MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 LUIGI SGHENDO F'dawn l-aħħar ħames snin, L-Istrina rreġistrat taħlita bejn tnaqqis ta' €800,000 bejn l-2021-2022 u żieda ta' madwar €300,000 bejn 2019-2020 u 2022-2023. Luigi Sghendo jagħti ħarsa fil-fond lejn kif marru l-affarijiet. L-Istrina kien, għadu u jibqa' l-iktar avveniment illi permezz tiegħu tispikka s-solidarjetà u l-qalb tad-deheb li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Kull sena, Malta tinġabar l-għada tal-Milied u tintefa' quddiem it-televiżjoni flimkien mal-familja u tingħaqad mal-President qalb il-pjazza biex flimkien jiġbru donazzjonijiet li se jservu ta' għajnuna kbira lil dawk fil-bżonn. L-Istrina, rat titjib sinifikanti fid-donazzjonijiet din is-sena b'total ta' €5.27 miljun wara li għal dawn l-aħħar sentejn l-avveniment irreġistra tnaqqis fl- ammont totali ta' donazzjonijiet. Fil-fatt, fl-2021 l-Istrina ġabret bejn wieħed u ieħor €5.84 miljun, €600,000 inqas fuq is-somma tal-2020 (€6.5 miljun), bir- raġuni ewlenija tkun minħabba l-Pandemija tal-COVID-19. Kien f 'dan l-istess żmien ukoll li pajjiżna rreġistra livelli għoljin ta' inflazzjoni, li saħanstira laħqu s-7.4%. Bl-istess paragun fl-2022 l-Istrina ġabret madwar €5 miljun, €800,000 inqas mis-somma tal- 2021. Dan ifisser li l-2022 ra l-inqas ammont miġbur fl-aħħar ħames snin, €5 miljun, filwaqt li l-2018 kellu l-ikbar ammont miġbur, €7.1 miljun (preżentement dan huwa r-rekord tal-ogħla ammont miġbur waqt l-Istrina). Immexxi bħala avveniment ta' maratona ta' 12-il siegħa, l-Istrina ilha sinonima mal-għada tal- Milied sa mill-1995. L-Istrina sservi bħala ġbir ta' fondi ċentrali għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). L-avveniment jistinka biex jinkoraġġixxi donazzjonijiet ġenerużi. Fil-biċċa l-kbira, l-fondi miġbura jgħinu finanzjarjament biex isiru trattamenti mediċi lil hinn minn xtutna li jiswew ħafna flus, b'mod partikolari għall- pazjenti, inklużi tfal, li jeħtieġu kura speċjalizzata li mhux disponibbli lokalment. Din l-Istrina kienet waħda sinifikanti għall-President George Vella hekk kif kienet l-aħħar waħda fit-terminu tiegħu. Waqt li esprima gratitudni hekk kif l-attività ntemmet f 'nofsillejl, il- President George Vella faħħar lid-donaturi għall-wiri ta' solidarjetà tagħhom u estenda l-apprezzament lill-organizzaturi tal-avveniment għall-isforzi tagħhom biex l-Istrina ta' din is- sena tkun ta' suċċess. Diversi kumpaniji taw il- kontribut tagħhom permezz ta' donazzjoni bil-għan li jgħinu jew forsi bit-tama li jtejbu ħajjet xi ħadd. Uħud mill-ikbar somom li ngħataw kienu mingħand Kenneth Farrugia u Ernest Agius, CEO u COO tal-Bank of Valletta rispettivament, li ppreżentaw donazzjoni ġeneruża ta' €200,000 lill-Istrina mill-Bank of Valletta. Barra minn hekk, €155,000 ġew ikkontribwiti mill-konsumaturi permezz tal-iskema tar-riċiklaġġ tal-fliexken, il-BCRS. Tallinja kienet niedet inizjattiva fejn kull min juża s-servizzi tal-kumpanija, ikun qed jagħti sehmu għal kawża pożittiva. B'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President, Tallinja rnexxiela tniedi b'suċċess is-seba' edizzjoni din is-sena li minnha nġabru €50,000. Barraminnhekk, l-Istrina ma tieqafx biss fuq screen tat- televiżjoni jew fuq Tallinja. 'lit- tfal għallimhom kmieni' jgħid il-Malti, u hekk għandu jkun biex uliedna jitgħallmu x'inhi solidarjetà. Filfatt, l-avveniment jestendi anke fl-iskejjel. Żgur li bosta minnha niakru l-'piggy bank' li jasal fil-klassi fi żmien il-Milied u kulħadd kien jixħet xi ħaġa tal- flus, jew kont tmur id-dar issaqsi l'ommok tagħtik xi ħaġa żgħira tal-fidda. Din is-sena, l-istudenti primarji u sekondarji, kollettivament ġabru bejniethom iktar minn €53,000 f 'donazzjonijiet. Kull qatra tgħodd, anke ta' dawk il- qlub żgħar. Din is-sena, l-avveniment kien ospitat fis-Sala tal-Isport ta' Ħal Kirkop, mibdula fi studio għall-okkażjoni u xxandret fl- istazzjonijiet televiżivi lokali. Id-donazzjonijiet fl-Istrina fuq medda ta' ħames snin L-Istrina ilha sinonima mal-għada tal-Milied sa mill-1995. L-Istrina sservi bħala ġbir ta' fondi ċentrali għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). L-avveniment jistinka biex jinkoraġġixxi donazzjonijiet ġenerużi L-Isfidi demografiċi imminenti ta' Malta LUIGI SGHENDO Fil-ħarġa tal-2024 "Ageing Report, Underlying Assumptions and Projection Methodologies", ġie żvelat li Malta mistennija ssib ruħha taffaċċja sfidi imminenti fil-futur minħabba l-popolazzjoni li qed tesperjenza żieda fl-età medja. Ir-rapport, studju analitiku komprensiv miġbur permezz ta' laqgħat rigorużi ma' tekniċi minn nazzjonijiet membri tal-UE, iservi bħala blueprint li jenfasizza data importanti. Barra minn hekk, it-tbassir tar-rapport iservi bħala rakkont ta' twissija, li jipprevedi t-trajettorja għan-nazzjonijiet tal-UE jekk il-politiki attwali jibqgħu mhux mibdula. Paula Mifsud Bonnici, il-Kelliema tal- Partit Nazzjonalista għall-anzjani u Membru Parlamentari Nazzjonalista, xeħtet dawl fuq dan ir-rapport fejn ħeġġet azzjoni fil-pront tal- Gvern biex jindirizza t-tħassib imminenti. Mifsud Bonnici rrimarkat li r-rapport juri li d-dħul nazzjonali ta' Malta huwa mbassar li jikber b'rata medja ta' 2.1% fis-sena bejn l-2022 u l-2070. Apparti dan, Malta rat żieda qawwija fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol f 'dawn l-aħħar snin, li juri prospetti ekonomiċi inkoraġġanti. Iżda lil hinn mill-ekonomija, Mifsud Bonnici saħqet li "hemm diversi fatturi oħra inkwetanti li se jkunu ta' sfida kbira għal Malta. Għaldaqstant huwa importanti li dan il-Gvern jibda jipprepara għal dawn l-isfidi. Taħt din l-istatistika pożittiva hemm numru ta' fatti inkwetanti. Hija spjegat li r-rata ta' fertilità f 'Malta hija l-iktar waħda baxxa fl-UE (1.13% fl-2021), u minħabba f 'hekk, il-popolazzjoni ta' anzjani f 'pajjiżna se tkompli tikber. Fattur ieħor inkwetanti hu li l-età medja hija ta' 80.8 sena għall-irġiel u 84.3 sena għan-nisa; bi tbassir jipproġetta li n-nisa se jgħixu sa 90.4 sena sal- 2070. Barra minn hekk, ir-rapport jenfasizza t-tkabbir sostanzjali fil-popolazzjoni ta' Malta, flimkien mal-Lussemburgu, l-Iżvezja, u l-Irlanda, li mistennija jaraw żieda ta' 19% għal 54% bejn l-2022 u l-2070. Il-Membru Parlamentari semmiet fattur ieħor inkwetanti, l-old age dependency ratio. Dan jindika n-numru ta' persuni ta' mill- anqas 65 sena diviż bin-numru ta' persuni bejn 20-64 sena. Hija spjegat kif qed jiġi mbassar li l-proporzjon se jkompli jiżdied, u filwaqt li llum għal kull persuna 'l fuq minn 65 għandna 2.8 persuni bejn l-20 u l-64 sena li jaħdmu sas-sena 2070, dan se jinżel għal 1.7 biex f 'Malta għal kull żewġ persuni 'l fuq minn 65 se jkollok biss 3 persuni bejn l-20 u l-64 sena li qed jaħdmu. Paula Mifsud Bonnici ddeskriviet iż-żieda inevitabbli fin-nefqa pubblika, b'talbiet dejjem jikbru fil-pensjonijiet, fil-kura tas-saħħa, fis-sistemi tal-kura fit-tul, u fl-edukazzjoni. Hija esprimiet tħassib dwar il-livelli għoljin ta' dipendenza fost l-anzjani, u saħqet fuq il- ħtieġa tal-Gvern li jinvesti f 'kura informali, servizzi bbażati fid-dar, u soluzzjonijiet innovattivi orjentati lejn il-komunità biex aktar anzjani jkunu jistgħu jixjieħu fi djarhom. "Inutli li l-anzjani jibqgħu jgħixu aktar imma b'livell għoli ta' dipendenza. Għaldaqstant il-Gvern ikun qiegħed jara kif se jkun qed jinvesti aktar f 'kura informali, f 'kura fid-dar, u f 'diversi servizzi ġodda u innovattivi fil-komunità biex aktar anzjani jkunu jistgħu jgħixu fid-djar tagħhom", temmet tgħid Mifsud Bonnici. Il-popolazzjoni ta' anzjani f 'pajjiżna se tkompli tikber

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 December 2023