MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum aħbarijiet LUIGI SGHENDO It-tibdil fil-klima kien wieħed mill-iktar suġġetti li ddomina l-aħbarjiet ta' din is-sena. Is-Segretarju Ġenerali tan-Naz- zjonijiet Magħquda, Antonio Gu- terres, kien qal li waslet l-epoka ta' dinja li qed tbaqbaq, tant li qal li għadda ż-żmien tat-tisħin globali, għaliex issa, id-dinja qed "tagħli". F'Settembru, l-Amministrazz- joni Nazzjonali tal-Aeronawtika u l-Ispazju (NASA) kienet iddik- jarat li s-sajf tal-2023 kien l-iktar wieħed sħun minn mindu bdew jiġu rreġistrati t-temperaturi fl- 1880. Ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Aw- wissu flimkien kienu 0.23 gradi Celsius aktar sħan minn kwalunk- we sajf ieħor, u 1.2 C aktar sħan mis-sajf medju bejn l-1951 u l-1980. Awwissu kien 1.2 C aktar sħun mill-medja. In-NASA kompliet tgħid kif dan ir-rekord il-ġdid ta' sħana eċċes- siva madwar id-dinja, iggrava n-nirien fatali fil-Kanada u l-Ha- waii, u l-mewġa ta' sħana qawwi- ja fl-Amerika t'Isfel, il-Ġappun, l-Ewropa u l-Istati Uniti. Barra minn hekk huma qalu li x'aktarx din l-estremità kkontribwiet għal xita qawwija fl-Italja, il-Greċja, u l-Ewropa Ċentrali. In-nirien katastrofiċi li seħħew din is-sena f 'Katanja u l-parti tan-Nofsinhar tal-Italja, iddom- inaw l-aħbarijiet għal numru ta' ġimgħat hekk kif it-temp estrem ikkawża ħerba fil-foresti u l-mad- war. Il-Greċja wkoll sofriet minn temp estrem simili, tant li Kelli- em għall-Kummissjoni Ewropea qal li n-nirien fir-reġjuni ta' Al- exandroupolis u Evos kienu l-ik- bar nirien li qatt ġew irreġistrati fl-Unjoni Ewropea. Malta kienet bagħtet 20 uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassis- tu lill-Griegi. Fi Spanja, xi reġjuni kienu mġiegħla jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ilma għall-agrikoltu- ra u l-industriji kif ukoll għat-tis- qija tal-ġonna pubbliċi, wara li April kien l-iktar niexef fl-istorja tal-pajjiż. Fil-Libja, ma nistgħux ninsew l-immaġini devastanti li xxerrdu online tal-maltempata Daniel li kkawżat għargħar qawwi u ħalli- et eluf ta' nies mejta f 'diversi bliet fosthom Benghazi, Sousse, Derna u Al-Marj. Lokalment, is-sħana estrema li laqtet lil pajjiżna saħansitra wasslet għall-qtugħ fil-provvista tad-dawl għal numru ta' ġranet, bi wħud iqattgħu sigħat twal mingħajr dawl. Skont l-Enemalta, is-sħana qawwija li laqtet lil pajjiżna kienet ta' kontribut ewlieni għall-qtugħ tad-dawl, wara li kkawża numru ta' wajers tal-elettriku jdubu fost problemi oħrajn. B'mod simili għal dik li ddikja- raw ix-xjenzati tan-NASA, ix-xjen- zati tal-Unjoni Ewropea ħabbru li l-2023 hija lesta li tkun l-aktar sena sħuna; dan wara li t-temperatura medja globali għall-ewwel 11- il xahar sparat 'il fuq b'livelli bla preċedent; 1.46 gradi Celsius aktar mill-medja bejn 1850-1900. Matul Jannar sa Novembru, it-temperatura globali kienet 0.13 gradi Celsius ogħla mill-istess perjodu fl-2016, is-sena li bħalissa għandha t-titlu bħala l-iktar sena kalendarja sħuna fir-rekord, skont is-Servizz tat-Tibdil fil-Klima ta' Copernicus (C3S). Novembru 2023, b'mod par- tikolari, jispikka bħala l-aktar No- vembru sħun globalment, li rreġis- tra temperatura medja ta' 14.22 grad Celsius fuq wiċċ id-dinja, u għalhekk qabeż l-aktar Novembru sħun ta' qabel, dak tal-2020 b'0.32 grad Celsius. Ix-xjenzati tal-UE qalu ukoll li l-ħarifa mmarkat livell għoli stori- ku fit-temperaturi globali, b'med- ja ta' 15.30 grad Celsius, li qabeż il-medja b'0.88 grad Celsius. Intant, biex jikkumbattu din l-is- fida klimatika, l-UE qed tħejji poli- tiki klimatiċi ambizzjużi, bl-għan li tnaqqas l-emissjonijiet netti b'55% mil-livelli tal-1990 sal-2030, mira kruċjali għall-kisba ta' emissjoniji- et netti żero sal-2050. Il-mewġ tas-sħana fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, flimkien mal-aktar jum sħun irreġistrat globalment fil-bidu ta' Lulju, reġgħu xprunaw tħassib ġdid fuq il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Dinja li qed tbaqbaq Pajjiżi madwar id-dinja, inkluż pajjiżi ġirien tagħna, esperjenzaw temp estrem; minn silġ u riħ qawwi li jċarrtu s-siġar sa mewġ qawwi ta' sħana u nirien indimunjati. Silvio Parnis Eks Membru Parlamentari Laburista 19.10.1965 - 03.01.2023 Victor Grech Attur 1926 - 18.01.2023 Edwin Grech Eks Ministru Laburista 27.09.2023 Ann Agius Ferrante Membru Parlamentari Nazzjonalista 20.08.1928 - 15.03.2023 Raymond Mahoney Awtur, poeta, liriku 1.06.1949 - 26.07.2023 Joe N. Tabone Eks Chairman tal-BOV u Air Malta 1930 - 16.08.2023 Godwin Cassar Eks Dir. Ġen. tal-Awtorità tal-Ippjanar 1948 - 20.08.2023 Dun Joe Inguanez Soċjologu 10.08.1943 - 23.08.2023 Gaetano Tanti Eks Kap UĦM Voice of the Workers 1957 - 21.09.2023 Philip Sciberras Eks Imħallef 1946 - 2.10.2023 Pelin Kaya Disinjatriċi mit-Turkija 1993 - 18.01.2023 Tina Turner Kantanta Amerikana 26.11.1939 - 24.05.2023 Sinead O'Connor Kantanta Irlandiża 08.12.1966 - 26.07.2023 Michael Gambon Attur Irlandiż 19.10.1940 - 27.09.2023 Matthew Perry Attur 19.10.1969 - 28.10.2023 Tlifnihom fl-2023 Nirien katastrofiċi ħakmu n-Nofsinhar tal-Italja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 December 2023