MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum opinjoni I l-Papa Franġisku u l-Kummissjoni tad-Duttrina tal-Fidi, l-Ex Sant'Uffiċċ- ju, (fid-Dikjarazzjoni "Fiducia sup- plicans") approvaw it-tberik ta' koppji tal-istess sess u dawk li huma miżżewġa ċivilment jew jgħixu f 'relazzjoni meqjusa minn uħud bħala "irregolari". Dil-pożizzjo- ni hija differenti minn dik li l-istess Kum- missjoni tal-Fidi kienet tgħid fl-imgħoddi qarib meta pprojbixxiet dan it-tberik. Hawn min iqis dil-bidla bħala radikali wisq. Oħrajn isostnu li ma tbiddel xejn. Qamet kontroversja. Uħud – bħal xi isqfijiet Afrikani – irriġettaw dan it-tagħlim "ġdid" u oħrajn, bħall-Knisja Kattolika Ortodossa, ħaduha qatta bla ħabel kontra l-Papa u l-Knisja Kattolika. Meta kont il-missjoni fil-Kenja u n-Niġerja skoprejt kemm hemm biża' u injoranza fejn jidħlu l-minoranzi ta' omosesswali. Kienu jgħiduli xi isqfijiet Afrikani li kont magħhom li jekk tifel jew tifla tgħid lill-ġenituri li hija gay joqtluha. Iqisuha bħala l-ikbar insult għall-familja. Fl-Indja, skont il-Kardinal Oswald Gracias, tberik bħal dan huwa parti mill- kultura ta' inklussività fl-identità Indjana. Hu normalissimu li tbierek lil min jitolbok. Meta tkun taf kif għexieren ta' snin ilu anki f 'Malta kienu jgħallmu l-morali fejn tidħol is-sesswalità u s-sagrament taż-żwieġ matul il-formazzjoni saċerdotali, tiġik li tibki – jew titbissem. Tiem ir-reżistenza għal kull bidla li tolqot is-sesswalità u ż-żwieġ. Sinċerament, ma nistax niem għaliex dawn kollha kontra l-Papa. Fid- Dikjarazzjoni hemm spjega dettaljata dwar it-tifsira tal-barka li nagħtu lil min jitlobha. M'hemm obbligu lil ħadd. Hemm il-libertà li kull saċerdot jista' jaċċetta t-talba ta' kull persuna biex tkun imbierka. Dan ma jfissirx li hija approvazzjoni tal-għażliet li koppja jew persuna tkun għamlet. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni maħruġa mid- Dekasteru tal-Fidi, dik li qabel kienet tissejjaħ is-"Sant'Uffiċċju", tiddistingwi bejn it-tberik "sagramentali" u tberik "pastorali" li jista' jingħata lil kull persuna li tixtieq li tirċievi l-barka tal-Knisja bħala turija li jixtiequ l-preżenza t'Alla f 'ħajjithom. It-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ u s-sesswalità kien u jibqa' l-istess: żwieġ sagrament hu bejn raġel u mara li jwiegħdu mħabba lil xulxin għal dejjem. Kull wieħed u waħda minna għandna bżonn il-fejqan tal-imħabba t'Alla f 'ħajjitna. It-tberik tas-saċerdot li qed jakkumpanjana huwa dan is-sinjal konkret tal-imħabba t'Alla. Dil-barka mill-qassis tista' tingħata, meta mitluba, lil kull min qed jgħix fi żwieġ irregolari, jiġifieri mhux miżżewweġ fil-Knisja, u koppji tal-istess sess li jgħixu flimkien. Qabel, fil-Knisja, kien hemm min jinterpeta l-barka tal-qassis bħala approvazzjoni ta' xi sitwazzjoni partikolari irregolari. Għalhekk, kienu kontra l-benedizzjoni tal-qassis f 'dawn iċ- ċirkustanzi, għax isostnu li l-"Knisja ma tistax tbierek id-dnub". L-iskop ta' din il-bidla mhux li jibdel xi tagħlim dwar iż-żwieġ imma t-TON li bih il-Knisja tgħallem. Ħafna mis-saċerdoti fil-Ġermanja ilhom ibierku l-koppji tal-istess sess għal bosta snin u din id-dikjarazzjoni uffiċjali ta' Ruma tkompli tiċċara dil-pożizzjoni. Id-dikjarazzjoni tiem li jista' jkun hemm xi ħadd li jitħawwad u għalhekk tagħmilha ċara li din il-benedizzjoni pastorali hi distinta minn kull unjoni ċivili imma tista' tingħata waqt xi żjara lejn xi santwarju, laqgħa mal-qassis jew waqt xi pellegrinaġġ. Father James Martin, Ġiżwita Amerikan li jaħdem mal-Komunità LGBTQI+, mistieden apposta għas-Sinodu f 'Ruma, iqis dan id-dokument bħala pass kbir 'il quddiem fil-ministeru tal-Knisja. Il-Knisja tiem ix-xewqa profonda ta' tant koppji tal-istess sess li jħossu l-preżenza t'Alla fir- relazzjoni ta' mħabba ta' bejniethom. Fil-fatt jistqarr: "bħal saċerdoti oħra, jiena nħares b'ferħ li nbierek l-unjoni bejn koppji tal-istess sess". Koppji tal-istess sess u dawk f'relazzjoni irregolari issa jistgħu jitbierku mill-Knisja Kattolika Kull wieħed u waħda minna għandna bżonn il-fejqan tal- imħabba t'Alla f'ħajjitna. It-tberik tas-saċerdot li qed jakkumpanjana huwa dan is-sinjal konkret tal- imħabba t'Alla. Dil-barka mill- qassis tista' tingħata, meta mitluba, lil kull min qed jgħix fi żwieġ irregolari, jiġifieri mhux miżżewweġ fil-Knisja, u koppji tal- istess sess li jgħixu flimkien. Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 December 2023