MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 LUIGI SGHENDO Fis-17 ta' April 1987, Cutajar lesta biex jimbarka għas-sajd, 'il barra mix-xatt tar-raħal pittoresk ta' Wied iż-Żurrieq fejn beda r-rutina tas-sajd tas- soltu, b'seba' għajnejn fuq it- tonn u l-pixxispad. Madankollu, id-destin kellu pjan differenti għal Cutajar dakinhar. Hekk kif Alfredo ċċekkja s-snanar tiegħu ħdejn ir-raħal, innota galleġġjant tas- sufra mgħaddas, sinjal ta' qabda mhux tas-soltu. Il-misteru kompla jikber wara li sab diffikultà biex itellaʼ dil-qabda waħdu, u għalhekk għamel sinjal għall-għajnuna minn dgħajsa tas-sajd li kienet għaddejja fil-viċinanzi. Ftit kien jaf, li taħtu kien hemm kelb il- baħar li se jnaqqaxlu ismu fl- istorja ta' pajjiżna. Cutajar qatta' tliet sigħat jissielet u beda jieħu ħjiel tal- qabda. Finalment irrealizza l-kreatura kolossali u flimkien ma' dgħajsa tas-sajd li kienet fil-viċinanzi beda l-vjaġġ lura, din id-darba lejn Marsaxlokk minħabba d-daqs tal-kelb il- baħar li kien jirrikjedi krejn ħdejn il-baċir. Ta' min jinnota li l-kelb il- baħar kien kważi d-doppju tad- dgħajsa modesta ta' Alfredo ta' ħames metri. Intant, fix-xatt ta' Marsaxlokk inġabret folla li rat spettaklu li ħalliehom b'geddumhom mal- art. Wara spezzjoni aktar mill- qrib, ġie żvelat li l-kelb il-baħar kien twil seba' metri u erbatax-il ċentimetru, rekord rikonoxxut minn Guiness World of Records. Meta l-kelb il-baħar inġarr fuq l-art u eżaminat, ġie skopert li kienet femminili. Meta nfetaħ l-utru, ġie skopert li ġimgħa biss qabel kienet welldet għaxart ifrieħ, wara 22 xahar ta' tqala. Għalhekk bil-ġuħ sfrenat, belgħet dak kollu li rat quddiemha, kif inhu mifhum li l-klieb il-baħar jagħmlu wara li jwelldu. Fil-fatt, fl-istonku nstabu tliet speċi; fekruna, denfil u kelb il-baħar tat-tip Blue Shark. Iżda x'sar minnu l-kelb il- baħar? Cutajar saħaq li kienet saret festa bl-ammont ta' laħam li kien disponibbli u qal "morna l-pixkerija u hemm min ħa sitt darbiet minn tagħna għax kien vera tajjeb." Fortunatament, il-kelb il- baħar ma kisser l-ebda snien u għalhekk nistgħu ngawdu l-akbar xedaq ta' kelb il-baħar Great White komplut fid-dinja. Illum il-ġurnata, ix-xedaq tal- kelb il-baħar jinsab fil-mużew tal-istorja u l-kultura tal-Gvern fil-gżira Għawdxija. Alfredo Cutajar se jibqa' mfakkar bħala s-sajjied li naqqax ismu fl-istorja tal-klieb il-baħar tad-dinja. Meta l-ikbar kelb il-baħar fid-dinja nqabad f'Malta Alfredo Cutajar qatta' tliet sigħat jissielet sakemm beda jieħu ħjiel tal-qabda LUIGI SGHENDO Il-PM Robert Abela qal li l-bieb hu miuħ għall-kandidatura potenzjali ta' Joseph Muscat għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew (MPE). Iż-żewġ persuni dehru flimkien f 'attività tal-Partit Laburista li saret fil-kwartieri ġenerali tal-partit fil- Ħamrun u qajmet spekulazzjonijiet dwar ir-ritorn ta' Muscat fix-xena politika. F'post imtella' fuq Facebook, l-Eks Segretarju Ġenerali tal-partit Jason Micallef tella' ritratt ta' Muscat u Abela waqt l-attività, b'titlu li kellu siltiet mill-innu uffiċjali tal-partit. Il-MaltaToday kien żar l-uffiċċju ta' Muscat aktar kmieni matul il-ġurnata, u staqsietu dwar l-ispekulazzjonijiet. Muscat irrikonoxxa li kien pjuttost sorpriż b'din il-kunsiderazzjoni. "Ritorn fil-Parlament Ewropew ma kinitx "prijorità" iżda xi ħaġa li "se jaħseb dwarha". Huwa enfasizza l-ħtieġa ta' konsiderazzjoni bir-reqqa influwenzata mill-għajta tal-poplu. "Ma nistax ninjora lin-nies" qal Muscat. Mistoqsi jekk avviċinahx xi ħadd mill-amministrazzjoni Laburista, huwa qal "ħafna nies tkellmu miegħi," iżda meta ġie mistoqsi dwar jekk kienx mitlub jikkontesta l-elezzjoni, huwa rriuta li jwieġeb. "Inkellem lill- amministrazzjoni (Laburista) u lin- nies fi ħdan il-partit fuq bażi regolari," qal. Filwaqt li Muscat ta x'jiem li ritorn fil-Parlament Ewropew ma kienx prijorità ewlenija, Abela, f 'intervista ma' Andrew Azzopardi ta' Newsbook, stqarr li mhux se jopponi l-kandidatura ta' Muscat jekk jiddeċidix li jikkontesta l-elezzjoni tal- MPE f 'Ġunju, "jekk ir-risposta tiegħu hija iva, għala għandi ngħidlu le? Abela kompla jgħid kif din il- possibbiltà se tinkwieta biss lill-Partit Nazzjonalista. L-attività tal-Partit Laburista rat lil Abela jenfasizza l-impenn tal-partit lejn individwi li jsostnu l-bidla fis- soċjetà, filwaqt li rrikonoxxa l-isfidi li jaffaċċjaw dawk involuti b'mod attiv fil-politika. LAQGĦA BEJN IL-PRIM U MUSCAT Tkompli x-xniegħa li Muscat joħrog għal MPE Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 January 2024