MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 CHRIS FEARNE Chris Fearne se jibqa' jservi bħala d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas- Saħħa, iżda minkejja li tneħħilu l-portafoll tas-Saħħa, se jservi wkoll bħala Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Bid-deċiżjoni imminenti dwar il-ħatra ta' Kummissarju ġdid fil-Kummissjoni Ewropea, bosta kienu dawk li spekulaw dwar il-ħatra ta' Fearne f 'din il-pożizzjoni, u huwa proprju minħabba dan li reshuffle kien imminenti. Fearne kien ukoll kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista, u wara li tilef il- kontestazzjoni kontra Abela beda jħares lejn Brussell bħala l-aħħar sfida politika. Fearne, li għamel isem waqt il-pandemija tal-Covid, daħal fil-politika wara karriera twila bħala kirurgu li jispeċjalizza fit- tfal. Ta' 60 sena qed iħares lejn ir-rwol ta' Kummissarju bħala opportunità biex jagħti sehmu fil-qasam internazzjonali imma anke biex jaħrab mix-xena Maltija. JO ETIENNE ABELA Jo Etienne Abela huwa dak li se jservi bħala Ministru għas-Saħħa minflok Fearne, hekk kif ma' dan il-portafoll, żamm ukoll dak tal-Anzjanità Attiva. Abela huwa kirurgu speċjalizzat Għawdxi li sal- bieraħ kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Jo Etienne Abela min-naħa tiegħu huwa bniedem li ġej minn familja Għawdxija li kienet magħrufa bħala Nazzjonalista. Ispira ruħu minn Tony Blair, il-Prim Ministru Laburista Ingliż, u ġie mħajjar biex joħroġ għall-politika minn Robert Abela stess. Bħalissa għandu l-konċessjoni li jkompli jagħmel xi operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, iżda mhux ċert jekk dan ikunx possibbli jekk jaċċetta l-pożizzjoni ta' Ministru tas-Saħħa. Bħala karattru huwa aktar kariżmatiku minn Fearne u għandu wkoll stil ta' diskors kajman, moderat u ċar. MALCOLM PAUL AGIUS GALEA Għal Agius Galea, din hija l-ewwel promozzjoni tiegħu fil-kabinet ta' Robert Abela mindu ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, fejn qabel din il-kariga huwa kien biss membru Parlamentari. Huwa se jkun Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva fil-ministeru ta' Jo Etienne. Qabel ġie elett fl-2022, Agius Galea kien tabib u anke s-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ. Ftit tax-xhur ilu, huwa kien ammetta li kien żbalja meta vvota kontra li ssir inkjesta pubblika fil-konfront ta' Jean Paul Sofia. JONATHAN ATTARD Attard mhux talli żamm il-portafoll tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, iżda ngħata wkoll rwol ieħor, hekk kif ġie fdat fl-irwol tar-Riforma fis-Settur tal- Kostruzzjoni. Jonathan Attard kellu karriera bħala avukat qabel ma ġie co-opted fil-Parlament fl-2021 biex jieħu s-siġġu ta' Manuel Mallia. Fl-elezzjoni ġenerali sena wara, huwa tela' mir-raba' distrett u Robert Abela għamlu Ministru tal-Ġustizzja. CLINT CAMILLERI Il-Ministru għal-Għawdex Clint Camilleri żamm il-portafoll li għandu x'jaqsam mal-gżira tat-tliet għoljiet, filwaqt li f 'mossa li it kienu jistennew, żdied ukoll l-Ippjanar fil-portafoll tiegħu. L-aħbar li Clint Camilleri se jieħu f 'idejh il-portafoll tal-ippjanar żgur se jkun ta' dispjaċir għall-ambjentalisti, b'mod speċjali minħabba l-klijenteliżmu li jibbrilla fir-rigward ta' Ministri għal Għawdex. Dan jista jfisser li kuntratturi Għawdxin ikollhom aktar saħħa fuq il-Ministru tal- Ippjanar. Fl-2020 Camilleri kien ta 'direct order' lill-kuntrattur Għawdxi Joseph Portelli sabiex pazjenti anzjani jkunu jistgħu jużaw lukanda tiegħu f 'Għawdex waqt il- pandemija. Għal dan, il-Ministeru għal Għawdex ħallas xejn inqas minn €3.1 miljun. F'dan il-każ, l-Awditur Ġenerali kien sab li f 'ġurnata waħda il-valur tal- ħlas għal dan is-servizz żdied b'€650,000 f 'ġurnata waħda. MIRIAM DALLI Miriam Dalli żammet il-portafolli tal- Ambjent u l-Enerġija filwaqt li ngħatat ukoll dak tar-Riġenerazzjoni tal-Port il- Kbir. Dalli ilha membru tal-grupp Parlamentari Laburista mill-2020, wara li ġiet co-opted biex timla s-siġġu tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Minn dak iż-żmien 'l hawn hija kellha f 'idejha l-portafoll tal-enerġija, l-intrapriża u l-iżvilupp sostenibbli. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2022, hija baqgħet responsabbli għall-enerġija u l-intrapriża, u magħhom żdied kien żdied il-portafoll tal-enerġija. Dalli sabet ruħha f 'nofs kriżi tal-enerġija, tant li bosta fil- pajjiż ippuntaw subajhom lejha wara li bosta familji u negozji sabu ruħhom bla dawl għal jiem sħaħ fl-agħar tas-sajf. SILVIO SCHEMBRI Is-Sibt tħabbar li Silvio Schembri se jibqa' Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża, filwaqt li żdiedlu wkoll il-portafoll tal- Proġetti Strateġiċi. Silvio Schembri ilu fil-grupp Parlamentari Laburista minn żmien Joseph Muscat. Is- sena l-oħra, huwa kien fl-aħbarjiet wara li qal li ma jara ebda kunflitt ta' interess mill-fatt li filwaqt li hu kien il-Ministru risponsabbli mill-artijiet, martu kienet fetħet kumpanija tal-iżvilupp tal-proprjetà STEFAN ZRINZO AZZOPARDI Zrinzo Azzopardi tneħħa mill-irwol ta' Ministru għall-Ippjanar, biex minflok se jkun Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali. Bosta kienu dawk iddiżappuntati mill- ħidma ta' Stefan Zrinzo Azzopardi bħala Ministru għall-Ippjanar. Għalkemm huwa kien fit-tmun tal-Ministeru meta ddaħlet fis- seħħ il-liġi tal-liċenzjar tal-kuntratturi, din saret biss wara l-mewt traġika ta' Jean Paul Sofia, u bosta jarawha reazzjoni bla saħħa għal mewt f 'settur iddominat minn kontroversji. Fost dawk li nnutaw il-fallimenti tas- sistema f 'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-kostruzzjoni kien hemm l-Imħallef Joseph Zammit McKeon, li bħala dak li qed imexxi l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta' Sofia, kellu kliem iebes għall-Zrinzo Azzopardi rigward in-nuqqas ta' serjeta fis-settur. CLAYTON BARTOLO Min-naħa tiegħu, Clayton Bartolo se jibqa' jservi bħala Ministru għat-Turiżmu, u ma dan se jiżdied ukoll il-portafoll tal-Indafa Pubblika. Bartolo kien il-Ministru għat-Turiżmu waqt l-agħar żmien tat-turiżmu f 'Malta waqt il-pandemija, fejn minkejja l-isfidi dan is- settur deher li rkupra. Huwa kritikat minn uħud li jgħidu li bħala Ministru ta' portafoll kruċjali għal pajjiżna, Bartolo għandu ħabta jiffoka ħafna fuq it-turiżmu fid-distrett tiegħu, kif ukoll minħabba numru ta' kontroversji b'rabta mal-industrija tal-films u n-nefqiet kbar tagħha. GLENN BEDINGFIELD Bedinfield ġie maħtur bħala Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu. Mill-kabinet il- ġdid, Bedingfield huwa wieħed mill-akbar veterani tal-Partit Laburista, u fil-leġiżlatura li għaddiet, huwa serva bħala l-Whip tal-grupp Parlamentari Laburista. Bosta jaraw lil Bedinfield bħala wieħed mill-aktar persuni fil-grupp Parlamentari Laburista li huwa viċin l-eks Prim Ministru Joseph Muscat minkejja d-dell ikrah li Muscat tefa' fuqu nnifsu. MEMBRI OĦRAJN TA-KABINET Intant, is-Sibt tħabbar li Andy Ellul se jżomm l-irwol tiegħu bħala Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iżda huwa ċċaqlaq mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dak tad-Deputat Prim Ministru. Il-membri tal-kabinet li żammew il- pożizzjoni tagħhom fl-ewwel reshuffle ta' din il-leġiżlatura huma dawn: Owen Bonnici, Ian Borg, Michael Falzon, Anton Refalo, Roderick Galdes, Julia Farrugia Portelli, Byron Camilleri, Clyde Caruana, Clion Grima, Alison Zerafa Civelli, Keith Azzopardi Tanti, Rebecca Buttigieg u Alicia Bugeja Said. Il-kabinet ġdid ta' Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024