed jitnaqqar ftit ftit kuljum. Barra minn hekk semma wkoll il-propjetà li qed iġġiegħel bosta studenti Maltin jaħsbuha darbtejn jekk għandhomx jibnu familja fi xtutna. Finalment semma wkoll l-għoli tal-ħajja. Filwaqt li fehem li din l-isfida qed tinħass globalment, xorta jħoss li f 'pajjiżna din qed tillimita ż-żagħżagħ milli jibqgħu f 'Malta. Kif tibbilanċja l-impenn politiku tiegħek ma' aspetti oħra ta' ħajtek, bħall- edukazzjoni jew l-impenji personali? Fuq din il-mistoqsija Samuel enfasizza kemm huwa kruċjali li wieħed ikun organizzat; "sempliċement kalendarju jagħmel differenza kbira hekk kif jippermettilek iżżomm l-ordni. Personalment sibtha l-aħjar, imma kulħadd għandu l-libertà li jimxi ma' sistemi li jħoss huma l-aħjar għalih." Huwa spjega kif ikollu jqatta' inqas ħin ma' sħabu. Dan sabiex ikun jista' jmur avvenimenti, jiltaqa' man-nies u jisma' l-istejjer tagħhom. Xi tkun l-ewwel deċiżjoni li tieħu kieku tkun fis-siġġu tal- poter? Samuel sostna l-importanza li trasport alternattiv jingħata prijorità, fosthom iċ-ċikliżmu. "Nammetti li din id-deċiżjoni hija influwenzata mill-fatt li jien ċiklist, iżda nemmen li l-poplu Malti għandu jirrealizza l-benefiċċji ta' trasport alternattiv." Huwa ssustanzja l-argument tiegħu u saħaq li kieku jingħata din is-setgħa, jiżviluppa u jipprijoritizza l-infrastruttura taċ-ċikliżmu sabiex finalment jitnaqqas it- traffiku, l-emissjonijiet u l-iżjed importanti l-mard. X'inhi l-ħolma politika tiegħek? "Il-ħolma tiegħi hija ta' Ministru, iżda sfortunatament naf li jekk inkun affiljat ma partit terz, din se tkun ferm diffiċli, iżda qatt mhu se naqta' qalbi" stqarr Samuel. Dan filwaqt li kompla jgħid, "Inħobb inkun realistiku u tal-inqas ikolli l-opportunità li nirrappreżenta l-poplu fil- Parlament." Għalih l-importanti hu li jara pajjiż b'soċjetà iktar sostenibbli li ma tarax il-kuluri ħomor u bluni biss, iżda li tagħti opportunità ugwali. tiegħu, hekk kif innota li f 'Malta għad hawn mentalità b'saħħitha ta' duwaliżmu, jiġifieri firda ta' aħna u huma, minħabba twemmin differenti. Huwa enfasizza l-importanza ta' diskussjoni miftuħa fejn wieħed jista' liberalment jesprimi l-opinjonijiet tiegħu għaliex jemmen li l-bidla permezz t'hekk tista' ssir. Huwa saħaq li minkejja li ġej minn Partit politiku, huwa xorta waħda lest li jaħdem ma' kulħadd, speċjalment fejn jidħol il-ġid għal-lokalità u sostna li ħaddieħor m'għandux iżomm lura milli jaħdem u jikkopera sempliċement għax ġej mill-isfera politika. X'taħseb li huma l-akbar sfidi urġenti li qed jaffaċċjaw iż- żgħażagħ f 'Malta llum? Miguel għafas fuq l-effetti tal-midja soċjali u kif din qed tħalli impatt negattiv fuq il- mentalità żagħżugħa. Filwaqt li nnota l-vantaġġi li ġġib magħha l-midja soċjali, fosthom il- fatt li tista' tesprimi ruħek, huwa fakkar ukoll kif hemm żgħażagħ li qed isofru minn inġustizzji, fosthom minħabba s-cyberbullying. Semma wkoll l-ambjent u sostna li l-problema din għandha tiġi indirizzata billi jiġu introdotti politiki, liġijiet u inċentivi. Finalment tkellem fuq ir- rivoluzzjoni diġitali. Minkejja l-vantaġġi, ir-rivoluzzjoni teħtieġ taħriġ siewi u għalhekk saħaq li għandna nippreparaw il-ħaddiema tal-futur, mingħajr ma nwarrbu l-età. Kif tibbilanċja l-impenn politiku tiegħek ma' aspetti oħra ta' ħajtek, bħall- edukazzjoni jew l-impenji personali? "Ngħidlek il-verità ma tantx qed insibha faċli: it-tqassim tal- ħin huwa kruċjali" enfasizza Miguel. Huwa kompla jgħid kemm huwa importanti li taqsam il-prijoritajiet fosthom b'timetable. Xi tkun l-ewwel deċiżjoni li tieħu kieku tkun fis-siġġu tal- poter? Qabelxejn, Miguel qal li l-ewwel ħaġa li jagħmel tkun li jisma' lin-nies; hekk kif saħaq fuq l-importanza li tifhem il-perspettivi tal-proxxmu tiegħek. Rigward deċiżjoni, huwa jemmen li kulħadd għandu jkollu d-dritt għal spazju aħdar rikreattiv fejn jista' jqatta' l-ħin mal-familja u ma' sħabu. X'inhi l-ħolma politika tiegħek? "Niddedika ħajti fil-politika f 'kwalunkwe rwol, basta nagħmel differenza u naħdem biex insib is-soluzzjonijiet" qal Miguel, filwaqt li saħaq li jieħu kollox pass pass. "Niddedika ħajti fil-politika f'kwalunkwe rwol, basta nagħmel differenza u naħdem biex insib is- soluzzjonijiet" "Sfidi u ostakli kemm trid nesperjenza, speċjalment minħabba l-fatt li m'għażiltx li ningħaqad mal- partiti l-kbar"