Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302
02 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, IŻ-ŻODJAKU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON L-erba' kristalli għad-disa' żodjaku ta' Sagittarius L-astroloġija hija suġġett li ma fiha ebda tmiem. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, l-astroloġija tibqa' dejjem toffrilna dawk l-aspetti profondi u interessanti marbuta ma' ħajjjitna, mal- bżonnijiet u mal-miri tagħna. L-astroloġija tipprovdi l-kalendarju żodjaku li dan il-kalendarju partikolari jipprovdi. L-Oroskopju huwa segwit minn disa' persuni minn kull għaxra. Il-kalendarju żodjaku jipprovdi wkoll dawk il-kombinazzjonijiet taż- żodjaki, il-fażjiiet tal-qmura, il-kombinazzjoni tax-xemgħat, tal-kuluri, tal-ġranet tan-numri u wkoll il-kombinazzjoni tal- kristalli! Propju f 'dan l-artiklu se nwassal informazzjoni bażika tal-erba' kristalli kombinati ġimgħa b'ġimgħa waqt il-fażi tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius sabiex nagħrfu kemm nistgħu nibbenefikaw minn enerġija pożittiva minn dawn il-kristalli. Ma rridux ninsew iżda li kull kristalla waqt kull żodjaku għandha sors differenti. Bosta mill-qarrejja ta' din il- paġna jesprimu kemm hemm bżonn aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tant interessanti tal-kristalli. Però nixtieq niġbed l-attenzjoni sabiex ma nħallux ħmerijiet ta' dawk il-ftit u vera ftit li jippruvaw iħalltu l-kunċett ta' benefiċċju pożittiv ta' dawn il-kristalli ma' xi twemmin partikolari! L-erba' kristalli meqjusa ta' benefiċċju f 'diversi aspetti waqt iż-żodjaku ta' Libra huma dawn: • Topaz • Ruby • Euclase • Gaudefroyite L-ewwel kristalla: Topaz Din l-ewwel kristalla se toffri dak il-benefiċċju li tagħmlek tħossok aktar kunfidenti u deċiż dwar dak li int lest li twettaq. Fost affarijiet oħra, tagħmlek aktar iffokat u pożittiv lejn il- ħajja ta' madwarek. Il-ġurnata ideali għal din il-kristalla hi dik tal-Ħamis u din il-kristalla għandha titpoġġa fil-kamra tas- sodda. Għandha tinxtegħel bejn id-disgħa u l-ħdax ta' filgħaxija. It-tieni kristalla: Ruby Din it-tieni kristalla se toffrilek benefiċċju sabiex jitkattar l-għerf vera tiegħek sabiex ma tibżax minn mumenti ibsin u tagħraf iżżomm lilek innifsek fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u s-Sibt. Għall-aħjar riżultat ta' enerġija pożittiva, din il- kristalla għandha titpoġġa fiċ- ċentru tad-dar waqt li tinxtegħel bejn is-sebgħa u l-ħdax ta' filgħaxija. It-tielet kristalla: Euclase Din it-tielet kristalla se toffrilek il-benefiċċji li tagħraf tkattar il-vera ħiliet tiegħek. Tagħtik aktar dawl lejn il-ħajja u tilqagħlek kontra kull għira jew enerġiji negattivi. Il-ġurnata ideali għal din il- kristalla hija l-Ħamis u għandha titpoġġa kemm fil-kamra fejn tirrilassa jew fil-kamra tas-sodda dejjem fuq in-naħa tax-xellug tiegħek. Għandha tinxtegħel dejjem bejn is-sebgħa sal-ħin tal-ħdax ta' filgħaxija. Ir-raba' kristalla: Gaudefroyite Din ir-raba' kristalla se toffrilek il-benefiċċji li tkun aktar onest sabiex timtela b'aktar enerġija pożittiva. Biha tagħraf tkun aktar deċiż, mhux konfuż u tagħtik għarfien sabiex tagħraf aktar is-saħħa u l-platt tiegħek fost oħrajn. Din il- kristalla l-aħjar li titpoġġa fiċ- ċentru tad-dar jew iżżommha fuqek. Tinxtegħel kull nhar ta' Ħamis u nhar ta' Sibt biss bejn is-sebgħa ta' filgħaxija sa mhux aktar tard mill-ħdax u nofs. Hekk għandek din l-informazzjoni bażika ta' dawn l-erba' kristalli fost xi beneficċji kombinati waqt dan id-disa' żodjaku ta' Sagittarius. Jekk tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġett tista' taqra l-pubblikazzjoni tiegħi "Kristalli b'Rakkonti" jew tibgħat SMS fuq 7949 5804 / 9901 3600 jew żur is-sit www. pauljon13.com Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. LUIGI SGHENDO Minn Jannar sa Ġunju tal-2023, seħħew 529 ħabta bejn karozza tal-linja u vettura oħra, bil- maġġoranza ta' dawn l-inċidenti jkunu bumper to bumper. Dan intqal waqt seduta Parlamentari, fejn il-Membru Parlamentari Graziella Attard Previ saqsiet lill-Ministru responsabbli tat-Trasport Aaron Farrugia kemm seħħew inċidenti li involvew il-karozzi tal-linja minn Jannar sa Ġunju tal-2023. Il-Ministru Farrugia qal li l-operatur tat-trasport pubbliku rrapporta 529 inċident li seħħew bejn il-karozzi tal-linja u xi vetturi oħra, bil-maġġoranza tagħhom ikunu inċidenti minuri fosthom bumper to bumper. Barra minn hekk, kien hemm 224 inċident fejn karozza tal-linja laqtet xi oġġett, tliet inċidenti involvew xi persuni filwaqt li 106 inċident ma kinux ikklasifikati. LUIGI SGHENDO Transport Malta ma tistax tirmonka karrijiet ipparkjati illegalment għax m'għandhiex spazju fejn tagħmilhom, l-awtorità kkonfermat mal-ILLUM. Huwa illegali li karru li mhux qed jintuża jitħalla pparkjat fi triq pubblika. Skont il-liġi: "Ebda persuna ma għandha twaqqaf, sew temporanjament jew xort'oħra u tħalli waħdu jew tipparkja ... karrella jew xi vettura kummerċjali mill-kbar ... mgħobbija b'container jew tħalli xi container f 'xi triq, bitħa, area jew spazju fil-beraħ, sakemm ma jkunx ġo post awtorizzat għall- ipparkjar jew ġo post awtorizzat għall-ħażna ta' containers". Meta mistoqsi dwar il-ħidma tal-awtorità fil-konfront ta' vetturi u karrijiet abbandunati fit-triq, uffiċjal minn Transport Malta qal; "Minħabba limitazzjonijiet ta' spazju, mhux qed jiġu sekwestrati karrijiet." Filwaqt li hemm nuqqas ta' spazju għal-karrijiet, f 'każ ta' vetturi abbandunati, dawn jiġu ssekwestrati u rmonkati. "Meta vettura tinsab ipparkjata illegalment, l-uffiċjali ta' Transport Malta joħorġu kontravenzjoni. Vettura tkun suġġetta għal tneħħija u għal multa jekk tkun ipparkjat fuq Tow Zone jew ikollha l-liċenzja skaduta bi 30 jum jew aktar," sostna l-kelliem tal-awtorità. Sa mill-bidu tas-sena, 535 vetturi ġew sekwestrati wara li ġew irrappurtati 175 każ ta' vetturi sabiex jiġu ssekwestrati; 109 mill- Pulizija, 64 mill-Kunsilli Lokali u 2 mil-LESA, iżda ma speċifikawx id-daqs tal-vetturi u jekk dan in- numru jinkludix ukoll karrijiet. 529 ħabta bejn tal-linja u vettura bejn Jannar u Ġunju Ebda spazju għal TM biex tissekwestra karrijiet abbandunati fit-triq Ir-restawr tal-binjiet ekkleżjastiċi minn fondi pubbliċi jiswa €5 miljuni Fil-preżent qed isiru xogħlijiet fuq tmien binjiet ekkleżjastiċi, filwaqt li hemm skedati xogħlijiet fuq 10 binjiet ekkleżjastiċi. Waqt sessjoni parlamentari, l-MP Julie Zahra staqsiet lill-Ministru responsabbli Owen Bonnici dwar ir-rwol tal-Gvern fir-restawr tal-knejjes, kif kien imsemmi fid- Diskors tal-Baġit 2024. B'reazzjoni, il-Ministru Bonnici żvela li d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni huwa impenjat b'mod attiv f 'bosta sforzi ta' restawr madwar bini ekkleżjastiku. Proġetti previsti għall-2024 jinkludu xogħlijiet ta' restawr fuq diversi faċċati ta' knejjes, kampnari, u xogħlijiet ta' tiswija fuq ġewwa, li jammontaw għal nefqa stmata ta' aktar minn €700,000 iffinanzjata minn fondi pubbliċi. Barra minn hekk, Bonnici spjega l-impenji ta' restawr li ġejjin skedati li jibdew fl-2024, li jinkludu firxa wiesgħa ta' strutturi ta' knejjes u siti storiċi madwar Malta u Għawdex. Dawn il-proġetti li ġejjin, imbassra li jiswew aktar minn €4.1 miljun, se jkunu ffinanzjati minn fondi pubbliċi biex ikomplu jsaħħu l-impenn tal-Gvern biex jippreserva l-wirt għani ta' Malta. Finalment, il-Ministru Bonnici fakkar fl-iskema ta' Restawr ta' Propjetà Immobbli b'kollaborazzjoni mal- Kunsill Malti għall-Arti, li allokat €90,000 biex jappoġġa, kemm l-isforzi tar-restawr tal-knejjes f 'Malta, kif ukoll f 'Għawdex matul is-sena li ġejja.