Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667
06 ħarsa lejn l-2023: min niżel IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum SILVIO GRIXTI, L-EKS DEPUTAT PARLAMENTARI LABURISTA LI ĠAB GĦAJB LILL-PARTIT TIEGĦU F'Settembru 2023, l-Eks Deputat Laburista Silvio Grixti kien implikat fuq skema estensiva li tmur lura snin illi tinvolvi akkwist frawdolenti ta' benefiċċji ta' diżabilità li ngħataw lil madwar 800 individwu li ma kinux intitolati għalihom. Minn rapport li kien ħareġ fil- media, deher li Grixti kien ipprovda dokumenti mediċi foloz sabiex individwi jkunu jistgħu jieħdu benefiċċji intitolati lill-persuni b'diżabilità severa, kundizzjonijiet li mhux verament kienu jbatu bihom. Din l-iskema kienet ħalliet numru ta' individwi jirċievu madwar €450 fix-xahar mid-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali. Jekk 800 persuna rċeviet €450 fix-xahar, dan jammonta għal total ta' €4.3 miljun fi frodi f 'sena. Statistika uffiċjali ppubblikata s-sena l-oħra turi li l-Gvern nefaq €17.8 miljun fuq assistenza ta' diżabilità severa fl-2020, jiġifieri fuq medda ta' sena kien hemm żieda ta' €2 miljuni oħra allokati għal dan il-qasam. F'Diċembru tal-2021, Grixti kien irriżenja mill-Parlament wara li kien ġie interrogat mill-pulizija dwar iffalsifikar ta' ċertifikati mediċi. F'dan il-każ kienu xehdu żewġ tobba li dehret il-firma tagħhom fuq ċertifikat miktub lil uħud mill-individwi li rċevew il- benefiċċji. Kemm it-Tabiba Valerie Anne Fenech, u kemm it-Tabiba Ruth Galea kienu saħqu li ma kellhomx konnessjoni mal-każ jew ħruġ taċ-ċertifikati. Dawn iż-żewġ każijiet jikkonċernaw ammont ta' €53,000 f 'benefiċċji soċjali li allegatament ingħataw lil nies mhux intitolati għalihom. Diversi 'pazjenti' ta' Grixti, sostnew li ġarrbu mard sever bħal kanċer, mard tal-qalb, tal- kliewi, u tal-pulmun. Madankollu, ċertifikati mediċi awtentiċi ma kkwalifikawhomx għall-Benefiċċju ta' Assistenza għal Diżabilità Severa. Xi wħud, li kienu qed jaffaċċjaw tbatijiet finanzjarji minħabba telf ta' impjiegi matul il-pandemija fejn kellhom jagħżlu bejn xiri ta' ikel jew mediċina, iġġustifikaw il-frodi ta' Grixti bħala soluzzjoni li pprovdielhom flus tant meħtieġa, saħansitra kien hemm min iddeskrivieh bħala "anġlu kustodju". ALEX DALLI, DIŻGRAZZJA GĦAS- SERVIZZI KORRETTIVI Alex Dalli huwa l-Eks Direttur tal-ħabs li tilef tliet libelli kontra l-gazzetta ILLUM. F'Lulju, Dalli tilef l-ewwel libell tiegħu hekk kif inħareġ artiklu li fih hemm miktub li eks gwardjan tal-ħabs saħaq li ra lil Dalli jhedded lill-priġunieri b'arma tan-nar. Dalli kien fetaħ libell lill-ġurnalisti għax ħassu taħt mira ta' attakki ripetuti fil-media fejn ġie allegat li mexa b'aġir abbużiv mal-priġunieri fil-ħatra tiegħu ta' Direttur. Dak iż-żmien il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' sorsi oħra tagħha inkluż gwardjani tal-ħabs, li kkonfermaw dawn l-inċidenti u anke inċidenti oħra simili. Ikkonfermaw ukoll li qatt qabel Dalli ma kien hemm Direttur tal- ħabs li jżomm arma tan-nar fuqu, li s-siġġu tal-kastig (li wkoll kienet żvelat l-ILLUM) vera jeżisti, u li fost affarijiet oħra, ħitan fil-ħabs qed jinżebgħu suwed. Persuni li jaħdmu mill-qrib mal-priġunieri wkoll ikkonfermaw uħud mid-dettalji. Il-Ministru għall-Intern u Alex Dalli kienu ntbagħtulhom numru ta' mistoqsijiet iżda l-ebda wieħed minnhom ma kien wieġeb u Dalli mar fetaħ libell il-Qorti kontra l-gazzetta. Dalli ssospenda lilu nnifsu bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas- Servizzi korrettivi (u għaldaqstant Direttur) f 'Novembru tal-2021, wara pressjoni minn diversi organizzazzjonijiet li talbu għat- tkeċċija immedjata tiegħu. Is- sospensjoni tiegħu ġiet mhux biss wara l-imġiba rrappurtata minn din il-gazzetta iżda minħabba l-fatt li fil-lejl ta' qabel raġel Indjan instab mejjet fiċ-ċella tiegħu, l-14-il vittma fi żmien it-tmexxija ta' Dalli. Dalli kien xehed fil-Qorti li ċerti miżuri kellhom jittieħdu għas- sempliċi fatt li xi priġunieri kienu ta' riskju għoli għalihom infushom u għal ta' madwarhom. Iżda ċaħad dak kollu li ntqal mill-gwardjani u sostna li hu kien jaħdem għall-ġid tal-priġunieri. Barra minn hekk, F'Novembru 2023 kienet tressqet informazzjoni fil-Parlament mill-Ministru għall- Intern Byron Camilleri fejn ġie żvelat li l-ispejjeż legali ta' Dalli tħallsu 'bi żball' mill-Aġenzija għas- Servizzi Korrettivi, imma saħaq li dawn ġew kollha rimborsati lura. PAUL PACE, IL-KAP TAL- UNION TAL-INFERMIERA U L-QWIEBEL, B'ALLEGAZZJONIJIET SERJI FIL-KONFRONT TIEGĦU F'Awwissu ta' din is-sena, il-President tal-Union tal- Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace kien ġie investigat fuq miżappropjazzjoni ta' fondi fuq abbuż ta' sahra. Pace kien ġie mħallas ftit inqas minn €280,000 f 'sahra u on-call allowances bejn l-2012 u l-2022. Fl-2022, Pace ġabar f 'butu biss biss 'il fuq minn €32,000 fuq xogħol li ddikjara mingħajr ma wettqu realment. Dan ħareġ fid-dawl l-għada li kien tħabbar fuq il-midja u l-gazzetti li l-maġġoranza tal-membri tal-MUMN kienu approvaw il-ftehim settorali għall-infermiera u l-qwiebel. Il-figuri kienu ġew ikkonfermati f 'mistoqsija parlamentari li kien staqsa d-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. L-investigazzjoni li saret żvelat il-ħlas li ġabar f 'butu Pace kienu jammontaw għal €179,099.36 fi ħlas ta' sahra u €99,806.38 f 'on-call allowances bejn l-2012 u l-2022. L-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Pace saru mix-xandar tar-radju Manuel Cuschieri f 'April 2023. Cuschieri kien allega li Pace kien applika għas-sahra waqt li kien fuq btala l-Eġittu. Mhux hekk biss, huwa kien anke ffirma l-attendenza tiegħu meta teknikament kien barra l-pajjiż. L-investigazzjoni kkonkludiet ukoll li Pace kien ħa union leave mingħajr awtorizzazzjoni, "wettaq xogħol privat mingħajr l-approvazzjonijiet meħtieġa u mingħajr ma għamel użu mill-vacation leave jew assenza temporanja", u fi tliet każijiet waqt li kien qed iwettaq xogħol privat, huwa talab ukoll sahra. L-uffiċjali tat-trade unions jitħallew jieħdu leave mill- post tax-xogħol tagħhom biex jattendu dmirijiet marbuta mal- union. Madankollu, dan huwa possibbli biss b'awtorizzazzjoni. Pace kien anke ppreżenta protest ġudizzjarju f 'Settembru biex jitlob investigazzjoni dwar kif informazzjoni kunfidenzjali mir-rekords tal-persunal tiegħu spiċċat f 'idejn animatur u gazzetta tal-Partit Laburista. Flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas- Saħħa, il-Kap Eżekuttiv tal- isptarijiet Monte Karmeli u Mater Dei, u Kontrollatur tad- Data f 'Mater Dei, irribattew il- protesta ta' Pace. Huma kienu perplessi li Pace għamel din il-mossa wara li ammetta li kien ħa inġustament eluf ta' flus. Fil- protesta tiegħu, Pace kien talab għal-likwidazzjoni tad-danni li allegatament sofra, għax wara li l-azzjonijiet tiegħu ġew żvelati fil-pubbliku kkaġunawlu danni; danni li kienu kawża tal- azzjonijiet li ġab b'idu stess. ROSIANNE CUTAJAR, IL-BIDU U T-TMIEM TA' KARRIERA POLITIKA QASIRA Rosianne Cutajar hija Membru Parlamentari Indipendenti li qabel kienet tifforma parti mill-Partit Laburista. F'April 2023, Cutajar irriżenjat mill-pożizzjoni tagħha bħala Deputat tal-PL hekk kif ġimagħtejn qabel, f 'April, l-awtur Mark Camilleri ppubblika konverżazzjonijiet li kellha fuq whatsapp ma' Yorgen Fenech, li huwa mandant fil- qtil ta' Daphne Caruana Galizia u sid ta' 17 Black. Dan mhux kollox. F'Lulju 2023, l-Eks Deputat Laburista Cutajar ġiet maħtura uffiċjalment mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, fejn ikkonkluda l-investigazzjonijiet Il-Milied it-Tajjeb

