Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781
05 intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 il-klijent u l-professjonist – kien hemm ċerta għaqda bejn it-tabib u l-pazjent. Illum minħabba domanda kbira, ħafna tobba huma eżawsti u ma jlaħħqux mad- domanda. Fuq livell primarju, l-NHS kulħadd fgat bix-xogħol. Tant għandna popolazzjoni kbira, li anke l-barranin se jużaw is- servizzi tagħna. Il-kura primarja kienet tiftaħar li 80% hija servuta minn tabib tal-familja fil-privat. Illum il-ġurnata, it-tobba fil-privat qed jonqsu għaliex jagħżlu li jmorru l-NHS minflok. It-tobba l-ġodda qed imorru biex jimpjegaw ruħhom mas-servizz pubbliku għax għandhom struttura iktar adegwata, però għall- inqas ħajjithom jafu fejn hi. Fil-privat int taf tbati ftit iktar b'sagrifiċċju għal ħajtek. Din għandna nindirizzawha wkoll għax jekk se tkompli tnaqqar mill-privat, il- piż se jmur kollu fuq is-settur nazzjonali. Il-Gvern għandu jinċentiva lil tobba fil-privat biex pereżempju jkollhom public partnership mal-Gvern biex il- prattika tagħhom tevolvi b'tali mod li jistgħu jsiru intrapriża. Mhux taħdem bħala tabib waħdek iżolat, imma jkunu bħal negozji oħrajn. U hemmehkk it- tobba jieħdu n-nifs ukoll. Wara kollox anke jekk inkun fil-privat, inħoss li qed nagħti kontribut fis-saħħa nazzjonali għax jekk ġew pazjenti għandi ħadt responsabbiltà jien. Hemm ħafna fejn timraħ. Meta tħares lura, fuq livell politiku x'taħseb li kienu l-akbar rakkomandazzjonijiet li imbuttajt 'il quddiem rigward is-saħħa? Sfida li pajjiżna għadda minnha u nħossni kuntent li kkontribwejt fiha hija l-pandemija tal-Covid. Għamilt xogħol siewi fis-sens li ħassejtni obbligat. Ħdimt ħafna mal-Ministru Chris Fearne għax din kienet pandemija nazzjonali u kien hemm bżonn li jkollna ħabel wieħed. Fis-saħħa għandu jkun hemm ġbid ta' ħabel wieħed, għax fl-aħħar mill-aħħar il-pazjent jiġi l-ewwel. Tajt kontribut nazzjonali u diversi liġijiet inkluż il-liġi tal-IVF meta daħħalna l-PGT (Pre Implantation Genetic Testing). Jien kont strumentali u konna kawti biex kemm jista' jkun nosservaw il-ħajja umana sa mill-bidu ħalli fl-abbozzi tal-liġijiet ma jiġix kollox laxk. Qabel l-elezzjoni ġenerali kont ressaqt proposti b'saħħithom illi wħud minnhom implimentahom anke l-Gvern. Waħda minnhom kienet illi tingħata l-kimoterapija ambulatorja fejn pazjent tal-kanċer m'għandux għalfejn imur l-isptar għal siegħa u nofs, fejn dan jista' jsir mid-dar. Għandek inqas skumdità għall-pazjent, inqas sodod okkupati għax b'hekk tista' tingħata lill-pazjent li għandu iktar bżonn. Jien qed inħares 'il quddiem għax hemm diversi mumenti ta' trattamenti oħra li jistgħu jingħataw id-dar, bħal pereżempju minn għandu kanċer fis-sider – il-herceptin. Kont issuġġerejt ukoll illi noħolqu arranġamenti bilaterali fost il-pajjiżi Ewropej, fejn mhux biss ikollna ekwalità fiskali, imma bħall-Ġermanja u Spanja, dawn għamlu breakthrough f 'ċerti trattamenti. Nemmen li aħna għandna nirranġaw magħhom u nibagħtu pazjenti għall-kura hemmhekk. Proposta oħra soċjali u medika li kont issuġġerejt u ilni nressaqha għal tliet leġiżlazzjonijiet tittratta pensjonanti anzjani. Kont issuġġerejt li fejn għandna anzjani pensjonanti bi dħul baxx, il-Gvern jista' jara u joffrilhom l-opportunità li jibqgħu jinqdew mit- tabib privat tagħhom minflok imorru fiċ-ċentri tas-saħħa fejn illum sibt tabib u għada sibt ieħor. Stajna noħolqu sistema fejn jingħata servizz mit-tobba fil-privat lil dawn l-anzjani. L-ewwel nett tneħħi t-tagħbija minn fuq tabib fis-servizz nazzjonali, it-tabib tal-privat ikun jaf x'testijiet se jagħmel u jkun ta' sodisfazzjon anke għall-pazjent kif ukoll għat-tabib. Il-ftehim kollettiv se jsolvi l-problemi ta' understaffing? Ma naħsibx, le. L-understaffing għandu jkun solvut minn viżjoni fit- tul fejn aħna nibdew mill-bankijiet tal-iskola. Aħna rridu nattiraw aktar studenti biex jidħlu fil-qasam tas- saħħa. Tattirahom billi l-ewwel nett tgħallimhom x'inhu s-suġġett. Turihom x'inhuma l-vantaġġi. Turihom dak li hu vokazzjonali bħala tagħlim, imbagħad naturalment tattirahom b'pagi diċenti u kundizzjonijiet tax-xogħol b'saħħithom biex dawn imbagħad ma jħossuhomx inferjuri minn ħaddiema oħrajn. Bħala politiku tat-tieni distrett, il-kariga ta' shadow minister tal-politika soċjali hija waħda sinifikanti? Hija sinifikanti ħafna. Din teħodni lura fl-istorja għaliex jien ilni fil-Parlament, ilħaqt il-leġiżlatura ta' Dr Gonzi, meta l-PN kien fil-Gvern. Jien kont abbonat ma' Dolores Christina u kellna s-social policy parti mill-ministeru tagħna. Dakinhar Gonzi kien għamel ftit ministri u taħtna kellna diversi oqsma, fosthom tal-edukazzjoni, tad-diżabilità, tal- impjiegi u l-housing ukoll. Jiġifieri jien trawwimt hemmhekk. Ħadt l-esperjenza u d-distrett rawwimni wkoll biex nagħraf il-ħtiġijiet soċjali u tal-familji, u individwi li jgħaddu minn sitwazzjonijiet vulnerabbli u dawk li huma marġinati, li għandhom bżonn l-għajnuna. Bħala politiku, dejjem kont, għadni u nibqa' nagħti daqqa t'id fir-remit tiegħi ta' tabib u politiku b'mod speċjali fejn jidħlu l-bżonnijiet soċjali. Din hija xi ħaġa li jien ngħożżha għax kważi hija mnissla fija. Kemm taħseb li huwa rilevanti u effettiv meta l-Partit Nazzjonalista jipproponi lilu nnifsu bħala gvern alternattiv? Jien naħseb li l-Gvern Nazzjonalista huwa għaddej minn trasformazzjoni li ilha għaddejja snin u ma niskantax biha għaliex il-politika mhux lakemm tfaqqa' subgħajk u tagħmilha. Naturalment, ħafna snin narawhom twal, però meta tillimitahom f 'viżjoni politika, tarahom ġranet. Għalkemm il-PN ilu snin għaddej jikkumbatti l-isfidi biex isib saqajh u jsib politiċi adattati, biex ikollna reshuffle, u biex ikollu kap, fl-aħħar mill-aħħar dan it-taqlib ħa jsarraf f 'xi ħaġa li hija alternattiva għall-Gvern. Ħa jsarraf bħala viżjoni. Ħa jsarraf bħala triq 'il quddiem. Ħa jsarraf bħala politika kif tassew għandha tkun għan-nies u fuq kollox li nagħmlu lil Malta aħjar. ġbid ta' ħabel wieħed" – Stephen Spiteri "Il-Gvern ma jridx jikkompeti mal-privat, imma jimxi pass pass miegħu"