MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 • illum ELAINE CAMILLERI U LUIGI SGHENDO Waqt l-esplorazzjoni tal- interess ta' tmien żgħażagħ studenti Maltin, irriżulta li hemm nuqqas ġenerali ta' interess lejn ix-xena politika ta' Malta. Minn tmien studenti li ġew intervistati mill-gazzetta, tnejn biss tinteressahom il- politika biex ikunu aġġornati dwar x'inhu jseħħ fil-pajjiż. Il-ħamsa l-oħra wieġbu 'le' filwaqt li wħud minnhom saħqu li l-politika hija "paroli fil-vojt", "ħafna daħk fil-wiċċ" u "bla azzjoni". Il-maġġoranza tal-istudenti żgħażagħ li intervistajna jinsabu inkwetati fuq l-ambjent u l-edukazzjoni. It-tieni l-iktar fattur li jinkwetahom huwa dak li jirrelata mal-isfidi tal- ġeneru tas-sess. Filwaqt li l-inqas importanti għalihom hija l-problema tat-traffiku minkejja li pajjiżna jesperjenza konġestjoni ta' traffiku kuljum madwar il-gżira li tirriżulta f 'dewmien twil fit-toroq Maltin. Meta mistoqsijin dwar jekk jixtiqux li jibqgħu jgħixu Malta, sitta mill-istudenti wieġbu 'le' u esprimew dan minħabba li Malta hija limitata minn opportunitajiet fejn pajjiżi oħra joffru ħafna iktar. Huma qasmu magħna tħassib dwar is-suq tax-xogħol u l-prospetti tal- karriera bħala fatturi ewlenin li jinfluwenzaw id-deċiżjoni tagħhom. B'kuntrast, tnejn mill- istudenti wieġbu li hija x-xewqa tagħhom li jibqgħu Malta minħabba rabtiet familjari u li jemmnu li "Malta għandha ħafna iktar x'toffri". Uħud minnhom saħqu li jixtiequ jitilqu minn Malta għal fini ta' opportunitajiet differenti, kemm ta' xogħol, kif ukoll ta' edukazzjoni: "ma narax li l-Gvern qed jinvesti biżżejjed fil-futur tal-istudenti" u l-"opportunitajiet huma limitati." Oħrajn sostnew li mhux talli Malta ma toffrix varjetà kbira lill-istudenti biex ikomplu jimirħu, imma anke għaliex "is-soċjetà tiġġudika wisq" u student ieħor stqarr li f 'Malta m'hawnx fejn jimirħu l-artisti. Minn perspettiva dwar it- trajettorja ta' Malta, ħareġ sentiment unanimu fost dawn it-tmien żgħażagħ Maltin, hekk kif kull wieħed minnhom esprimew b'mod enfatiku ħarsa negattiva lejn it-tmexxija tal- pajjiż. Kollettivament, huma sostnew li l-pajjiż mhux miexi fid-direzzjoni t-tajba. Ix-xettiċiżmu kondiviż tagħhom jissuġġerixxi diżillużjoni mifruxa bl-istat attwali tal-affarijiet u nuqqas ta' fiduċja fid-direzzjoni li qed jimxi n-nazzjon. Huma wkoll qablu li l-amministrazzjoni tal- pajjiż mhijiex mill-aħjar peress li skonthom "mhumiex jiffukaw fuq affarijiet li vera hemm bżonn awareness fuqhom". Dan nistgħu nabbonawh mat- tweġiba tagħhom, li l-ambjent u l-edukazzjoni huma l-iktar żewġ fatturi ta' prijorità għall- istudenti. Studenti universitarji u tal- MCAST kellhom jingħaqdu fi protesta sabiex isemmgħu leħinhom dwar it-tħassib li tqajjem minn direttivi ġodda li ġew impostati fuq għalliema u ħaddiema. Dan wara l-karba tagħhom waqgħet fuq widnejn torox. Din tista' tkun waħda mir- raġunijiet għar-risposta tat- tmien żgħażagħ li tkellimna magħhom, li jinsabu mħassba għall-futur tagħhom u frustrati li minkejja nuqqas ta' ftehim, qed ibati l-istudent. Fl-aħħar mill-aħħar, meta mistoqsija jekk isegwux ġrajjiet kurrenti, kollha wrew diżinteress u passività notevoli lejn il-ġrajjiet kurrenti. Meta mistoqsijin dwar l-impenn tagħhom ma' avvenimenti u aħbarijiet li għaddejjin, ir- rispondenti kollettivament ammettew li ma segwewx b'mod attiv il-ġrajjiet kurrenti. Din il-pożizzjoni kollettiva tenfasizza l-importanza li jiġu esplorati strateġiji biex jerġa' jitqajjem l-interess taż-żgħażagħ Maltin li jibqgħu infurmati u jipparteċipaw b'mod attiv f 'diskors soċjo-politiku usa'. Tmien żgħażagħ Maltin jgħidu tagħhom fuq ix-xena politika Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tmien żgħażagħ studenti Maltin li l-età tagħhom tvarja minn 17 sa 29 sena. Huma qasmu magħna l-perspettivi tagħhom dwar il-politika ta' Malta Meta mistoqsijin dwar jekk jixtiqux li jibqgħu jgħixu Malta, sitta mill- istudenti wieġbu 'le' u esprimew dan minħabba li Malta hija limitata minn opportunitajiet fejn pajjiżi oħra joffru ħafna iktar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 January 2024