MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 • illum Carmel Bonnici Films dwar rejiet u rġejjen (l-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Imsaħħab u bil-ħalbiet tax- xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent forza 7 L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab u bix-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 7 li jsir Punent forza 6 Baħar Qawwi ħafna li jsir qawwi 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Dan żgur mhux suġġett favorit ta' Hollywood għas-sempliċi raġuni li fil- pajjiż tal-Istati Uniti qatt ma kien hemm fil-poter persuna rjali. Minkejja dan kollu, mill-belt taċ-ċinema ħarġu diversi xogħlijiet dwar rejiet u rġejjen li fl-istorja tad-dinja baqgħu jissemmew. Il-maġġoranza kbira tal-films dwar dan is-suġġett kienet tikkonċentra dwar dawk li poġġew fuq it-tron tal-Ingilterra jew ir- Renju Unit. Fi żmienu, l-Imperu Brittaniku kien forza qawwija madwar id-dinja, inkluż f 'pajjiżna. Ir-renjanti Ingliżi spiss sabu ruħhom fuq il-liżar ċinematografiku, murija b'mod aktarx nobbli u sabiħ, imma mhux dejjem b'eżattezza. Qatt għadu ma nħadem film epiku dwar il-Konkwista Normanna f 'attentat immexxi minn William ta' Normandija (fi Franza) fl-1066 biex jaħtaf it-tron Ingliż mir-rival tiegħu, Harold, it-tifel ta' Godwin. Dan l-avveniment beda l-bidu tat-transformazzjoni kulturali fil-Gżejjer Brittaniċi. Fis-sena 1925, Phyllis Neilson- Terry marret iżjed lura fiż-żmien biex taħdem il-parti tal-gwerriera "Boudica" jew "Bodicea". Din kienet ir-Reġina tal- Iċeni fil-Brittanja li għamlet gwerra kontra r-Rumani, li ttrattawha ħażin ħafna, fi żmien l-Imperatur Neruni. Wara ħafna suċċessi fejn qerdet ħafna kampijiet ta' suldati Rumani stazzjonati f 'pajjiżha, fis- sena 61 ġiet mirbuħa u biex ma tinqabadx xorbot il-velenu. Xi snin ilu, dwar din l-erojina kien ħarġu xi films epiċi, l-aktar għat-TV, fosthom Boudica (2003), dramm storiku bijografiku, Boudica: Rise Of e Warrior Queen (2019) u Boudica: Queen Of War (2023). Fl-1969, David Hemmings ħadem il- parti ta' Alfred e Great. Fl-2004, Clive Owen inkarna l-persuna tar-Re Arturu f 'King Arthur u mmorru lura fis-sena 462 fejn dan il-monarka ġġieled mar-Rumani, mas-Sassoni (Saxons) viljakki, kif ukoll mal-kuxjenza tiegħu. Il-film mużikali Camelot, din id-darba b'Richard Harris bħala King Arthur, ħareġ fl-1967. Knights Of e Round Table tal-1953 kellu lil Mel Ferrer bħala Arturu u l-protagonist Robert Taylor ikun Sir Lancelot. Dan il-film kellu trattament kbir mill-kumpanija M.G.M. u nħadem bis-CinemaScope, l-ewwel wieħed b'dan il-proċess għal dan l-istudio. L-attur Peter O'Toole darbtejn kien ir- Re Henry II, f 'Becket (1964) mill-ktieb klassiku Murder In e Cathedral u f 'e Lion In Winter (1968). Il-figura ta' Richard e Lionheart, jew Richard I, li wkoll deher fil-film li semmejt l-aħħar, kien personaġġ fl-isfond ta' numru konsiderevoli ta' films fejn dejjem għamel il-ġid, minn xogħlijiet dwar Robin Hood u King Richard And e Crusaders (1954). Ħuh John sikwit kien ikun it-tirann jew il-kattiv bħal f 'e Adventures Of Robin Hood (1938), wieħed mill-aqwa films dwar dan l-eroj, bil-kulur u l-attur Errol Flynn u s-simili, Robin Hood Prince Of ieves (1991) bil-prim attur Kevin Costner. Edward IV deher f 'Tower Of London (1939, 1962 u drabi oħra) u f 'Richard III (1955 u drabi oħra), hawn biss bħala l-vittma tal-makakk Richard III (Laurence Olivier) li kien ħotbi. Il-film riċenti e Lost King (2023) hu dwar kittieba dilettanta u ambizzjuża li tfittex u teħodha kontra l-istabbiliment fejn isostni li Richard III ma kienx il-kattiv li jpinġuh u ma ħatafx ir- Renju Brittaniku billi qatel. Henry IV deher f 'Chimes At Midnight (Orson Welles, 1965). Parti tajba ta' Laurence Olivier kienet f 'Henry V li wkoll ħadimha xi snin wara Kenneth Branagh. Henry VII li kien għadu ma sarx re kienet parti għal Stanley Baker f 'Richard III. Aktarx li l-monarka li l-aktar sab ruħu fuq il-liżar il-kbir kien Henry VIII. Charles Laughton ippersonifikah mill- aqwa fl-1933 f 'e Private Life Of Henry VIII fejn kemm hu u kemm il-film rebħu l-Oscar, l-ewwel darba għall-film barrani (Ingliż). Montagu Love ħadem il-parti ta' dan ir-re f 'e Prince And e Pauper (1937), Robert Shaw f 'A Man For All Seasons (1966), Richard Burton f 'Anne Of A ousand Days (1969), Keith Mitchell f "Henry VIII And His Six Wives (1972) u James Robertson Justice f 'e Sword And e Rose (1953). Il-film Tower of London (1962)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 January 2024