MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I t-tibdil fil-klima kien bla dubju ta' xejn fuq l-aġenda dinjija. U anke dik Maltija, hekk kif niftakru li s-sajf tal-2023 kien wieħed kiefer u bla rispetti. Kull rekord li ma konniex nimmaġinaw esperjenzajnieh fl-2023; l-iktar ġurnata sħuna, l-inqas xita, l-iktar żmien bi sħana rekord, flimkien ma' episodji ta' ġranet bla dawl fi nħawi fejn qabel ma kienx hemm problemi bl-elettriku. U kieku konna waħedna, kieku konna ngħidu li dan skerz. Imma le, fid-dinja kollha kien hemm fenomeni xejn naturali b'nirien bla ħniena, xmajjar bla ilma, muntanji bla silġ u għadajjar nixfin. Biex ma nsemmux ċikli naturali li waqfu milli jeżistu u fuq kollox staġuni li għosfru. Dan kollu kellu impressjoni tremenda fuq il-psike tan-nies li fl-aħħar ma baqgħux jiddubitaw l-argumenti dwar il-bidla fil-klima. U b'hekk saru aktar konxji fil-bżonn li jbiddlu u li jaċċettaw bidliet fil-mod kif jgħixu. U hekk ġara. F'Malta (u fid-dinja) bdiet id-diskussjoni u t-trasformazzjoni żgħira biex insiru aktar gżira ekoloġika fejn ma jkunx hemm ħela u jiċkien il- carbon footprint. Imma qegħdin 'il bogħod sew. U ħa nkunu ċari, filwaqt li qed naraw aktar karozzi hybrid u elettriċi, u aktar użu ta' panelli fotovoltaiċi, u anki l-bidu taċ-ċertifikazzjoni tal-kostruzzjoni dwar l-użu ta' enerġija ... qegħdin 'il bogħod ħafna milli nkunu sinifikanti f 'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribut biex globalment jitnaqqsu l-gassijiet serra. Għax filwaqt li qed isir diskors biex inħarsu d-dinja, f 'Malta għaddejjin f 'ġirja konsumerista bla preċedent minħabba t-tkabbir ekonomiku, u apparti hekk minħabba t-tkabbir fil- popolazzjoni. Huwa għalhekk li għal kull pass 'il quddiem nagħmlu tliet passi lura. Malta bla dubju huwa l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa imma l-iktar popolat, bl-iktar densità u bl-ikbar numru ta' karozzi, u b'konsum inkredibbli u produzzjoni ta' skart. Dan kollu huwa wisq għal din il-povra gżira. Malta wkoll qed tibni aktar, u tgħolli 'l fuq, fil-għoli. Dan kollu qed jitfa' piż akbar fuq l-ambjent permezz ta' konsum akbar ta' elettriku u ilma u produzzjoni ta' skart apparti l-effetti kollha marbuta ma' aktar nies. Il-messaġġ għandu jkun li biex inħarsu l-pjaneta, irridu ninbidlu minn ġewwa, minn kollox, u f 'kollox. M'hemmx lok ta' tibdiliet fjakki u nofs qalb. Rieda soda u politika diretta u bla kantunieri. Politika kuraġġuża u bla sulluzzi. U azzjoni bil-fatti mhux paroli fil-vojt. It-theddid fil-bidla fil-klima mhux ħrafa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 December 2023