Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403
07 intervista illum • IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 time buyers għandhom single income fost oħrajn, u ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru weħidhom, għalhekk jidħol l-istat u joffri l-għajnuna li jkollu bżonn l-individwu. Tingħata prijorità lil dawk il-persuni li jkunu għaddejjin minn każijiet ta' separazzjoni. Hemm ħafna konsiderazzjonijiet fil-kostruzzjoni u fid-disinn ta' akkomodazzjoni soċjali. X'inhuma? Qed noqogħdu attenti fl-ippjanar marbut mal-akkomodazzjoni soċjali. Fejn qabel kont tagħraf li binja hija tal-akkomodazzjoni soċjali u l-persuni li jgħixu fihom fosthom minħabba nuqqas ta' sinerġija mal-komunità nnifisha, ħafna drabi kienu jinbnew fil- quċċata tal-irħula tagħna, allura kien ikollok problema minn dawn in-nies li jiġu jgħixu f 'raħal li ma jkunux jafu, maqtugħin mill-komunità. Illum il-kunċett tagħna nbidel totalment. Id-djar qed jinbnew ġol- komunità. Barra minn hekk isiru rakkomandazzjonijiet fi rħula kemm jista' jkun viċin tal-applikanti. Jekk tara l-binja tal-Imsida, pereżempju, tinnota li estetikament tara d-differenza fil-kwalità minn dawk li saru 40-50 sena ilu. Kull propjetà hija aċċessibbli bil-lifts, bil-wifi, bl-intercom, bil-ħażna tal-ilma li tintuża fil-blokka u qed naraw li jsir ukoll proġett ta' pannelli fotovoltajiċi fuq dawn il-binjiet. Kemm hawn persuni li qed jibbenefikaw mill-akkomodazzjoni soċjali u x'qed isir biex dawn il-persuni jaqilgħu paga ta' għejxien li tkun tista' tkopri kirja ta' appartament? Inti għandek il-maġġoranza tan- nies li għandhom id-dar tagħhom. Dak vantaġġ. Fil-fatt, fl-Ewropa għandna fost l-ogħla rata ta' home ownership li hija ta' 82.6%. Jien nemmen li fil-kultura tagħna, instigata mill-kolonjaliżmu, il-Malti dejjem ħaseb biex jinvesti fl-affarijiet tiegħu. Fil-fatt, anke grazzi għall-miżuri fis-sebgħinijiet, ridna li kulħadd ikollu l-għażla li jixtri. Mill-2013 sal-lum kellek 44,000 familja li xtraw l-ewwel dar tagħhom għall-ewwel darba. Flimkien mal-Università ta' Malta, hemm programm biex persuni li għandhom diffikultajiet soċjali jiġu megħjuna b'mod professjonali. Mhux sempliċement tingħata ċavetta, iżda li jsir kambjament. Nieħu pjaċir nara nies li kienu fuq il-waiting list jew fl- akkomodazzjoni soċjali li jirnexxilhom jixtru minn jeddhom grazzi għall- housing. Kemm kien hemm familji li applikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u wara rnexxielhom jixtru propjetà? Ngħidlek il-verità m'għandix l-istatistika iżda huma fl-għexieren ta' mijiet ta' nies li kienu jgħixu fl- akkomodazzjoni soċjali u li issa għamlu bidla f 'ħajjithom għall-pożittiv. Il-proġett tal-Imsida tal- akkomodazzjoni soċjali ilu jissemma għal diversi snin. Fiex wasal dan il- proġett? Il-proġett wasal fl-istadji finali. L-Imsida huwa sit diffiċli għax huwa viċin il-livell tal-baħar. Kien hemm kuntratturi li nbidlu minħabba li ma laħqux il-livell li xtaqna. Barra minn hekk nista' ngħid li fil-ġimgħat li ġejjin se titħabbar id-data. Issa fadal l-aħħar biċċa ta' slum area. Diġà waqqajna fejn hemm il-proġett tal-lum iżda għad fadal biċċa oħra li għadha trid titwaqqa' wkoll. Minn żmien għal żmien nisimgħu dwar il-faqar. X'inhi l-verità dwar il-faqar? Aħna qatt ma għedna li l-faqar huwa perċezzjoni. Importanti li niftakru li s-soċjetà qed tinbidel. Il-faqar li naraw fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali qed jiġri parzjalment minħabba l-ammont għoli ta' persuni li qed jisseparaw. Jien kont tajt statistika inkwetanti li wriet li l-problema ġejja primarjament mill-isfaxxar ta' żwiġijiet jew relazzjonijiet. Rigward l-età għolja ta' żgħażagħ li qed idumu jgħixu mal-ġenituri tagħhom, fost l-ogħla fl-Ewropa, taħseb li din hija minħabba diffikultà biex isibu u jixtru propjetà? Mhux neċessarjament. Nemmen li l-età titla' mhux tinżel. Qabel, iż- żgħażagħ ta' 22 kienu jiżżewġu, mentri llum l-istatistika turi li r-relazzjonijiet jibdew viċin it-30 sena, u allura din qed iċċaħħad il-persuna milli jissellef u jixtri post. L-istatistika turi wkoll li nofs il-first time buyers għandhom single income. Ħafna nies jgħidulek li jridu jixtru post għalihom f 'każ li jisseparaw. II-mira tagħna għalhekk hija li nadattaw għas- soċjetà li qed tinbidel u flok noffru biss akkomodazzjoni soċjali, nestendu l-għajnuna bil-benefiċċji u skemi. Fuq nota personali, dalwaqt ikun hemm il-post liberu ta' Deputat Mexxej. Inti tikkunsidra tikkontesta? Illum il-post huwa okkupat minn Chris Fearne. Sintendi, il-Partit Laburista dejjem ħaddantu. Issa 'l quddiem naraw meta l-post ikun vakanti. Għalissa nippreferi li nikkonċentra fuq il- pożizzjoni tiegħi. Kien dan il-Gvern li daħħal is-sistema li jispiċċa l-wirt marbut mal-propjetajiet, li ma jkollokx nies li jitħallew jabbużaw