MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-wasla tal-Eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat f 'Masera- ti (karozza lussuża) għal intervista fuq l-istazzjon F Living kixfet għal darb'oħra l-karattru ta' bniedem li ċerta- ment irid jibgħat il-messaġġ li hu cowboy u ħadd ma jista' jmissu. Mossa ta' eks politiku ardit u kiesaħ. Flimkien ma' martu Michelle, li l-ġimgħa l-oħra anke waslet biex titfa' botta lil Chris Fearne – li kien l-aktar voċiferu fil-konfront tagħhom fl-2019 (kienet qed titkellem waqt konferenza fuq il-mard rari) – il-koppja Muscat tkompli tkun forza politika. Forza li bil-preżenza tagħha tista' biss titfa' l-Gvern ta' Abela lura u mhux 'il quddiem. Forza mhux pożittiva għax ħafna mill-enerġija tagħha hija xprunata biex tpinġi lilha nnifisha bħala koppja politika idonea. L-eks politiku li kien Prim Ministru Laburista, kellu jirriżenja minħabba r-rabtiet li kellu direttament u indirettament ma' persuni allegatament implikati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan ma kienx każ normali. Caruana Galizia, bin-nuqqasijiet kollha tagħha u bil-kitbiet krudili tagħha, kienet ukoll importanti biex tinkixef il- korruzzjoni fil-kurituri ta' Kastilja. Ċertament, dakinhar u llum ħadd ma seta' jiem kif Joseph Muscat ma ħax il-passi meħtieġa biex iwaqqaf l-aġir ta' ċerti nies. Mistoqsija li wasslet biex ħafna nies li kienu ħaġa waħda miegħu jitilfu l-fiduċju fih bħala persuna u politiku. Il-messaġġ tiegħu kien ċar li kien qed jikkunsidra li jippreżenta lilu nnifsu bħala kandidat fil- Parlament Ewropew. Fi it kliem mhux jaħsibha imma jara x'se jiġri fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin u mbagħad jara. Li huwa ċert hu li Muscat huwa inkwetat fuq l-eżitu tal-inkjesta Maġisterjali. Liema inkjesta hija determinanti fuq jekk jittiħdux passi kriminali fil-konfront tiegħu. Jagħmilha ta' wieħed li ma jimpurtahx u ma jinkwetax, imma dan mhux il-każ. Muscat jinkwieta u jimpurtah. Għax 1) il-każ kriminali jista' jkun serju; u 2) każ bħal dan ikollu effett fuq il-gelgul ta' konsulenzi li għandu lokalment u fuq livell internazzjonali. U raġuni ferm akbar għalfejn il-Labour, u fuq kollox il-Prim Ministru, m'għandux jaċċetta li l-kandidatura tiegħu tiġi aċċettata. Muscat huwa persuna li jaħseb u jemmen li kulħadd għandu jirrispettah. U filwaqt li ħadd ma jista' jċaħħdu mill-kisbiet tiegħu, il-messaġġ għandu jkun li postu llum mhux fil-politika u ċertament mhux ma' partit serju. Ir-raġuni għaliex qed ngħidu dan hi li aħna biss bħala ġurnal nistgħu u liberi biex nitkellmu hekk. Il-gazzetti l-oħra mhumiex interessati jaraw Partit Laburista li jkun serju u jibqa' jagħmel suċċessi, u l-media tal-PL hija mxekkla li tikteb dak li taħseb jew dak li tixtieq tesprimi. Muscat s'issa uża l-mezzi tal-media mhux tal-partit. Bħalma nduna kulħadd, il-vuċi tiegħu s'issa mhux qed tinstema' fuq il-One jew fuq xi media tal-PL. Hekk kif il-vuċi tiegħu tibda tirbombja fuq dawn il-mezzi, mela nistgħu ngħidu li jkun rebaħ fuq il-Partit Laburista u fuq it-tmexxija ta' dan il-Partit. Il-ksuħat ta' eks politiku li jrid jagħmel ħsara lill-Partit Laburista

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024