MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LISA ABIGAIL CALLEJA Fit-12 ta' Jannar, l-istimat Fabio Borg iddebutta kollezzjoni sperimentali. Il-pitturi ta' 'MoodScapes' se jżejnu l-ħitan tal-Kamra ta' Fuq fl-Imqabba. Bħala l-aktar pass riċenti fil-vjaġġ artistiku prolifiku tiegħu, Fabio Borg iddebutta kollezzjoni ġdida tal- isem 'MoodScapes'. B'din il-wirja, Borg qed jitbiegħed mill-pajsaġġi li jidhru fix-xogħlijiet preċedenti tiegħu u jipprova l-Espressjoniżmu Astratt billi jesperimenta b'midja u kompożizzjonijiet ġodda. Għalkemm l-eki ta' dawn is-settings jippersistu, Borg beda jħares 'il ġewwa u jikkunsidra dak li jħoss minflok dak li jista' jara. Issa, l-artist jipproġetta l-emozzjonijiet tiegħu fuq dawn il- pajsaġġi biex joħloq astrazzjonijiet li jirriflettu kif iħoss. Din id-darba, Borg ma użax pajsaġġi jew ritratti bħala sorsi ta' ispirazzjoni. Ir-riżultat huwa ġabra ta' xogħlijiet b'kuluri qawwija u linji skuri li jqanqlu firxa ta' sentimenti u atmosferi naturali. Barra minn hekk, it-titlu ta' kull pittura jiddependi fuq kif ħassu l-artist meta lestieha, xi ħaga li tkompli ttejjeb it- tema tal-moods. Din il-wirja qed tiġi kkurata minn Melanie Erixon, persuna prominenti fis-settur tal-kultura lokali. Is-sena li għaddiet, Erixon kienet ispirata minn Borg meta żar il-Kamra ta' Fuq. L-artist irrakkonta l-esperjenza tiegħu jippreżenta l-wirja tiegħu 'Radici' f 'Ruma, u Erixon malajr saret ħerqana li tikkollabora ma' Borg u turi xi kollezzjoni minn tiegħu fil-Kamra ta' Fuq. Wara li ġie offrut wirja fil- gallarija, Borg ħoloq 'MoodScapes' fi żmien it xhur. Il-mod kemxejn mgħaġġel li Borg ħoloq din il-kollezzjoni qanqlu jesperimenta b'mezzi differenti minbarra l-akriliċi tas-soltu. Saħansitra għażel li japplika t-teknika 'alla prima', li biha żebgħa mxarrba tiġi applikata fuq żebgħa li għadha qed tinxef, sabiex il-pittura titlesta f 'seduta waħda u tkun kemm jista' jkun awtentika. Dawn il-pitturi saru bl-użu tal-akriliku, pastel taż-żejt, u anke lapes. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira, il-pitturi ġew maħduma fuq il-karti minħabba nuqqas ta' canvases. Barra minn hekk, peress li l-pitturi saru fi żmien qasir, il-kollezzjoni ħarġet koeżiva ħafna b'sens ta' oriġinalità li tgħaqqad kollox flimkien. 'MoodScapes' se tibqa' miuħa fil- Kamra ta' Fuq sat-2 ta' Frar. Il-ħinijiet tal-wirjiet jiġu aġġornati kull ġimgħa – żur is-sit tal-gallarija (artsweven.com/ exhibitions) għal aktar informazzjoni. L-espressjoniżmu astratt fil- 'MoodScapes' ta' Fabio Borg 'Raħal il-Letteratura': Inizjattiva ġdida biex tippromovi l-preżenza tal-kotba f'postijiet madwar ir-Rabat LISA ABIGAIL CALLEJA Il-Fondazzjoni HELA nediet kampanja bħala parti mill-inizjattiva 'Raħal il-Letteratura', li tiċċelebra l-letteratura u tippromoviha b'diversi modi. Permezz ta' dan il-proġett, il-fondazzjoni qed tiġbor l-istejjer u l-esperjenzi ta' nies mir-Rabat u xxerridhom. Dan qed isir bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-kotba kemm bħala oġġett fiżiku, kif ukoll bħala esperjenza, filwaqt li tingħata wkoll importanza lill-wirt letterarju. Raħal il-Letteratura qed jiġi appoġġjat mill-Premju tal- President għall-Kreattività u l-Kunsill Malti għall-Arti għal tliet snin. Il-kampanja Kotba Kullimkien ġiet ukoll appoġġjata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li kienet fost l-ewwel li offrew spazju għal din l-inizjattiva, flimkien ma' Merlin Publishers u Kotba Calleja. Il-proġett se jkompli jinfirex f 'postijiet oħra bl-għan li l-kotba jsiru punt ta' diskussjoni fil-qalba tal-komunità. 'Raħal il-Letteratura' qed isir bħala parti mill-proġett 'Kotba Kullimkien'. Permezz ta' din l-inizjattiva, il- kampanja taspira li l-kotba jkunu preżenti u viżibbli f 'postijiet ċentrali, partikolarment f 'dawk li huma frekwentati min-nies tar-Rabat u oħrajn fil-lokalità, bħal Optika Opticians, Point de Vue, Studio Solipsis, u Isabelle Saliba Clinic. Il-kotba jinstabu wkoll fil-'Book Box' tal- Junior College. HELA diġà organizzat diversi attivitajiet b'rabta mal- proġett, fosthom gazzetti letterarji, qari pubbliku, qari fl-iskejjel, u promozzjoni ta' Jum il-Ktieb. Il-fondazzjoni tittama li din l-inizjattiva tħeġġeġ irħula oħrajn biex jagħmlu l-istess, kif ukoll twassal għal inizjattivi simili fuq livell nazzjonali. Fondazzjoni HELA qed tikkollabora ma' diversi assoċjazzjonijiet għal 'Raħal il-Letteratura': Studio Solipsis, Inizjamed, Malta Libraries, Merlin Publishers, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Heritage Malta, l-Arkivji Nazzjonali ta' Malta, u l-Kunsill Lokali tar- Rabat.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 January 2024