Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-iskema ta' boll ta' 2% fuq propjetà f 'Għawdex kienet ġiet introdotta fil-Baġit għall-2017, inizjalment għal sena biss. Il-bejgħ tal-propjetà f 'Għawdex kien ħa daqqa kbira wara l-2006, bl- ammont ta' konvenji ffirmata jibqa' ferm baxx sa għaxar snin wara. Dan kien jirrifletti nuqqas kbir ta' domanda fid-dawl ta' tkabbir ekonomiku relattivament dgħajjef. Fl-2011 f 'Novembru u Diċembru, pereżempu, kienu saru 68 konvenju, jew medja ta' wieħed kuljum. Sal-2016, il-bejgħ kien kważi reġa' laħaq il-livelli tal-2006, imma kien id-dħul tal-iskema ta' boll anqas li waslet għal żieda fil-bejgħ f 'Għawdex. Dan kien tela' għal 277 konvenju fl-2018, jew kważi ħamsa kuljum. Fl-2019 il-bejgħ kien naqas xi ftit, imma xorta kien sostnut, fil-livell ta' 224 konvenju. Fid-dawl tal-effetti tal-pandemija, il-Gvern kien żied skema oħra ta' roħs fil-boll, li kienet tkopri wkoll lil Malta. Din l-iskema waslet għal rekord ta' bejgħ ta' propjetà, speċjalment fl-2021 meta kienet se tieqaf. Is-sena li għaddiet in-numru ta' konvenji fl- aħħar xahrejn tas-sena kienu naqsu għal 257, minn rekord ta' 458 is-sena ta' qabel. Xorta dan kien ammont li jħabbatha ferm tajjeb mal-livell ta' qabel il-pandemija. Iż-żieda tas-sena li għaddiet wasslet biex kien osservat it-tielet l-ogħla ammont ta' konvenji mindu bdiet tinġabar l-istatistika. Dan wassal biex il-Gvern ippospona t-tmiem tal-iskema sal-aħħar ta' dan ix-xahar bl-għan li t-tranżizzjoni timxi aktar ħarir u mingħajr intoppi żejda. F'Novembru u Diċembru ġew iffirmati 315-il konvenju Għawdex jesperjenza boom fil-bejgħ ta' propjetà Fl-10 ta' Jannar tnediet l-ewwel laqgħa tal-Youth Advisory Forum (YAF) fejn disa' żgħażagħ bejn is-16 u t-33 sena ntgħażlu biex isiru membri. Il- ġurnalist Luigi Sghendo tkellem ma' Michaela Vassallo, waħda mid-disa' membri li tifforma l-bord tal-YAF. Vassallo espremiet il-kunfidenza li għandha fil-YAF hekk kif temmen li miexi b'ritmu tajjeb minkejja li għadu fil- bidu tiegħu. Hija temmen li l-potenzjal tiegħu qed jibda jiġi eżerċitat, u sostniet li dan se jgħin biex ikompli jtejjeb l-isfidi li jaffaċċja l-pajjiż, b'mod partikolari l-isfidi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ. "Il- membri ġejjin minn diversi setturi differenti, min fl-isports, kunsilli lokali, liġi u diversi setturi oħra, u nemmen li dan se jħalli l-frott" saħqet Vassallo. Il-membri appuntati fil-Youth Advisory Forum esprimew il-fehmiet tagħhom waqt l-ewwel laqgħa mal- Prim Ministru Robert Abela. Din kienet l-ewwel waħda minn kullana ta' laqgħat immexxija minn Abela nnifsu. Filwaqt li qalet li ma tistax titkellem fuq dak li jiġi diskuss waqt il-laqgħat, hija appellat biex iktar żgħażagħ jeżerċitaw id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u ma jiddejqux jikkomunikaw magħha jew mal-kollegi fil-bord biex jgħaddu rakkomandazzjonijiet. "Il-bieb miuħ għal kulħadd", saħqet Vassallo. Vassallo spjegat kif il-Forum twaqqaf bl-għan li jservi ta' organu fejn il-Gvern jikkonsulta maż-żgħażagħ fuq liġijiet, strateġiji u pjanijiet dwar temi ta' importanza nazzjonali. Hija kompliet tgħid kif iż-żgħażagħ intgħażlu minn bord kompost minn uffiċjali pubbliċi u rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-KNŻ. Dan il-forum tnieda biex ikun strument sabiex iż-żgħażagħ Maltin ileħħnu l-opinjoni tagħom u x'qed jinkwetahom. Dan se jservi bħala pont biex iż-żgħażagħ tingħatalhom l-opportunità li jiddiskutu dak li jixtiequ. Dan minħabba, kif inhu mium mill- perċezzjoni tal-poplu, li ż-żgħażagħ tilfu l-interess fil-politika. Fid-dawl ta' dan staqsejnieha jekk dan kienx rifless fl-ammont ta' persuni li xeħtu isimhom fil-Forum. "Kien hemm interess imma ħsibt li kien se jkun hemm iktar" sostniet Vassallo. Iżda minkejja dan il-ħsieb hija fakkret li "l-opportunità li tpoġġi faċċata tal- Prim Ministru li qed jisimgħek, toffri opportunità unika fejn l-ideat taż- żgħażagħ jistgħu jiżviluppaw". Ta' min jinnota li l-membri se jkunu qed iservu għal perjodu ta' 18-il xahar fil-Forum u se jkollhom iċ-ċans li jerġgħu jiġu appuntati għal terminu ieħor biss. Għal din ir-responsabbiltà huma jirċievu paga ta' madwar €1,700 fis-sena. Dan skont ir-regoli li jirregolaw il-bordijiet konsultattivi tas-Servizz Pubbliku. Il-ġurnalist Luigi Sghendo tkellem ma' Michaela Vassallo, waħda mid- disa' membri li jiffurmaw il-bord tal-YAF "Iż-żgħażagħ għandhom ikomplu jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni" 497 każ ta' divorzju kontra 2,036 każ ta' żwieġ fl-2023 Michaela Vassallo, membru tal-Youth Advisory Forum ELAINE CAMILLERI Minn mistoqsija parlamentari ġie żvelat li matul l-2023, f 'Malta kien hawn 497 każ ta' divorzju. Nhar l-Erbgħa, il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Jerome Caruana Cilia għamel din il-mistoqsija lill-Ministru għall- Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal- Kostruzzjoni, Jonathan Attard waqt seduta parlamentari. Bħala risposta, Attard wieġeb illi fis-sena ta' qabel, f 'Malta seħħew 480 każ ta' divorzju, filwaqt li f 'Għawdex ġew irreġistrati 17-il każ minnhom. Mill-banda l-oħra, statistika maħruġa minn Identità, żvelat li fl- 2023 ġew irreġistrati 2,036 każ ta' żwieġ. Dan juri li kien hemm tnaqqis ta' 201 tieġ meta mqabbel mal-2022 (2,237 każ ta' żwieġ irreġistrati). Ħaġa notevoli hi li fl-2023, ma ġiet irreġistrata l-ebda unjoni ċivili. Intant, kien hemm 36 każ ta' koabitazzjoni meta mqabbla mal-31 reġistrati fl-2022. Waqt seduta parlamentari rriżulta li fl-2023, Malta rat 497 każ ta' divorju, bi 17 minnhom f'Għawdex. Filwaqt li statistika maħruġa minn Identità żvelat li fl-2023 ġew irreġistrati 2,036 każ ta' żwieġ