Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667
07 ħarsa lejn l-2023: min niżel illum • IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 dwar allegazzjonijiet dwar l-attivitajiet tagħha ta' senserija tal-propjetà. Il-kontroversja kienet tinvolvi l-involviment tagħha fi ftehim ta' propjetà ma' Yorgen Fenech, marbut mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u li rċeviet madwar €46,500 fi flus kontanti. Skont sorsi, dan il-fehim imur lura għal Mejju 2019, fejn Cutajar aġixxiet bħala sensar tax-xiri minn Fenech għal dar ta' €3.1 miljun fl-Imdina. Il- ftehim spiċċa fix-xejn wara li Fenech ġie arrestat f 'Novembru 2019, iżda Cutajar kienet diġà rċeviet il-flus sa dak iż-żmien. F'Novembru 2023, ħareġ ukoll fid-deher li Cutajar kien ingħatalha xogħol ta' konsulenza fi ħdan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), iżda numru ta' provi wrew biċ- ċar li din ma kellha l-ebda ħjiel jew l-iċken kompetenza għal dan it-tip ta' xogħol, filwaqt li kienu ġew irrekordjati ftit jekk mhux inqas sigħat ta' xogħol. Dan juri li Cutajar kellha xogħol fantażma u li xorta waħda tħallset tiegħu. L-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika (NAO) iddikjara l-konsulenza ta' Rosianne Cutajar fl-ITS fl-2019 bħala "illeġittima" u bi ksur tar- regolamenti. Il-Partit Nazzjonalista kien ressaq mozzjoni sabiex Cutajar tirritorna lura sal-inqas ċenteżmu li ngħatalha għax- xogħol 'frawdolenti'. ROBERTA METSOLA, STILLA INTERNAZZJON- ALI IMMA LI ŻELQET FUQ IL-KRIŻI F'GAŻA Metsola daħlet fil-Parlament Ewropew (MEP) fl-2013. F'Novembru 2020, hija laħqet il- kariga ta' l-ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew, wara l-mewt ta' David Sassoli. Metsola kisbet il-presidenza tal-Parlament Ewropew fit-18 ta' Jannar 2022. Din il-ħatra mmarkatha bħala l-iżgħar persuna li okkupat din il-kariga, l-ewwel ċittadina Maltija li għamlet dan, u l-ewwel President mara mill-2002. Din is-sena Metsola rċeviet diversi premjijiet matul is-sena 2023, iżda ma rridux ninsew li hija l-istess waħda tħambaq fuq id-drittijiet tal-bniedem u tat-tfal. Xi ngħidu fuq dawk tal-Palestina? Ħaġa oħra li kisbet Metsola din is-sena hi li falliet tirrikonoxxi lil dawk il-Palestinjani kollha milquta mill-Ħamas. Vera li hija żaret lil Iżrael, imma nafu li dan il-kunflitt huwa kollu turija ta' oppressjoni li ilha għaddejja fuq 75 sena. Skontha, Iżrael għandu dritt li jiddefendi. U l-Palestinjani? F'Ottubru żaret lil Iżrael flimkien mal-President tal- Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn marru fi Kfar Aza, wieħed mill-postijiet meqruda mit-terroristi tal-Ħamas fl-attakk li sar f 'Ottubru ta' din is-sena. Din iż-żjara qanqlet kemxejn rabja f 'Malta u bosta akkużawha li 'għandha demm imċappas m'idha'. Ma ninsewx li Gaża nqerdet f 'temp ta' xahrejn, sptarijiet ibbumbardjati mimlija nies, u djar imwaqqgħa. F'Novembru imma Metsola kellha laqgħa ma' rappreżentant ta' familji f 'Gaża ġewwa Brussell u enfasizzat l-importanza kritika għal Iżrael li jsostni mal-aderenza stretta mal-liġi internazzjonali u l-prinċipji umanitarji matul l-operazzjonijiet militari, u l-urġenza ta' servizzi vitali bħall-ikel u l-elettriku. Ma niqfux hawn però. F'Diċembru Metsola indirizzat lill- mexxejja tal-UE, u rrikonoxxiet il-ħtieġa potenzjali ta' sorveljanza fuq il-ġurnalisti, u sostniet li l-esklużjoni sħiħa ta' spyware tista' ma tkunx fattibbli. Meta tkellmet qabel negozjati fit-tul bejn il- Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni dwar l-Att Ewropew dwar il-Ħelsien tal-Midja, Metsola enfasizzat il-ħtieġa ta' kawtela fil- monitoraġġ tal-ġurnalisti. Metsola qablet ma' ċerti każijiet ta' spjunaġġ, imma f 'oħrajn baqgħet kawta. Skont rapport, hija qalet li spijar fuq il-ġurnalisti m'għandux jiġi leġittimizzat, u għandu jkun hemm miżuri li jipproteġu jew jipprevenu dan, filwaqt li rrikonoxxiet li din il- forma ta' sorveljenza ma tistax tiġi kompletament projbita. BENJAMIN NETANYAHU KONTRA L-ĦAMAS Benjamin Netanyahu huwa l-Prim Ministru ta' Iżreal li f 'dawn l-aħħar it xhur kellu missjoni waħda u ċara – li jkisser lill- Ħamas u jġib lura lill-ostaġġi li kienu miżmuma. F'Ottubru 2023, kompla l-każ pendenti li kellu Netanyahu relatat ma' frodi, tixħim u ksir ta' fiduċja. Netanyahu u martu, allegatament irċevew rigali mingħand numru ta' persuni prominenti, inkluż produttur ta' Hollywood u biljunarju Awstraljan, bl-għan li jingħataw favuri politiċi. Minn mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, skont statistika mill- Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kordinazzjonijiet tal- Affarijiet Umanitarji (OCHA), ġew irrappurtati aktar minn 19,000 Palestinjan mejjet, u aktar min 52,000 ferut. Fost l-iktar nies li nqatlu kien hemm iktar minn 8,000 tifel u tifla mejta u aktar minn 6,000 mara mejta. Dan jikkonfermah ukoll il-Ministru tas-Saħħa ta' Gaża. Netanyahu għandu s-sapport mill-alleati tal-Punent, fosthom l-Istati Uniti, li għenitu u fornietu bl-armi u l-missili. F'Ottubru kien qata' d-dawl, għalaq il-fruntieri madwar Gaża biex in-nies ċivili ma jkollhomx aċċess għall-affarijiet bażiċi bħall- ikel. Bosta nies sfaw bla dar u qed jgħixu f 'tined ta' kamp quddiem djarhom imġarrfa. It-tobba f 'Gaża qed jaffaċċjaw, mhux biss problema ta' influss kbir ta' nies mejta u mweġġgħa, imma anke nuqqas ta' provvisti mediċi issa li Iżrael ibbumbardja l-isptarijiet. F'Novembru kien deher xaqq ta' dawl hekk kif kien intlaħaq ehim bejn Iżrael u l-Palestina bis-saħħa tal-Qatar li jitwaqqaf il-ġlied għal ċertu perjodu ta' żmien. Sfortunatament, dan kien biss temporanju għaliex il- missjoni tibqa' waħda. Matulu, kienu nħelsu l-ewwel ħames ostaġġi u 150 detenut Palestinjan, però, wara erbat ijiem, il- bumbardamenti u l-isparar reġa' ngħata n-nar u Gaża reġgħet sabet ruħha taħt attakk kontinwu. "Bi żball" il-Forzi Difiżi Iżraeljani (IDF) qatlu tliet żgħażagħ Iżraeljani għax dehru bħala theddida. Din "it- traġedja insapportabbli" – kif iddeskrivieha Netanyahu – seħħet f 'Diċembru 2023. Jidher li dawn it-tliet żgħażagħ kienu marru fil-bażi militari sabiex jinnegozjaw ftehim għall- ħelsien tal-ostaġġi maqbuda mill-Ħamas. B'digriet tal-24 ta' Novembru, 2023, moghti mill- Prim Awla tal-Qorti ornat il-pubblikazzjoni tal- estratt li jidher hawn taht biex iservi ta' notifika skont l-Artikolu 187 (5) tal-kodici u Organizzazzjoni Civili (Kap.12.) Illi b'rikors ipprezentat minn APS Bank plc (C2192) fis- 17 ta' Lulju, 2023, qed jintalab l-izbank fl-ammont ta' disgha u tletin elf, tmien mija u tmienja u disghin ewro u tnejn u ghoxrin centezmu (€39,898,22) li gew depozitati permezz ta': Cedola numru 1070/2023 fl-ismijiet: APS Bank Limited (C2192) vs G. Caruana & Bros (P32) bhala d-debitrici principali u Ambassador Clothing Limited (C22440) Il-Qorti ordnat in-notifika lill-kontroparti bi zmien sebat (7) ijiem ghar-risposta. Regsitru tal-Prim Awla tal-Qorti Civili (Malta), illum l-Erbgha, 29 ta' Novembru, 2023. MARVIC FARRUGIA Ghar-Registratur, Qrati Civili u Tribunali