Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513667
05 ħarsa lejn l-2023: min tela' illum • IL-ĦADD 24 TA' DIĊEMBRU 2023 li jinvolvi futboler femminili Maltija. Iżda s-suċċess ta' Bugeja kompla jikber bl-għajnuna tas-sinerġija li hemm bejn il- plejers tat-tim tan-nisa li kollettivament naqqxu isimhom fl-istorja tal-isport Malti u fil-UEFA Nations League. Dan wara li kisbu l-promozzjoni għal League B b'wirja brillanti, b'partita simili għal dik li wieħed jaqra fuq il-kotba, bit- tim jeqleb l-iskor ta' 1-0 minn taħt għal wieħed ta' 2-1 favurihom kontra l-Latvja. Il-prestazzjoni tagħhom kienet tinkludi 13-il gowl skurjat, bit-tim isofri gowl wieħed biss, immexxi mill-aqwa skorer Haley Bugeja li skurjat tmien gowls. Lil hinn minn dawn in-numri, ir- rebħa tfisser il-qofol ta' għoxrin sena ta' żvilupp dedikat fil-futbol tan-nisa; evidenti f 'logħob lokali u diversi plejers Maltin li issa jinsabu f 'kampjonati professjonali barranin. Il-kunfidenza u l-persistenza tat- tim jenfasizzaw l-ispirtu eċċezzjonali, b'Tesse jdawwar 46 plejer fl-aħħar sitt xhur biex iżomm livell għoli f 'kull logħba. Malta tiċċelebra lil dawn in-nisa għas- suċċess ta' ispirazzjoni tagħhom, li mhux biss jonora l-futbol, iżda jservi wkoll ta' ispirazzjoni għan-nisa żgħażagħ li jimmarkaw tragward sinifikanti fil-legat tal-futbol tal-pajjiż. NATALIE PSAILA, ISPIRAZZJONI GĦAN-NISA MALTIN L-ispeċjalista Maltija tal-mediċina tal- familja Natalie Psaila kisbet post fil-lista prestiġjuża tal-BBC tal-aktar 100 mara li kienu ta' ispirazzjoni u influwenti madwar id-dinja għas-sena 2023. Meta tkellmet mal-BBC, Psaila sostniet li l-projbizzjoni kważi totali f 'Malta għall- abort ifisser li n-nisa qed jieħdu l-pilloli mingħajr sorveljanza medika. Psaila, kofundatur tal-NGO Doctors for Choice, favur l-għażla f 'każ ta' abort, kienet l-avukat ewlenija fil-kampanja ta' Malta biex tiddekriminalizza u tillegalizza l-abort, filwaqt li HI favur l-aċċess imtejjeb għall- kontraċezzjoni. Waqt il-Kumitat Parlamentari li sar f 'Ġunju b'rabta mal-abort, Psaila kienet vokali u ddikjarat li l-Abbozz ta' Liġi kif inhu ppreżentat se jagħmel lit-tobba soġġetti għal prosekuzzjoni jekk xi mara tqila tmut bħala riżultat ta' dewmien eċċessiv. Hija talbet ukoll li wieħed mill-membri tal-kumitat jaċċetta emenda fil-lingwa tal- Abbozz ta' Liġi, billi jmorru lura għall-kitba oriġinali kif kienet moqrija u vvutat fit- tieni qari, iżda din it-talba għadha ma ġietx milqugħa. Il-kontribuzzjonijiet tagħha jestendu lil hinn mill-promozzjoni. Fil-fatt hija kitbet ktieb dwar l-edukazzjoni sesswali bit-titlu My Body's Fantastic Journey, imfassal għal tfal ta' bejn l-10 u t-13-il sena, bl-għan li jtejjeb l-għarfien dwar is-saħħa riproduttiva fil-pajjiż. Natalie Psaila kienet parti mis-servizz volontarju ġdid għan-nisa li esperjenzaw kumplikazzjonijiet fit-tqala biex jiddiskutu l-għażliet tagħhom ta' abort f 'Malta u lil hinn minn xtutna. ANDRE CALLUS, EROJ AMBJENTALISTA Matul is-sena 2023, Andre Callus, attivist tal-Moviment Graffiti, kompla bil-ħidma tiegħu li jipproteġi l-ambjent Malti. L-għajta ta' "Xebbajtuna" kienet sinonima ma' Callus u t-twemmin tiegħu. Andre Callus huwa attivist ambjentali prominenti, li matul il-protesta ta' Xebbajtuna li saret f ' Mejju li għadda, it-talbiet tal- protesta kienu inkludew kwistjonijiet kritiċi, mill-waqfien tal-kostruzzjoni f 'Żoni ta' Żvilupp ta' Barra (ODZ) għal promozzjoni għal qafas regolatorju ambjentali trasparenti u indipendenti. Il-protesta kienet ġabret l-appoġġ minn Conrad Borg Manché, is-Sindku Laburista tal-Gżira, favur il-maturità politika u approċċ iċċentrat fuq il-ġid komuni. Din għenet sabiec iktar Maltin jkunu vokali u b'mod liberali esprimew it-tħassib taħghom fuq il-kwistjonijiet imsemmija. F'Novembru filmati u ritratti ta' Callus jiġi arrestat u jinżamm fiżikament mill- Pulizija waqt protesta mqanqla kontra ż-żbir u t-tqaċċit ta' siġar tal-Ficus qrib il-Mosta. L-arrest qanqal reazzjonijiet veloċi minn persuni politiċi. Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kkundanna l-arrest, u semmah bħala "inaċċettabbli" filwaqt li l-Kap Eżekuttiv u Deputat Laburista Randolph De Battista esprima solidarjetà ma' Callus u Moviment Graffitti u rrikonoxxa l-promozzjoni konsistenti tal- organizzazzjoni għal kawżi ambjentali. Callus kien vokali ukoll fuq il-kunflitt li żvolġa bejn il-Paklestina u l-Iżrajel, b'Callus jisħaq li l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għamiltu jħossu mistħi, hekk kif kienet kien qal li Metsola spiċċat bid-demm fuq idha.

