Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
02 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum L-inflazzjoni tkompli taffettwa l-prezzijiet tal-propjetà LUIGI SGHENDO "Żiemel daqs ambulanza għandu jiġi kkunsidrat; meta jaraw żiemel li sfratta, is-sewwieqa għandhom jieqfu bil-mod u jitfgħu mal-ġenb". Saħaq dan sid ta' organizzazzjoni li tieħu ħsieb l-annimali, inkluż iż-żwiemel, li għandu esperjenza profonda grazzi għall- ġenerazzjonijiet ta' familji li qasmu l-esperjenzi tagħhom. Dan b'rabta mal-inċident li seħħ il-Ħamis li għadda fejn żiemel ħarab minn fejn kien qed jinżamm u spiċċa qalb is-sitt karreġġjati ta' Triq Aldo Moro, qabel ma ġie rkuprat b'mod sigur minn sidu f 'Raħal Ġdid. Dan l-inċident qajjem tħassib dwar is-sigurtà fit-toroq li jinvolvu żwiemel f 'diffikultà. Filwaqt li esprima empatija lejn sidien taż-żwiemel li jaffaċċjaw sfidi bħal dawn, il-kelliem ħeġġeġ biex wieħed ma jaqbadx u jippunta subgħajh mingħajr ma jiem bir- reqqa ċ-ċirkostanzi li jwasslu għal inċidenti bħal dawn. "Dan mhux kelb jew qattus, dan żiemel u huwa sensittiv, sempliċement movimenti żgħar jistgħu jikkawżaw żiemel biex jisfratta hekk kif tista' tiġri lil kulħadd li għandu ż-żwiemel," saħaq il-kelliem. Fortunatament ħadd ma weġġa' f 'dan l-inċident, iżda huwa enfasizza l-gravità potenzjali ta' sitwazzjonijiet bħal dawn fejn għamel referenza għall-filmat li juri xi karozzi li kienu qed iserrpu madwar iż-żiemel minflok irreaġixxew bil-kalma meta raw żiemel sfrattat fit-triq. Iżda huwa ma jemminx li huwa tort is- sewwieqa. Il-kelliem enfasizza dwar in-nuqqas ta' gwida jew edukazzjoni disponibbli għas-sewwieqa dwar kif jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet imprevedibbli fuq kif wieħed għandu jġib ruħu f 'każ li jkun hemm żiemel li jisfratta waqt li jkun qed isuq. Il-filmat tal-Ħamis jixhed dan. L-inċident seta' kellu konsegwenzi potenzjalment koroh u għalhekk talab approċċ edukattiv usa'. F'April li għadda fil-Belt Valletta, żiemel li sfratta baqa' dieħel ġo karozza ta' tal-linja wara li ħarab mill-karozzin, bil-konsegwenza tkun li ż-żiemel tilef ħajtu. Fid-dawl tal-perikli li jistgħu jiġu kkawżati, huwa għafas fuq l-edukazzjoni, li fil-fehma tiegħu, sfortunatament mhix qed tiġi mgħallma bl-aħjar mod; "għandna ngħallmu lit-tfal ukoll, għax illum il-ġurnata huma saru jgħallmu lill-ġenituri", kompla jgħid. Il- kelliem qal li għandu jkun hemm iktar tagħrif edukattiv, kemm fuq il-mezzi tax-xandir, kif ukoll lis- sewwieqa studenti. Tajna ħarsa lejn id-dokument uffiċjali li wieħed għandu jaqra biex jikseb il-liċenzja tas-sewqan: obtaining-your-driving-licence- cars ta' Transport Malta. Filwaqt li hemm referenza ta' x'għandu jagħmel wieħed f 'każ li jkun hemm żwiemel b'persuni fuqhom jew fi stat ikkontrollat, ma kien hemm ebda referenza ta' x'għandu jagħmel sewwieq f 'każ li jinzerta żiemel li qed jisfratta. F'talba għal tħejjija aktar komprensiva, il-kelliem ħeġġeġ lill- awtoritajiet biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat kontinwu, kemm għas-sidien taż-żwiemel kif ukoll għas-sewwieqa biex jinnavigaw u jimmaniġġjaw tali sitwazzjonijiet b'mod effettiv. Il-kelliem saħaq li sforzi bħal dawn jaqdu l-aħjar interessi tas- sigurtà tal-bniedem u l-benesseri tal-annimali. "Żiemel qisu ambulanza; meta tarah, naqqas u itfa' mal-ġenb" Il-Ħamis li għadda żiemel ħarab minn fejn kien qed jinżamm u spiċċa qalb is-sitt karreġġjati ta' Triq Aldo Moro (Ritratt: TVM) ELAINE CAMILLERI Skont statistika mill-Bank Ċentrali ta' Malta (BCM), it- tkabbir fil-prezz tal-propjetà residenzjali f 'Malta kompla jikber, minkejja tnaqqis temporanju fid-domanda. Sat-tieni kwart tal-2023, l-indiċi tal-prezz tal-propjetà fuq livell nazzjonali żdied bi 8.3% (2.01% aġġustat għall-inflazzjoni), wara żidiet sena wara sena ta' 10.51% fl-ewwel kwart tal-2023. Skont il-BCM, f 'Ottubru 2023, inħarġu 257 permess fuq bini kummerċjali, 39 permess iktar minn Ottubru 2022. Sadanittant, 577 permessi ġodda nħarġu fuq binjiet residenzjali, kważi 200 permess inqas minn Ottubru 2022. Dan ifisser li xahar b'xahar, permessi kummerċjali żdiedu b'mod marġinali, filwaqt li permessi residenzjali żdiedu b'mod aktar sinifikanti mill- permessi kummerċjali. Minn data maħruġa mill- BCM fuq tranżizzjonijiet ta' propjetà residenzjali, naraw li 1,001 kuntratti ġew iffinalizzati f 'Novembru; 136 kuntratt inqas mix-xahar ta' qabel, u 293 inqas mis-sena 2022. Filwaqt li wegħdiet ta' bejgħ kienu sitt darbiet iktar mix-xahar ta' Ottubru, b'total ta' 1,232, mill- istess rapport jidher li d-depożiti minn residenti Maltin naqsu mill- 2022 għall-2023, u dan in-nuqqas jirrifletti l-bilanċ baxx ta' finanzi intermedji, filwaqt li depożiti fuq djar żdiedu. Sa Novembru 2023, ġew approvati 384 permess tal-bini għal total ta' 1,827 abitazzjoni ġdida. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta' qabel, in-numru ta' djar ġodda approvati naqas bi 12.7%. L-appartamenti kienu jammontaw għal 73.2% tan- numru totali ta' residenzi ġodda approvati. L-ogħla numru ta' djar ġodda approvati (222) kien irreġistrat f 'San Pawl il-Baħar fit- tielet kwart tal-2023. Il-prezzijiet tal-appartamenti rreġistraw żieda notevoli minn sena għal sena ta' 9.3%. Madankollu, meta jitqies l-impatt tal-inflazzjoni, il-qligħ reali jsir ta' 3.0%. Dan jissuġġerixxi li filwaqt li l-prezzijiet nominali qed jogħlew, ma jfissirx li l-bejgħ attwali żdied sostanzjalment. Maisonettes ukoll esperjenzaw żieda sinifikanti fil-prezz sena wara sena ta' 13.5% fit-tieni kwart tas-sena 2023. Meta taġġusta l-prezz għall-inflazzjoni, it- tkabbir reali jibqa' ta' 6.9%. Skont ir-rapport tal-KPMG, maisonettes qed isiru pjuttost popolari, fejn madwar 2,300 ġew imniżżla għall-bejgħ fl-2023. Dan jindika suq b'saħħtu għal din it-tip ta' propjetà, hekk kif il- prezzijiet baqgħu relattivament stabbli matul il-pandemija tal- COVID-19, iżda l-prezzijiet medjani raw żieda fl-2023. B'kuntrast max-xejriet pożittivi li dehru fl-appartamenti u l-maisonettes, il-prezzijiet tad- djar terraced affaċċjaw daqqa ta' ħarta, u naqsu bi 3.7% sena wara sena. Meta titqies l-inflazzjoni, dan it-tnaqqis jiżdied għal 9.3%, u jenfasizza l-isfidi li qed taffaċċja din it-tip ta' propjetà partikolari. Il-kategorija li tinkludi townhouses, house of character u vilel ippreżentat stampa mħallta. Filwaqt li ġiet osservata żieda fil-prezz medja ta' 5.6%, analiżi sfumata tiżvela tnaqqis żgħir ta' 0.6% meta aġġustata għall- inflazzjoni. Il-biċċa l-kbira tar-reġjuni esperjenzaw tnaqqis żgħir fis- sena li għaddiet, b'Għawdex u n-Nofsinhar ta' Malta jkunu ta' eċċezzjoni wara li raw żidiet żgħar fil-prezz għal kull metru kwadru għall-propjetajiet fis-suq. Mill-banda l-oħra, ir-reġjuni tal- Majjistral, Ċentrali, tal-Port tat- Tramuntana u tal-Port il-Kbir kollha esperjenzaw tnaqqis. Minkejja li huma fost l-aktar reġjuni għoljin fil-pajjiż, il-prezz għal kull metru kwadru fir-reġjun tal-Port il-Kbir naqas bi 23% mill- 2022. David John Dimech – maniġer tal- kumpanija Dahlia Din is-sena rat żieda fil- konvenji, u nxtraw djar li jaqgħu bejn is-700,000 u t-800,000. Il- bejgħ tal-appartamenti baqa' l-istess meta kkumparat mas-snin ta' qabel, filwaqt li raw żieda wkoll fil-bejgħ kummerċjali ta' ristoranti u lukandi. Dimech sostna li mill- banda l-oħra raw nuqqas fil-kiri ta' uffiċini, iżda Dimech qal li jidher li issa s-suq tal-propjetà stabilizza ruħu u jistenna li s-sena d-dieħla dan jibqa' għaddej bl-istess ritmu. Dimech innota li naqas il- bejgħ ta' propjetà fuq pjanijiet u li x-xerrejja iktar fittxew propjetajiet lesti minflok. Għal Dimech, l-iktar lokalitajiet li fihom inxtraw propjetajiet fl-2023 kienu lejn in-naħat ta' Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, filwaqt li n-naħa ta' Nofsinhar rat nuqqas meta kkumparata mas-snin ta' qabel. Sandro Chetcuti – Chairman tal- Property Malta Tkellima wkoll ma' Sandro Chetcuti u qalilna li l-bejgħ tal- propjetà għal din is-sena tal-2023 kien wieħed tajjeb ħafna. Fil-fatt, Chetcuti spjegalna li raw żieda fil-konvenji, però raw nuqqas fil- kuntratti. Dan jista' jkun minħabba diversi raġunijiet fosthom forsi għax il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti, jew minħabba li jkunu għadhom suġġetti għal permess u forsi anke minħabba li jkunu għadhom fl-appelli. Allura, il-kuntratt ma jsirx peress li l-kundizzjonijiet mixtieqa ma jintlaħqux. Chetcuti qalilna li minkejja d-domanda għadha waħda b'saħħitha, hemm ċerti sfidi ta' affordibilità li dejjem qed tippressa. Skont Chetcuti, l-aktar nies li qed jaffaċċjaw din l-isfida huma x-xerrejja għall-ewwel darba (first time buyers) u dawk li jkunu għaddejjin minn separazzjonijiet li normalment ifittxu postijiet iktar fiċ-ċokon. Tkompli x-xejra ta' żieda fil-prezzijiet tal-propjetà kaġun tal-inflazzjoni