MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum ELAINE CAMILLERI Fl-2023, l-Unjoni Ewropea (UE) nediet pakkett bl-isem ta' 'EU Enlargement Package 2023' illi fih espremiet il- possibbiltà li l-UE tikber u jingħaqdu sitt pajjiżi oħra fi ħdanha. L-aħħar pajjiż li ngħaqad mal-UE kien il-Kroazja għaxar snin ilu fl-2013. L-aħħar applikazzjoni għas-sħubija mal-UE kienet mingħand il-Bożnija-Ħerzegovina fl-2006. Is-sena 2022 kienet sena ta' tkabbir usa' għall-UE, hekk kif erbat ijiem wara l-invażjoni Russa, l-Ukrajna tefgħet l-applikazzjoni tagħha f 'ħoġor l-UE. F'dik l-istess sena, f 'Marzu 2022, il-Moldova kienet ukoll bagħtet l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb mal-UE. L-invażjoni Russa ġabet magħha qalba ekonomika, u urġenza ġeopolitikali u morali. Din il-mewġa ta' urġenza hija ta' potenzjal biex twassal għall-għotja ta' sħubija wara diċennju lil pajjiż ġdid. L-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis qablet li tiaħ taħditiet ta' adeżjoni mal-Ukrajna u l-Moldova, u b'hekk il-pajjiżi jersqu pass eqreb lejn il-ħolma tagħhom li jissieħbu mal-UE. L-Ukrajna tkun il-ħames l-iktar pajjiż popolat li qatt ingħaqad, l-ifqar pajjiż u li jiġbed sussidji sostanzjali taħt ir-regoli attwali tal-UE. Valutazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Dinji u l-Ġnus Magħquda, stmat li l-ispiża tar-rikostruzzjoni u l-irkupru fl-Ukrajna kibret għal aktar minn $400 biljun – u dan kien ibbażat fuq l-ewwel sena tal-gwerra biss. Il-Moldova għandha ndħil Russu b'mod partikolari minn partiti eżiljati ffinanzjati mill-oligark li huma inkwetanti ħafna għall- elezzjonijiet li ġejjin. Barra minn hekk, il-Moldova wkoll għandha l-kwistjoni ta' Transnistria – stat separista pro-Russu mhux rikonoxxut internazzjonalment meqjus parti mill-Moldova – u dan jista' jagħmel l-adeżjoni diffiċli immens għall- Moldova. Minħabba l-fatt li l-Ukrajna ngħatat l-istatus ta' kandidat wara tliet xhur, huwa evidenti li l-UE tixtieq tapprova s-sħubija tal-pajjiż malajr. Fir-rigward tal-Moldova, l-UE kienet saħqet li tista' tissieħeb anke mingħajr ma ssolvi l-problema ta' Transnistria. Il-moviment liberu tal-merkanzija hija xi ħaġa vitali u l-Ukrajna bilkemm għamlet progress fil-kategorija ta' tkabbir kompetittiv u inklużiv minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa u d-diffikultajiet fl- integrazzjoni tal-produzzjoni agrikola enormi tal-Ukrajna fil-politika agrikola komuni tal-UE u l-problemi ta' korruzzjoni. Dan juri li l-Ukrajna tista' tispiċċa f 'diskussjoni bla tmiem. Il-produzzjoni ekonomika tal-Ukrajna issa tinsab fi frazzjoni tal-livelli tagħha ta' qabel il-gwerra. Fl-ewwel sena tal-kunflitt, il-pajjiż tilef 30-35% tal-GPD. Dan wassal għall-akbar riċessjoni fl-istorja tal-Ukrajna. Il-GPD tagħha huwa mbassar li jikber fl- 2023, jekk biss b'0.5%. Għan-nies tal-Ukrajna, id-dħul naqas. Il-faqar fil-pajjiż żdied minn 5.5% tal- popolazzjoni għal 24.2% fl-2022, skont il- Bank Dinji. Il-gwerra għalhekk imbuttat 7.1 miljun ruħ aktar fil-faqar, u 15-il sena ta' progress intilfu. Barra minn hekk, l-Ukrajna issa hija waħda mill-aktar pajjiżi li għandhom nuqqas ta' sigurtà fl-ikel fid-dinja, minkejja li qabel il-gwerra kienet waħda mill-akbar esportaturi tad-dinja ta' għelejjel, bħall- qamħ u x-xgħir. Il-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) jistma li waħda minn kull tliet familji Ukreni għaddejja minn problema ta' insigurtà fl-ikel. L-invażjoni Russa qerdet ħafna impjiegi, infrastruttura bħal portijiet u impjanti tal-manifattura. Dan wassal għal nuqqas jew waqfien ta' attività ekonomika, bl- agrikoltura wkoll tieħu daqqa ta' ħarta kbira. Il-Moldova hija waħda mill-pajjiżi l-aktar milquta mill-gwerra fl-Ukrajna, mhux biss minħabba l-prossimità fiżika tagħha iżda wkoll minħabba l-vulnerabbiltajiet inerenti tagħha bħala ekonomija żgħira, dipendenti fuq l-enerġija, b'rabtiet mill-qrib kemm mal-Ukrajna kif ukoll mar-Russja. Mentri l-influss ta' refuġjati ħoloq ukoll ambjent soċjoekonomiku ta' sfida fit-terminu medju, speċjalment jekk ħafna jibqgħu iżda jonqsu milli jsibu opportunitajiet ta' impjieg. Biex pajjiż jingħaqad mal-UE, irid jgħaddi minn tliet proċeduri li jafu jdumu snin. L-ewwel pass hu li tintbagħat applikazzjoni lill-UE. Ladarba din tiġi aċċettata, il- pajjiż jingħata l-istatus ta' kandidat. Il- Kummissjoni Ewropea tapprova status ta' kandidat formali, li ovvjament il-pajjiż ikun suġġett għal diversi kriterji. L-Ukrajna u l-Moldova ngħatalhom l-istatus ta' kandidat tliet xhur wara li ssottomettew l-applikazzjoni, b'pajjiżi oħra damu jistennew sa minn tal-inqas tliet snin. It-tielet pass huwa proċess estensiv li fih, il-pajjiż, flimkien mal-unjoni, irid jirrevedi diversi politki biex jallinjahom ma' dawk tal-Ewropa. Qabel ma pajjiż jingħata titlu ta' pajjiż Ewropew iridu jibdew in-negozjati. Hawnhekk jinfetħu 35 kapitlu, li jinqasmu taħt sitt kategoriji differenti u l-pajjiż, flimkien mal-Kummissjoni, jibda diskussjonijiet skont il-ligi Acquis Communautaire sabiex jirriforma u jara li jimxi ma' dawn il-35 kapitlu. Il-kategoriji huma dawn: prinċipji fundamentali, suq intern, tkabbir kompetittiv u inklużiv, aġenda ekoloġika u konnessjoni ta' sostenibbiltà, agrikoltura tar-riżorsi u koeżjoni, u relazzjonijiet esterni. La darba jinfetħu u jingħalqu l-kapitli kollha, il-pajjiż ikun jista' jingħaqad fl-UE. Kemm l-Ukrajna u kemm il-Moldova fetħu xi kapitli u t-tnejn qed jagħmlu progress. Il-Moldova għandha kapitlu wieħed fuq livell tajjeb u seba' li jinsabu fi stadji bikrija. L-Ukrajna għamlet progress sinifikanti ħabba r-riformi domestiċi li għamlet riċentement. Bħalissa għandha erba' kapitli fuq livell tajjeb ħafna u ħamsa oħra li jinsabu fi stadji bikrija. Il-Kummissjoni saħqet li l-Kunsill Ewropew għandu jibda n-negozjati magħhom it-tnejn allavolja għadhom fil-proċess tal-kapitli. Jekk jgħaġġlu l-applikazzjoni tal-Ukrajna, din se tqajjem kontroversja fost pajjiżi tal-balkani oħra għax tkun meqjusa inġusta. L-Ukrajna u l-Moldova dalwaqt aħwa fl-Ewropa Ingħataw 26,471 ċekk lill-ħaddiema fl-2023 26,471 ċekk ingħataw lill- ħaddiema fl-2023 għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atiċipi fis-sena. Dan intqal mill-Ministru għall- Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana waqt li kien qed jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari nhar it-Tnejn. Il-Ministru spjega kif dawk intitolati għal dawn il-benefiċċji kienu l-ħaddiema kollha; kemm Maltin, kemm Ewropej, kif ukoll dawk minn pajjiżi terzi. Kull ħaddiem li kien impjegat ma' kumpanija jew intrapriża, u li ma qabiżx it-total ta' €20,000 fl-2022, kien intitolat li jieħu dan il-benefiċċju, hekk kif imwiegħed mill-Gvern. Iċ-ċekkijiet ingħataw biss lil dawk li jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-ħames setturi; tal- akkomodazzjoni u servizzi tal- ikel; dawk li jaħdmu f 'servizzi amministrattivi u ta' sapport; fil- manifattura; trasport; u l-ħażna, il-wholesale u dawk li jaħdmu fir- retail. Fl-2022 kienu nħarġu total ta' 35,644 ċekk. Meta mqabbel mal- 2023, dan in-numru naqas b'9,173, hekk kif inħarġu biss 26,471. Dawn huma ċekkijiet li jingħataw lil dawk li jaħdmu ħinijiet anormali tax-xogħol, dawk li jaħdmu bix-xis u li ma jaqbżux l-20,000 dħul fis-sena ta' qabel. Waqt il-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Clyde Caruana għarraf kemm inħarġu ċekkijiet ta' in-work benefit għall-ħaddiema fl-2023 Mix-xellug: Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel flimkien mal-President tal- Ukrajna Volodymyr Zelensky u l-President tal-Moldova Maia Sandu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023