MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • NRU 899 Intervista ma' Dun Marcellino PAĠNI 6 u 7 Aaron Farrugia jitkeċċa mill-kabinet f'reshuffle li ħasad lil kulħadd Aaron Farrugia huwa l-unika persuna li tqaċċat 'il barra mill-kabinet ta' Robert Abela, hekk kif tul il-ġurnata tas-Sibt, bosta kienu dawk madwar Malta u Għawdex li laqgħu l-aħbar ta' reshuffle b'sorpriża. Meta Aaron Farrugia ħa f 'idejh it- trasport u l-infrastruttura, huwa kien ikkritikat ferm mill-ambjentalisti, b'mod speċjali fid-dawl tal-kritika li l-politika u l-proġetti li kienu ħerġin mill-Ministeru tiegħu ma kienu qed jgħinu xejn biex itaffu mill-problemi tat-traffiku u d-dipendenza fuq il-karozzi li għandu pajjiżna. Fost l-oħrajn, Farrugia kien qata' l-użu tal-iscooters elettriċi tal-kiri li kienu jintużaw bħala mezz ta' trasport, filwaqt li f 'dak li għandu x'jaqsam mal-karozzi tal- Y-plates, jidher li ma għamilx dak li kellu jsir biex jiġi rregolat sew dan is-settur. Dan anke fid-dawl ta' bidliet frekwenti fil-politika li tiggverna s-settur, liema bidliet lanqas kienu maqbula jew diskussi mal-imsieħba soċjali kollha bħall-Kamra tal-Periti. Fost dawk li għalihom din l-aħbar kienet qisha sajjetta fil-bnazzi kienu proprju l-membri tal-grupp Parlamentari Laburista, li stqarrew li ma ħasbux li Abela kien se jibdel il-kabinet tiegħu fl- ewwel jiem tas-sena. Kienet ġurnata mimilja tensjoni u segrettezza assoluta hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela għajjat Ministri, Segretarji Parlamentari u membri Parlamentari għal reshuffle fejn indirizza dawk il-ministeri fejn ħass li kien hemm diżappunt. Fost dawk li telgħu skalun u dawk li niżżlu kien hemm Chris Bonett, li issa ħa post Aaron Farrugia bħala l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi. Hawn tħabbar b'mod uffiċċjali għall-ewwel darba li Chris Fearne se jkun qed jiġi nominat ta' Malta għall- kariga ta' Kummissarju Ewropew wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju li ġej. Għalhekk, huwa se jkun qed jirriżenja mill-kariga ta' Ministru għas-Saħħa, u minflok inħatar bħala Ministru għall- Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. IKOMPLI F' PAĠNA 3 Chris Bonett ħa post Aaron Farrugia bħala l-Ministru għat-Trasport l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024