MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum preliminari ma' Carravan għall- enfitewsi (kiri) perpetwu ta' Ta' Għar Boffa, li jammonta għal aktar minn tliet grawnds tal-futbol fid- daqs, b'kera ta' €43,000 fis-sena, mifdija (fi sjieda) wara 20 sena. Fl-istess jum Carravan iffirmat ehim preliminari li assenjat l-enfitewsi perpetwu fuq l-istess art lil Excel Investments Limited, propjetà ta' Joseph Portelli (azzjonist maġġoritarju), l-aħwa Agius (Ta' Dirjanu), u Daniel Refalo. 26 ta' Marzu 2018 F'kuntratt li "kkoreġa" il-kuntratt tas-27 ta' Frar 2017, l-Arċisqof "irrinunzja għad-dritt" li jagħti kunsens għat-trasferimenti kollha tal-art permezz ta' enfitewsi, inkluż perpetwu. Madwar xahrejn wara, f 'Mejju 2018, wieħed mid-Diretturi tal- Excel, Mark Agius, applika biex jibni 53 appartament f 'Ta' Għar Boffa. Matul medda ta' sentejn, iddaħħlu u ġew approvati aktar applikazzjonijiet għall-iżvilupp, fosthom blokki ta' appartamenti li x'aktarx huma l-akbar li qatt saru f 'Għawdex. 19 ta' Mejju 2018 Valentino ttrasferixxa ż-żona msejħa Ta' Marga lil Dei Conti Holdings għal €42,600, li jistgħu jinfdew bħala sjieda wara 30 sena. Dei Conti jappartjeni lil Stagno Navarra. 3 ta' Awwissu 2018 Valentino ttrasferixxa Tas-Sajtun, żona li tammonta għal kważi erba' grawnds tal-futbol, għal Carravan permezz ta' enfitewsi perpetwu għal €35,500 fis-sena, li jinfdew (fi sjieda) wara 20 sena. 17 ta' Settembru 2018 Art li tammonta għal 5,624 metru kwadru fuq il-kosta tal- Qala ngħatat lil Road Construction Company Limited għal barrieri bi ħlas ta' €3,888 fis-sena kif ukoll ħlas addizzjonali għal kull metru kubu ta' ġebel imminat, kontra avvanz ta' €330,500 mal-iffirmar tal-kuntratt. Bejn Jannar u Frar 2020 Ir-Reġistru tal-Artijiet approva r-reġistrazzjoni ta' propjetà li saret mill-Fondazzjoni fuq żewġ plottijiet kbar ta' art fin-Nadur, li fuqhom inbnew għexieren ta' djar, minkejja li l-att sottomess ma semmiex l-art li għaliha saret applikazzjoni. Sal-aħħar tas-sena, il- Fondazzjoni bdiet tikkuntattja lis-sidien tad-dar u toffrilhom li tagħtihom titlu fuq l-art fejn jinsabu djarhom jekk ħallsu bejn €10,000 u €70,000 kull wieħed. 10 ta' Novembru 2020 Bint Carmelo Galea kisbet permess ta' ppjanar biex tibni dar f 'Ta' Marga fil-Qala fuq art miksuba mill-kumpanija ta' Stagno Navarra. 18 ta' Novembru 2020 Titan Developments Limited applikat biex tibni blokka ta' 71 appartament f 'Tas-Sajtun fuq art li kienet ingħatat lil Carravan mill-Fondazzjoni. Wara għajta, in- numru ta' appartamenti naqas għal 51 appartament. 21 ta' Diċembru 2020 Fin-Nadur, tliet individwi marbutin mal-iżviluppatur tal- proprjetà Joseph Portelli, fosthom oħtu u kuġinuh, iffirmaw kuntratti mal-Fondazzjoni li fihom dawn tal-aħħar aċċettaw it-titlu tagħhom, miksuba permezz ta' preskrizzjoni akkwiżittiva, bi ħlas ta' €10,000 u €70,000. Madankollu r-Reġistru tal-Artijiet ċaħad it- tentattivi tal-Fondazzjoni li tneħħi r-reġistrazzjoni ta' dawn il-partijiet tal-art. 11 ta' Awwissu 2020 Carravan ta appartament lil kull wieħed mit-tlett itfal ta' Joseph Vella u lil martu armla f 'Ta' Għar Boffa. Fil-kuntratt, il-Fondazzjoni ttraskurat li tippreżenta sentenza tal-Qorti li kienet annullat il-kirja enfitewtika mogħtija lil Vella sa mill-1991. 1 ta' Mejju 2021 Il-ehim preliminari li sar fl- 14 ta' Frar 2018 sar tajjeb meta Excel ħallset madwar €1.5 miljun lil Carravan biex tixtri diversi garaxxijiet u appartamenti fl- iżvilupp tagħha stess f 'Ta' Għar Boffa. It-tranżazzjonijiet saru f 'sensiela ta' 10 kuntratti. Novembru 2021 L-Awtorità tal-Ippjanar tat permess lill-iżviluppatur Ta' Karkanja għal blokka ta' 8 appartamenti f 'Ta' Marga fuq art mogħtija lil Stagno Navarra. Jannar 2023 L-Avukat Patrick Valentino, li huwa r-rettur tal-Fondazzjoni, talab lill-Gvern u 'l-qrati biex jerġa' jiddaħħal it-titlu tal-Fondazzjoni fuq biċċiet ta' art fin-Nadur, u tiddikjara ksur ta' drittijiet. Valentino daħħal rikors kostituzzjonali wara l-introduzzjoni tal-Avviż Legali 73 tal-2022 fi Frar, li rriżulta fir-revoka tar- reġistrazzjonijiet kollha tal-art f 'żona kbira tan-Nadur, li kienet tinkludi t-titli tal-Abbazia. Frar 2023 Id-dereġistrazzjoni tal-hekk imsejħa Land Registration Area (LRA) għaddiet b'avviż legali, bil- Ministru tal-Intern 'iffriża' kull forma ta' reġistrazzjoni, sentejn biss minn meta n-Nadur u rħula oħra Għawdxin kienu finalment reġistrati bħala LRAs. Marzu 2023 Il-Gvern qata' t-talba tal- Fondazzjoni u neħħa r-reġistrazzjoni tat-titlu fuq l-artijiet fin-Nadur. Il- Gvern kien saħaq li dan seħħ għall- interess pubbliku, iżda l-Avukat Patrick Valentino talab mill-ġdid lill- Gvern u lir-Reġistratur tal-Artijiet biex jerġgħu jdaħħlu t-titlu tal- Fondazzjoni fin-Nadur, u jiddikjaraw ksur ta' drittijiet, b'kumpens għad- danni li allegatament ġarrbu. Diċembru 2023 Familja Għawdxija ġiet ordnata biex titlaq minn darha fil-Qala li ilhom jgħixu hemm għal aktar minn 30 sena, u dan potenzjalment iwassal għat-tneħħija sfurzata ta' għexieren ta' familji oħra maqbuda fl-istess tilwima. Id-deċiżjoni tal-Qorti ordnat lill-familja Cauchi tagħti lura l-art oriġinali u bl-iżvilupp kollu fuqha lill-Fondazzjoni. L-Awtorità tixtieq tinforma lill-klijenti kollha li l-uffiċini tagħha ser ikunu magħluqin mit-23 ta' Diċembru 2023 sal-1 ta' Jannar 2024, biż-żewġ dati nklużi. Is-servizzi tal-emerġenza ser jibqgħu aċċessibli fuq 2292 3500 matul l-għeluq. L-Awtorità ser tkun magħluqa kompletament f'jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena. Iċ-Chairman, Board, Management u l-Uffiċjali kollha tal-Awtorità jawguraw Milied hieni u Sena Ġdida mill-isbaħ lil kulħadd era.org.mt Mix-xellug: L-avukat Għawdxi Carmelo Galea, l-Imħallef irtirat Dennis Montebello u l-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023