MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum opinjoni Katya De Giovanni hija membru parlamentari Laburista Katya De Giovanni F ix-xogħol tiegħi personali ta' psikologa, nara u nisma' ħafna per- suni li mal-bidu tas-sena jagħmlu xi tip ta' riżoluzzjoni sabiex jieqfu minn xi vizzju jew drawwa li hija ta' ħsara għalihom u li qiegħda ddejjaqhom. Madankollu m'hemm xejn ħażin, anzi huwa importanti li dak li nkunu bdejna, inżommuh. Huwa importanti li jekk inħossu li hemm bżonn li nirranġaw xi ħaġa, inkunu sodi u determinati li naslu nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna. Apparti dan, fejn ikollna bżonn l-għajnuna u l-kuraġġ irridu nitgħallmu kif nitolbuhom. Kif ngħidu, ħadd mhuwa perfett, għaldaqstant il-ħsieb ta' riżoluzzjoni huwa wieħed san u pożittiv. Nittama li intom li qed taqraw dan l-artiklu tinsabu tajbin u bdejtu s-sena fuq nota pożittiva. Meta nawguralkom hekk, inkun qed nirreferi b'mod speċjali għas-saħħa, kemm dik fiżika, kif ukoll dik mentali. Wara s-saħħa nirreferi wkoll għall-kuntentizza, b'dak kollu li jżommna magħqudin fejn ma jkollna xejn nieqes li hu meqjus essenzjali. Dawn huma l-fatturi li jeħtieġ il-bniedem sabiex ikun kuntent. Barra minn hekk, kollox jista' jitqies relattivament sekondarju u jkun anqas prominenti f 'ħajjitna. L-2024 se tkun sena li matulha se jkollna diversi avvenimenti fosthom l-elezzjonijiet tal-Istati Uniti, tal-Parlament Ewropew, kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali ta' pajjiżna. Se jkollna wkoll ħatra ta' President tar- Repubblika ġdid, u minn hawn nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lill- President George Vella u lis-Sinjura tiegħu għall-ħidma tagħhom matul iż-żmien li fih servew fil-Presidenza. Nawguralhom żmien ta' mistrieħ mistħoqq. Jalla l-ġid u l-valuri li għaddewlna nibqgħu ngħożżuhom u ngawduhom fiż-żmien li ġej. Ġej żmien fejn se jkun hemm tibdil sinifikanti, anke bil-pjanijiet ta' nominazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne bħala Kummissarju Ewropew. Ħatra tassew meritata u mistħoqqa. Nifakru kif matul il-pandemija tal-COVID-19 Fearne, flimkien mal-kollegi, fosthom is-Supretendent tas- Saħħa Charmaine Gauci, assiguraw pajjiż sigur u evitaw possibilment eluf ta' mwiet fil- pajjiż, b'mod partikolari minħabba li konna fost wieħed mill-ewwel pajjiżi li akkwistajna t-tilqima. Bħalma konna għaqlin fl-għażla tal- Kummissarju Ewropew, irridu nkunu lkoll għaqlin fl-għażla tal-President tar- Repubblika li mistennija tkun persuna prudenti, irrispettata mill-Poplu Malti u Għawdxi kollu. Minn hawn inwiegħed lill-qarrejja li bħala deputati jien u sħabi se nivvutaw b'kuxjenza sabiex tiġi rrispettata r-rieda tal-poplu. Irridu nfakkru li din is- sena jaħbat il-45 anniversarju mill-Ħelsien, is-60 sena anniversarju mill-Indipendenza u l-50 sena Anniversarju ta' Malta Repubblika. Avvenimenti bħal dawn iġibu magħhom responsabbiltà hekk kif inġeddu l-valuri li jirrappreżentaw. Irridu dejjem nibqgħu indipendenti fi ħsibijietna, nirrispettaw u nittolleraw il-ħsibijiet ta' xulxin filwaqt li niċċelebraw il-Ħelsien b'mod li nħallu lill-poplu stess jiddeċiedi l-aħjar triq għalih innifsu. Dan huwa rifless fil-leġiżlazzjonijiet li għamilna bħala Partit Laburista fil-Gvern fejn jidħlu d-drittijiet ċivili, l-IVF, iċ- Childcare b'xejn, il-fostering u l-adozzjoni fost oħrajn. Din is-sena se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dawk tal-Parlament Ewropew. Riċentement fil-parlament, bis- saħħa tal-Gvern irranġajna l-liġi fejn jekk kandidat li jkollu bejn is-16 u t-18-il sena jikseb l-ogħla ammont ta' voti, ikun jista' jieħu l-kariga ta' sindku. B'hekk il-votant ikollu d-dritt assolut li jagħżel tassew lil min irid li jmexxih. Din hija demokrazija ta' veru, pajjiż li jħalli f 'idejn ir-rieda tal-poplu f 'min jemmen li għandu jmexxi l-lokalità li jgħix fiha. Apparti dan kollu diġà hemm ippjanati diversi avvenimenti li se jsiru ġewwa pajjiżna, ma jonqsux il-festi fl-irħula tagħna li jsawruna u jagħtuna identità unika madwar id-dinja. Minn sena għall-oħra, il-livelli ta' għejxien fl-aspetti kollha jagħmlu qabża fil-kwalità għall-aħjar. L-importanza li l-politika tibqa' viċin in-nies hija fattur li nisħqu fuqu, b'mod speċjali l-familji kif ukoll l-anzjani li jridu dejjem ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Sabiex insostni dan, it tal-ġimgħat ilu, il-Gvern ippreżenta l-baġit bit-tema Malta Flimkien, baġit li se jserraħ ras in-nies b'miżuri soċjali li għalihom Gvern Laburista għandu rekord pożittiv. Iżda niem u nemmen li għad baqa' fejn nistgħu ntejbu. Bla dubju l-isfida prinċipali din is- sena se tkun il-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja bla rażan fejn jidħlu l-prezzijiet tal-prodotti għall-konsumatur. Mingħajr ma noħloq xi forma ta' kontroversja billi nipprova niem ta' min hu t-tort, il-messaġġ li nixtieq ngħaddi se jkun wieħed ċar, illi fil-kapaċità tiegħi se nkun qed nindirizza din il-materja bit-tama li tinstab soluzzjoni. Jekk jirnexxilna ntaffu it minn dan il-piż, inkunu lħaqna mira oħra favur il-familji u l-konsumaturi. Nagħlaq dan il-messaġġ b'appell żgħir li però fih ħafna ħsieb. Is-sabiħ tal-ħajja huwa li ngħixu f 'armonija kontinwa, kemm fl-isfera tal-familja, kif ukoll fuq il-post tax- xogħol tagħna. Isbaħ mill-ħbiberija sinċiera ma jistax ikollna sabiex ngħixu b'mod seren kemm jista' jkun possibbli. Bħalma kien jgħid Ġesù, "Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek". Sena ġdida b'ottimiżmu Bħalma konna għaqlin fl-għażla tal-Kummissarju Ewropew, irridu nkunu lkoll għaqlin fl-għażla tal-President tar-Repubblika li mistennija tkun persuna prudenti, irrispettata mill- Poplu Malti u Għawdxi kollu 2024 taħbat il-45 anniversarju mill-Ħelsien, is-60 sena anniversarju mill-Indipendenza u l-50 sena Anniversarju ta' Malta Repubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024