MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 intervista IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum L-istorja tal-Abbazia, fondazzjoni li għandha l-għeruq tagħha li jmorru lura għas-seklu 17, qed tkompli toħloq polemika f 'Malta, speċjalment għall-familji Għawdxin Nadurin u Qalin. Il- pedament storiku reġa' qanqal polemiċi li qed jaffettaw familji li qiegħdin f 'xiber li jitilfu darhom. Din it-tilwima titratt numru ta' art li hija marbuta ma' wirt kumpless tal-fondazzjoni li qed tkompli tiżvolġi f 'riperkussjonijiet fl- istorja ta' pajjiżna. Dan l-iskandlu qed jixħet dawl fuq l-isfidi li qed jaffaċċjaw familji minħabba fondazzjoni mifruxa fuq numru ta' ġenerazzjonijiet. Tkellimna ma' Matthew Vella, ġurnalist u eks editur mal- MaltaToday (jidher fir-ritratt fuq il-lemin), illi kien għamel riċerka b'reqqa fuq din il-kawża fejn staqsejnih f 'effett qed tħalli din it- tilwima li bdiet mis-seklu 17 illum. Vella wieġeb li argument minnhom hu li "l-Kurja setgħet użat is-saħħa li kella minn deċiżjoni tal-Qorti fl- 2013 biex ma ċċedix il-kontroll ta' din il-fondazzjoni". Hemm storja twila wara din il- fondazzjoni, u "hemm storja twila fejn il-predeċessuri tal-Arċisqof ma ċedewx kontroll lill-allegat eredi". Vella kompla jgħid li hemm argument ieħor b'fatti magħrufa li wieħed jixtarr fuqu li hemm suspett raġonevoli li Stagno Navarra, kif ukoll l-avukat Carmelo Galea u l-eks imħallef Dennis Montebello, kienu interessati li jkollhom lil Patrick Valentino bħala r-rettur, għax b'hekk jingħatalu s-saħħa jwelli l-artijiet tal-Abbazia lill- kumpannija privata tagħhom. "M'għorkitx għajn l-Arċisqof? Anke il-fatt li l-arċidjoċeżi aċċetat donazzjoni ta' €200,000... possibli li l-Knisja Maltija lesta tirrazzjonaliżża r-raġuni umana u l-kritika tas-soltu tagħha kontra r-rgħiba, f 'isem il-legaliżmi?" Meta mistoqsi x'impatt ħallew dawn l-isfidi fuq ir-resdenti tal- Qala u n-Nadur, Vella stqarr li bla dubbju, l-iżball notarili tal-50ijiet ħawdilhom il-borma. "Ħafna minn dawn in-nies mingħalihom li setgħu jifdu kera tal-knisja, u jirreġistraw titlu tal-propjetà, iżda le, ma jistgħux. Għax l-Abbazia mhuwiex benefiċju ekkleżiastiku." Vella kompla jispjegalna kif xi darba dawn l-artijiet, li issa jinsabu f 'għoqda, kienu art privata "li l-knisja suppost kellha tieħu ħsiebhom". Vella tana spunt kif fl-1989, dawn l-artijiet baqgħu barra mill-Annex 8, cioe il-propjetà ekkleżjastika li kellha tingħata lill-iStat, filwaqt li staqsa "Possibli li ta' Stagno Navarra huma, ġuridikament, il- vera werrieta ta' dawn l-artijiet skond l-istatut tal-Abbazia? Qatt ġie konklusivvament deċiż minn qorti li dawn in-nies għandhom jedd għal din l-art?" Fl-aħħarnett, Vella saħaq li "hemm bżonn ċarezza fuq il-kontroll tal-Abbazia, għax huwa min jitqiegħed 'rettur' tal- fundazzjoni li jingħatulu ċ-ċavetta għal dawn l-artijiet." Deċiżjoni tal-Qorti ordnat familja Għawdxija biex titlaq minn darha fil-Qala, u potenzjalment tista' tħalli impatt fuq bosta oħrajn. Il-Fondazzjoni, imwaqqfa bħala 'benefiċċju lajk,' kienet maħsuba biex iżżomm artijiet għall-werrieta ta' Cosmana Navarra. Il-familja Stagno Navarra, li talbet il-wirt, kisbet il-kontroll billi ħallset lill- Knisja Kattolika Maltija €200,000, u għelbet għoxrin sena ta' sfidi legali. Il-Prim Ministru Robert Abela wiegħed "li dan il-Gvern se jagħmel dak kollu possibbli biex dawn il- ħniżrijiet ma jħallihomx iseħħu" u li se jieħu azzjoni deċiżiva biex jippreveni l-iżgumbrament tar- residenti tan-Nadur u l-Qala. Bosta Għawdxin jinsabu involuti f 'tilwima dwar l-art li tinvolvi l-Fondazzjoni tas-seklu 17 'Abbazia di Sant'Antonio delli Navarra'. Il-Prim Ministru Abela ddenunzja l-attentat ta' tkeċċija ta' familji bħala "oxxenità" u li "qed jitħanżru għas-skapitu taż-żgħir". Abela kkritika lill-ispekulaturi li jfittxu li japprofittaw mid-djar tar- residenti u li "qed iduru mal-liġi biex jikkapitalizzaw minnha". Abela enfasizza l-ħtieġa li l-ġudikatura tipproteġi lid-dgħajjef mill-isfruttament ta' dawk li għandhom il-poter filwaqt li qal li s-sitwazzjoni tibqa' soġġetta għall- istadju tal-appell. Il-pożizzjoni soda tal-Prim Ministru tirrifletti d-determinazzjoni tal-Gvern biex jipproteġi r-residenti milquta biex dawn "il-ħniżrijiet" ma jseħħux. Din hija linja kronoloġika li turi fid-dettall l-avvenimenti ta' kif beda kollox u kif wassal għal punt li bosta familji Għawdxin jaf ikunu affettwati minn fondazzjoni tas- seklu 17: 25 ta' Awwissu 1675 In-Nobbli Cosmana Navarra ħolqot benefiċċju jew Fondazzjoni msejħa 'Benefiċċju Ta' Sant'Antonio Delli Navarra' bl- għan li tamministra artijiet vasti f 'Għawdex u tiġbor fondi. Ir-regoli tal-Fondazzjoni jgħidu li d-dixxendenti ta' Navarra jkunu patruni tal-Fondazzjoni li tkun amministrata minn rettur; li jkun nominat (jew miċħud) mill-Arċisqof. Ir-rettur irid ikun dixxendent maskili tan-neputi ta' Navarra (jiġifieri dixxendent minn Federico Falson Navarra), dixxendent maskili minn Federico, u f 'nuqqas ta' dixxendent maskili seta' jkun min-nisel ta' Cosmana jew oħtha l-kbira Faustina, jew qassis. F'każ li ma jinstab l-ebda dixxendent, ir-rettur jista' jagħti l-art permezz ta' enfitewsi – jew kiri – wara li jikseb il-kunsens tal- Arċisqof. 3 ta' Novembru 1989 Wara l-mewt tal-qassis Francesco Saverio Bianco, li kien rettur tal- Fondazzjoni, il-Fondazzjoni kienet amministrata minn qassisin għal għexieren ta' snin, iżda l-ebda rettur ma kien inħatar minflok Bianco. Awwissu 1991 Richard Dei Conti Stagno Navarra ddikjara lilu nnifsu dixxendent ta' Cosmana u li huwa r-rettur li jmiss. Huwa kien kera art fil-Qala msejħa Ta' Għar Boffa lill- imprenditur tal-proprjetà Joseph Vella fuq enfitewsi temporanja għal 150 sena. Fl-istess xahar, Richard Dei Conti Stagno Navarra kien talab lill- Arċisqof jaħtru bħala rettur, iżda fl- 1991 din it-talba ġiet miċħuda. Marzu 1992 Richard Dei Conti Stagno Navarra kien ippreżenta rikors il- Qorti fejn talab biex jinħatar bħala rettur. Fl-ittra tiegħu mkien ma kien jidher imsemmi ċ-ċaħda tal- Arċisqof tal-1991. Ġurnata wara, fis-27 ta' Marzu 1992, il-Maġsitrat Carol Peralta ħatritu rettur. 30 ta' Marzu 1992 Joseph Vella waqqaf kumpanija, Berracimp Properties Limited. Carmelo Galea, Dennis Montebello li kien maġistrat dak iż-żmien, u Joseph Vella kienu d-diretturi tagħha. Richard Dei Conti Stagno Navarra kien ittrasferixxa artijiet lil din il-kumpanija f 'atti enfitewtiċi. Lulju 1992 L-Arċidjoċesi ressqet kawżi fil-Qorti kontra dawn it- trasferimenti tal-art. Ftit tax-xhur wara, l-Arċidjoċesi sfidat il-ħatra ta' Richard għal rettur fil-Qorti Kostituzzjonali inferjuri. 19 ta' Frar 2010 Il-Qorti ddeċidiet kontra l-Arċidjoċesi fuq il-bażi li l-Fondazzjoni hija lajka, mhux reliġjuża, u għalhekk ma taqax taħt il-liġi Kanonika. L-Arċidjoċesi appellat. 29 ta' Novembru 2013 Tliet imħallfin fil-Qorti tal- Appell annullaw ir-rettorat ta' Richard. Richard miet fl-2010, u l-Qorti ordnat lis-sitt aħwa tiegħu jħallsu l-ispejjeż legali, inkluż tal-Arċidjoċesi. Ir-rebħa fissret li l-Arċidjoċesi reġgħet ħadet il- kontroll fuq il-Fondazzjoni u kienet kwistjoni ta' żmien biex l-artijiet li Richard kien ittrasferixxa jiġu annullati. Frar 2017 F'żewġ digrieti, l-Arċisqof Charles Scicluna aċċetta t-talba ta' Stagno Navarra, li hemm bżonn dixxendent min-nisel ta' Cosmana jew Federico, mingħajr ma talab li jara xi evidenza minn sorsi indipendenti jew verifikati, u mbagħad ħatar lin-nominat tagħhom Patrick Valentino bħala rettur. Scicluna awtorizza lir- rappreżentant legali tiegħu biex jiffirma kuntratt li fih "jirrinunzja d-dritt" li jagħti l-kunsens għal trasferimenti ta' art mir-rettur. L-Arċidjoċesi ħadet ukoll ir- responsabbiltà tal-obbligi piji, u rċeviet somma ta' €200,000 sabiex tiffinanzja l-akkumulazzjoni tal- imgħax fis-sena. Ikkontribwew għal dak il-fond ta' €200,000 kienu 60% minn Stagno Navarra, 20% mill-Avukat Carmelo Galea u 20% mill-Maġistrat irtirat Dennis Montebello. 17 ta' Awwissu 2017 Carravan Company Limited twaqqfet bl-istess bilanċ ta' sjieda: 60% propjetà ta' Dei Conti Holdings Limited (kumpanija tal-aħwa Stagno Navarra), 20% ta' Carmelo Galea, u 20% ta' Carrac Limited (propjetà ta' Dennis Montebello u ż-żewġt ibniet tiegħu, kif ukoll inkluż il-Maġistrat fil-kariga Rachel Montebello). 2017 Il-Fondazzjoni applikat mar- Reġistru tal-Artijiet biex tirreġistra s-sjieda ta' medda ta' art f 'Tal- Vardati. Ir-reġistrazzjoni ġiet approvata disat ijiem wara minkejja li mal-applikazzjoni ma ssemmietx l-art inkwistjoni. Frar 2018 Valentino (is-sieħeb ta' Rachel Montebello) iffirma ehim L-iskandlu tal-Abbazia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023