MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ftuħ speċjali tal-Palazz tal-Gran Mastru b'risq il-Malta Community Chest Fund Wirja f'Għawdex 'Carpe Diem' tħeġġeġ is-sejba tas- sbuħija f'dak li hu ordinarju L-għada tal-Milied, fis-26 ta' Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex iżur il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta li għadu kif ġie restawrat. L-avveniment se jdum mill-10 am sas-6 pm, u toffri lil dawk li jattendu ħarsa lejn il-kobor irkuprat tal- istruttura storika. Esperjenza l-istorja rikka tal-Palazz hekk kif tesplora l-kuruturi famużi, imżejna b'kavallieri armati. Matul il- ġurnata, il-Palazz tal-Gran Mastru se jkun mgħasses b'attenzjoni mis-suldati attivi tal-Inguardia Parade, li se juru l-abiltajiet tagħhom permezz ta' diversi wirjiet. Barra minn hekk, se jkunu hemm dawriet iggwidati offruti kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. It-tour bil- Malti jibda fl-10:15 filwaqt li dak bl-Ingliż jibda f '11:45. Il-viżitaturi jistgħu jaraw il- wirja 'Il-Mixja tal-Presepju ma' San Franġisk', li bħalissa tinsab murija fil-Palazz, waqt li fil-bitħa tal-Palazz se jkun hemm ukoll wirja tal-falkuni. Dawk li jżuru l-ħanut Orangerie jistgħu jsibu għażla ta' ħlewwiet u xarbiet tradizzjonali ta' żmien imgħoddi. Jekk inti dilettant tal-istorja, ikkunsidra żżur il-ħanut ta' Heritage Malta biex tikseb il- karta tal-isħubija tiegħek stess u tibda tirċievi benefiċċji. Anzjani u studenti se jkunu jistgħu wkoll jiġbru l-passaporti tagħhom għal Heritage Malta. Bħala tiira tal- okkażjoni, tista' tixtri prodotti esklussivi ta' Heritage Malta mill-ħwienet tar-rigali. Waqt dan l-avveniment, il- pubbliku se jkollu wkoll aċċess għall-Uffiċċju tal-President. Id- dħul jiswa biss €2 li se jinġabru mal-bieb, u se jkun hemm ukoll kaxxi tal-flus biex wieħed jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu f 'każ li jkun jixtieq jagħti donazzjoni akbar. Il-flus kollha li jinġabru se jingħataw lill-Malta Community Chest Fund. Luca Cauchi, artist żagħżugħ mill-Furjana li jgħix in-Nadur, bħalissa qed jesibixxi x-xogħol tiegħu 'Carpe Diem' fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex. L-artist ta' 34 sena kiseb Bachelor of Arts (Hons) fil- Graphic Design u Interactive Media fl-2013. Huwa studja il-pittura taż-żejt u l-ħiliet tat-tpinġija mill-imgħalliema klassiċi waħdu, bħal Sargent, Titian, Rembrandt, u Zorn. Fl-2015, Cauchi pparteċipa fi proġett ta' tliet snin bħala artist membru tal-École d'art au village Association, b'kollaborazzjoni mal-kampanja HSBC Catch The Drop. Ix-xogħolijiet tiegħu jistgħu jinstabu f 'bosta kollezzjonijiet privati, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Mill-perspettiva ta' Cauchi, kull mument tal-ħajja joffri sbuħija tremenda li ta' spiss tintilef, attitudni li huwa t-tifsira ta' 'Carpe Diem' ('seize the day' bl-Ingliż). Il-wirja tistieden lill-viżitaturi biex jesploraw ambjenti fejn l-affarijiet, kemm il-mumenti u l-emoizzjonijiet, temporanji huma apprezati. Kull xogħol tal-arti f 'din il- kollezzjoni jaġixxi bħala bieb, li jiġbor in-natura stess tal- mumenti tranżitorji fiż-żebgħa taż-żejt. Il-wirja tipprovdi ħarsa mill- qrib lejn il-meravilja sottili tal- ordinarju b'mod metikoluż . L-artist iħeġġeġ lil kulħadd biex iħaddan is-sbuħija inerenti tal-ħajja, kif ukoll jiskopri dak t-tajjeb fil-ħajja ta' kuljum permezz ta' din il-wirja. L-investigazzjoni tal-forma umana u l-kundizzjonijiet tagħha hija l-għan ewlieni tax-xogħol. Barra minn hekk, il-pittura hija ttrattata bħala mezz ta' kif wieħed jirreġistra l-ambjent, l-interessi u l-ħajja tiegħu. Il-Ministru t'Għawdex, Clint Camilleri, fetaħ il-wirja fis- 7 ta' Diċembru, fejn se tibqa' miftuħa sat-28 ta' Diċembru. 'Carpe Diem' tista' tinżar mis-7 am sas-2.30 pm mit-Tnejn sal- Ġimgħa, kif ukoll mid-9 am sal-12 pm nhar ta' Sibt, Ħdud, u festi pubbliċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 December 2023