MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Dal-weekend, it-Teatru Manoel se jiftaħ ix-xahar bi produzzjoni unika. Mit-2 sal- 4 ta' Frar, it-Teatru Manoel jippreżenta 'Il-Missier', dramm affaxxinanti fuq id-diffikultajiet tat-tixjiħ u l-effetti diżorjentanti tad-dimensja. 'Il-Missier' huwa adattament bil-Malti ta' dramm Franċiż 'Le Père' miktub minn Florian Zeller. Dan id-dramm mhux biss se jkollu kast Malti, b'Mario Micallef fil-parti prinċipali u Simone Ellul bħala bintu Anne, imma se jittella' kollu kemm hu bil-Malti. Din il-verżjoni, tradotta minn Alfred Palma, qed tiġi prodotta taħt id-direzzjoni ta' Jacob Piccinino. Permezz ta' din ir-reċta, l-udjenza tittieħed fuq vjaġġ profond fejn tiskopri l-kumplikazzjonijiet tal-identifikazzjoni, il-familja, u l-fraġilità tal-moħħ tal- bniedem. It-temi u d-djalogu f 'din il- kitba Maltija huma mwasslin bl-istess mod effettiv bħal fil-verżjoni oriġinali. Adrian Mamo, id-Direttur Artistiku tat- Teatru Manoel, stqarr li "theatre has an important role in the expression of all that makes us human, our challenges, our hopes, and our fears." Oriġinarjament, Zeller kiteb id-dramm bil-Franċiż, u kien Christopher Hampton li traduċieh għall-Ingliż 'il quddiem. 'The Father' intwera f 'diversi pajjiżi u rebaħ bosta premjijiet, inkluż il-Premju Molière għall-Aħjar Drama fl-2014. Id-dramm ġie adattat f 'film fl-2020, li kien dirett minn Zeller stess u dehru fih l-atturi famużi Olivia Colman u Sir Anthony Hopkins. Flimkien mal-atturi ewlenin tal- produzzjoni Maltija, Mario Micallef u Simone Ellul, il-kast jinkludi ensemble eċċellenti magħmula minn Charles Sammut, Angele Galea, Mikhail Basmadjian, u Sarah Camilleri. Ipprepara biex tittieħed fuq vjaġġ imprevedibbli u empatiku, hekk kif il-konfini bejn ir- realtà u l-illużjoni jsiru aktar imċajpra. 'Il-Missier' se tittella' kull filgħaxija bejn it-2 ta' Frar u l-4 ta' Frar. B'tul ta' siegħa u tletin minuta (mingħajr intervall) id-dramm mhuwiex adattat għal udjenzi li għandhom taħt 14-il sena. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online jew mill- box office, bi prezzijiet li jvarjaw minn €8 sa €28. Ċempel (+356) 2124 6389 jew żur is-sit tat-Teatru Manoel hawn biex tixtri l-biljetti u titgħallem aktar dwar din il- produzzjoni. It-Teatru Manoel jippreżenta adattament bil-Malti tad-dramm rebbieħ 'Il-Missier' LISA ABIGAIL CALLEJA Nhar il-Ġimgħa, it-2 ta' Frar, Ann Jenkins tniedi l-wirja 'Solus' Hekk kif jissuġġerixxi t-titlu, 'Solus' tittratta temi tas-solitudni. Filwaqt li xi wħud jagħmlu assoċjazzjoni negattiva mal-idea tas-solitudni, il-wirja tiffoka fuq l-aspett trankwill tagħha b'elementi melankoliċi. 'Solus' fiha aktar minn 20 pittura, li jittraduċu l-emozzjonijiet u s-sensazzjonijiet li ġġib magħha s-solitudni f 'arti viżiva. Il-vjaġġ artistiku ta' Ann Jenkins beda madwar 20 sena ilu meta bdiet tieħu l-lezzjonijiet tal- akkwarell mal-artista rinomata Debbie Caruana Dingli u b'hekk tejbet, kemm il-ħiliet tagħha, kif ukoll il-viżjoni artistika. Il- lezzjonijiet esponewha għal dinja ta' kulur, "I never looked at the sky or the sea in the same way," u permezz tagħhom żviluppat apprezzament profond għas- sbuħija fl-inħawi ta' kuljum. Għal Jenkins, is-solitudni hija l-mument meta persuna tieqaf u tirrifletti fuq l-esperjenzi li tgħaddi minnhom u tirkupra. Filwaqt li tirrikonoxxi li s-solitudni mhix neċessarjament tajba fl-eċċess, hija temmen ukoll fl-importanza li wieħed jieħu it ħin għalih waħdu, 'il bogħod mill-għaġla tal-ħajja ta' kuljum. Hi stess kienet persuna riżervata u kwieta sa minn meta kienet żgħira, bi preferenza għall- kumpanija tal-qtates u l-klieb tagħha milli ħaddieħor. Jenkins m'għażlitx it-tema tas-solitudni mill-ewwel, iżda bdiet tpitter mingħajr idea ċara f 'moħħha u nnotat li kull pittura kienet qed tevoka sens ta' trankwillità. Fil-fatt, din it- teknika ġiet ispirata mill-artista Russa Regina Lyubovnaya, meta ħadet il-workshop tagħha fis-sajf li għadda. Filwaqt li fil-passat kienet tfassal l-ideat tagħha qabel ma bdiet tpitter, issa mill-ewwel tibda tuża ż-żebgħa fuq il-kanvas. Barra minn hekk, hi tispira ruħha minn artisti magħrufa bħal Claude Monet, William Turner u Edgar Degas. 'Solus' se tibqa miuħa fil- Gemelli Art Gallery, Ta' Qali, matul ix-xahar ta' Frar. Il-wirja se tiaħ kuljum ħlief nhar ta' Ħadd. Ann Jenkins tħaddan l-arti tas-solitudni fil-wirja 'Solus' Ann Jenkins Mario Micallef u Simone Ellul

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 January 2024