MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Minħabba d-diversi sekli li qattgħu f 'Malta, il-Kavallieri ta' San Ġwann għandhom affiljazzjoni unika mal-Gżejjer Maltin. Għalhekk, għandhom rwol sinifikanti fl-istorja u l-kultura rikka ta' pajjiżna. Fl-1 ta' Diċembru, Il-Librerija Nazzjonali ta' Malta fetħet wirja bl-isem 'Fil-Passi tal-Ospitalieri: 900 sena ta' Kavallerija, Fidi, u Karità'. Il-wirja tikkonsisti primarjament minn pubblikazzjonijiet mill- fond tal-librerija, kif ukoll rekords mill-arkivji tal-Ordni li jinżammu fil-Librerija Nazzjonali fil-Belt Valletta. Hija maqsuma f 'sitt sezzjonijiet li fihom id-diversi postijiet fejn il-Kavallieri kellhom il-kwartieri ġenerali tul l-istorja tagħhom, b'mod kronoloġiku. Il- mapep huma aspett kbir, minħabba li l-wirja tirrekordja r-rotta li ħadu l-Kavallieri Osptalieri ta' San Ġwann matul id-900 sena ta' eżistenza tagħhom. Barra minn hekk, il-mapep jenfasizzaw kemm il-funzjoni tal-Kavallieri bħala organizzazzjoni reliġjuża, kif ukoll l-iskop simultanju tagħhom li jgħinu lill-foqra u jiddefendu l-fidi Kattolika. Il-wirja tħejjiet biex tfakkar l-ewwel anniversarju minn meta miet Ven. Bailiff Fra John E. Critien fit-3 ta' Diċembru 2022. Ftit xhur qabel miet, Fra Critien ġie msejjaħ Gran Prijur ta' Ruma u kien riċerkatur frekwenti fil- Librerija Nazzjonali ta' Malta. Il- familja tiegħu pprovdiet xi artefatti personali għal parti mill-wirja. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-mistednin fiċ-ċerimonja tal- inawgurazzjoni kienu membri tal- familja ta' Fra Critien. Waqt l-avveniment, is-Sinjura Maroma Camilleri, il-kuratur tal- wirja u l-librara deputata, tkellmet mal-mistednin u ddeskriviet l-istorja tal-wirja u l-preparamenti li involviet. Is-Sinjura Cheryl Falzon, is-CEO u Librara Nazzjonali, iddikjarat il-wirja miuħa, u tat indirizz ta' merħba. Għal min hu interessat iżur 'Fil-Passi tal-Ospitalieri', il-wirja se tibqa' miuħa sat-30 ta' Marzu 2024, u d-dħul huwa bla ħlas. Il- ħinijiet tal-uħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30 am sal-4.30 pm, u s-Sibt mit-8.30 am san-12.30 pm. Kull tielet Sibt tax-xahar se tibqa' miuħa sat-3.30 pm. Is-sena d-dieħla se ġġib magħha l-edizzjoni inawgurali ta' 'maltabiennale.art', kif ħabbar iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall. Bħala l-ewwel Biennale li qatt kienet iċċentrata fuq Malta, l-edizzjoni hija mistennija tkun l-avveniment kulturali tas-sena. maltabiennale.art hija inizjattiva ta' Heritage Malta, organizzata flimkien mal-kollaboratur ewlieni tagħha l-Kunsill Malti għall-Arti, fost oħrajn. Minkejja dan, il-biennale xorta waħda se tinkludi artisti internazzjonali; It-80 artist li se jieħdu sehem jiġu minn 23 pajjiż differenti, għalkemm 24 minnhom huma Maltin, u tnejn oħra jiffurmaw parti mid-dijaspora Maltija. Il-festi se jkunu mifruxa madwar Malta u Għawdex f '21 sit storiku – 17 minnhom taħt il- kura ta' Heritage Malta. It-tempji megalitiċi tal-Ġgantija, l-Armerija tal-Birgu, u l-Palazz tal-Gran Mastru tal-Belt li għadu kif ġie rinnovat, se jservu bħala l-postijiet primarji. Barra minn hekk, il- biennale se jkollha programm pubbliku b'parteċipazzjoni minn istituzzjonijiet bħaċ- Ċentru Internazzjonali għall- Interpretazzjoni u l-Preżentazzjoni ta' Siti ta' Wirt Dinji (the International Centre for the Interpretation and Presentation of World Heritage Sites) [UNESCO], il-Biennale de la photographie f 'Larnaca u Mulhouse, l-Academy of Arts f 'Firenze, l-Universita' 'L'Orientale' ta' Napli u l-Universitajiet IULM ta' Milan, kif ukoll Image reads fi New York. Il-parteċipanti lokali jinkludu l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Festivals Malta, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta, Magna Żmien, ŻfinMalta, KorMalta, it- Teatru Manoel, u Heritage Malta. Din il-biennale tgħaqqad l-arti kontemporanja mal-wirt nazzjonali, bil-għan li ttejjeb u tiddiversifika settur billi trawwem djalogu bejn l-arti Maltija u dik li teżisti barra l-fruntieri tagħha. L-artisti li se jipparteċipaw jinkludu xi artisti magħrufa bħal Tania Bruguera ta' Kuba, Andrea Ferrero tal-Messiku, Barbra Kapusta tal-Awstrija, Dew Kim tal-Korea t'Isfel, Edson Chagas tal- Angola, Amy Bravo tal-Istati Uniti, Anna Anderegg tal-Iżvizzera, u l-Post Disaster Collective tal-Italja, fost oħrajn. Austin Camilleri, Norbert Attard, Trevor Borg, Romeo Roxman Gatt, u Martina Farrugia huma wħud mill-artisti Maltin li se jieħdu sehem f 'maltabiennale.art. Hekk kif indikaw l-2,500 xogħol li ġew sottomessi minn aktar minn 100 pajjiż, il-biennale għandha tiggarantixxi lil Malta post fil- kalendarju kulturali globali. maltabiennale.art qed isseħħ minħabba l-isforzi kollaborattivi tat-tim kuratorjali tiegħu, li jinkludi d-Direttur Artistiku u Kuratur Ewleni Sofia Baldi Pighi, id-Deputat Direttur Artistiku u d-Disinjatur tas-Setup Nigel Baldacchino, flimkien mal- kuraturi Elisa Carollo u Emma Mattei. Taħt il-patroċinju tal- UNESCO u l-President ta' Malta, l-ewwel biennale tal-arti ta' Malta se ssir mill-11 ta' Marzu sal- 31 ta' Mejju 2024, u tikkoinċidi perfettament mal-wasla tar- rebbiegħa. Għal aktar informazzjoni, żur is- sit maltabiennale.art. Fil-Passi tal-Ospitalieri: Wirja li tirrakkonta l-istorja tal-Kavallieri ta' 900 sena maltabiennale.art: L-Ewwel Biennale ta' Malta mħabbra għall-2024

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023