Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403
opinjoni 09 IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum Justin Schembri huwa kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni Justin Schembri F il-politika jintużaw diversi kli- em li jkollhom implikazzjonijiet profondi li ħafna drabi ma jine- hmux. Huwa probabbli biżżejjed, li kemm-il darba nembarkaw fuq idea jew viżjoni, din tkun sostnuta b'kelma jew slo- gan, li tappella u li ddoqq sabiħ għall-wid- na. Imma fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kliem sabiħ u l-islogans biss, mhumiex biżżejjed, anzi huma biss il-minimu li l-politika tista' toffri. L-edukazzjoni jixir- qilha ħafna aktar minn kliem u slogans. Matul dawn l-aħħar jiem, il-Gvern kompla jippreżenta l-viżjoni tiegħu għall- Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni fil- forma ta' konsultazzjoni pubblika. L-aktar kelmiet li qed iħallu impatt fuqi huma l-kelmiet "trasformazzjoni" u "benesseri", kelmiet li l-implikazzjoni tagħhom, bħalma fissirt aktar 'il fuq, huma profondi u mhux neċessarjament miuma wisq. Il-kelma "trasfromazzjoni" waħedha ma tfisser prattikament xejn, imma l-proċess warajha huwa vast, jekk mhux ukoll wiesgħa fil-kuntest b'modi li jista' fir-realtà, ma jkun ifisser assolutament xejn. Kull bidla trid iż-żmien, u dan huwa l-proċess naturali li naraw meta tiġi introdotta strateġija ġdida, imma dan il-proċess naturali jrid ikun imsaħħaħ bi strutturi interni riġidi u prattiċi biex jirnexxi. Kull proċess għalhekk irid il-forza li timbuttah, u din il-forza hija fil-psikoloġija u l-mentalità. Biex strateġija – hekk imsejħa nazzjonali u allura hija ambizzjuża u kumplessa fin-natura tagħha – tirnexxi, in-nies trid tiddubitaha u trid tiġġudikaha qabel tasal tiimha u temmen li tista' timplimentaha. Strateġija fil-qasam edukattiv, ma tistax tirnexxi, imma jekk l-aġenti tal-bidla ma jkunux l-għalliema stess, dawn li hawn huma msejħa "benesseri". Id-deċiżjonijiet minn fuq, jekk jirnexxu fin-negozju, fl-edukazzjoni ma jirnexxux. Għalhekk, irridu qabel xejn nimu li biex l-istrateġija nazzjonali tibda tiniehem, l-għalliema tagħna jrid ikollhom involviment prattiku. Mela, l-istrateġija Nazzjonali tal- Edukazzjoni qiegħda titkellem fuq "it-trasformazzjoni" u fuq il-"benesseri", żewġ kelmiet li jridu jmorru flimkien u li jridu jkunu intrinsiċi għal xulxin. Qabel ma nistgħu nitkellmu u niddefenixxu l-kelma "trasformazzjoni" – hawn fuq diġà tajt ħjiel tal-kumplessità tagħha – irridu nwessgħu t-tifsira tal-kelma "benesseri" li qed nagħtuha ħafna importanza meta fl-istess waqt għandna kriżi fil-moral tal- għalliema u l-edukaturi kollha fis-settur. Jekk il-Gvern irid verament ikun ġust mal- benesseri tal-għalliema u l-edukaturi, irid qabel xejn jirrispetta l-professjoni. Kien Robert Abela stess li wiegħed, b'ewforija, li se jkun qiegħed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-għalliema u l-edukaturi flimkien mas-salarji, wegħda li llum, l-istess Gvern qiegħed imur lura minnha. Jidher għalhekk, li għall-Gvern ta' Robert Abela din mhix prijorità. Robert Abela baqa' ma wettaqx il-wegħda tiegħu li jagħti pakkett finanzjarju biż-żieda sostanzjali li tant aħar dwarha qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Minkejja l-wegħdiet kontinwi tal-Gvern Laburista, illum l-edukaturi għandhom affermazzjoni ċara li Robert Abela mhux interessat iressaq 'il quddiem fuq il-mejda tan-negozjati mal-Malta Union of Teachers iż-żidiet li kkommetta ruħu għalihom qabel l-elezzjoni ġenerali. Kien il-Partit Laburista, fil-Manifest Elettorali, li għamel aċċenn għall-ħtieġa li "l-pagi għandhom jogħlew meta kkumparat mal-livell tax-xogħol u r-responsabbiltà li għandhom". Il-wegħda tkompli li l-Gvern se jara li "jkun hemm titjib sinifikanti" fil-pagi tal-edukaturi. Li hu żgur hu, li llum l-edukaturi tagħna qed iħossuhom traduti mill-Gvern li filli jitkellem dwar il-"benesseri" u filli jinjorahom. Dan imur kontra l-prinċipju ewlieni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni, li qiegħed jara l-armata tal-benesseri tiddgħajjef. Fil-fatt, matul din is-sena skolastika, l-iskejjel tal-Istat, b'medja (kważi) tilfu għalliem jew għalliema kull ġimgħa. Din l-istatistika tkompli tikkonferma li f 'pajjiżna għandna kriżi li trid tiġi indirizzata b'mod immedjat u li quddiemha l-Gvern qiegħed jibqa' passiv. Il-moral huwa baxx, u l-għalliema qed jitilfu l-fiduċja fis-sistema. Din l-informazzjoni li tqiegħdet fuq il- mejda tal-Kamra tikkonferma l-urġenza li dwarha għandhom ikunu diskussi kundizzjonijiet u salarji aħjar għall- edukaturi tagħna, qabel kull strateġija u qabel kull ħolma ta' "trasformazzjoni". Li kieku l-Gvern jemmen verament fl-edukaturi, fit-tfal u fis-sistema edukattiva nazzjonali, jasal biex jirrikonċilja l-kwistjonijiet li għaddejjin u li qed jaffettwaw il-moral u l-ispirtu tal- għalliema tagħna. Issa, b'din l-istatistika li għandna f 'idejna, nistgħu neħduha bħala konferma oħra li l-Gvern m'għandux l-intenzjoni li jattira aktar żgħażagħ lejn il-professjoni tal-għalliema għaliex l-importanti għalih huwa li għal kull għalliem li rriżenja ġie ingaġġat ieħor minfloku. Din hija attitudni ta' min ma jridx jiem li kull edukatur huwa validu, meħtieġ u apprezzat. Hawnhekk irridu naqblu li qabel nibdew nemmnu li nistgħu nittrasformaw l-edukazzjoni, irridu nittrasformaw il- moral tal-benesseri. Pajjiżna għandu ħafna nuqqasijiet fil-qasam edukattiv, u dawn ilni nitkellem dwarhom matul dawn l-aħħar snin. Nemmen li l-Gvern irid jinvesti bis- sħiħ fil-benesseri bla distinzjoni, jiġifieri, fl-għalliema, fl-edukaturi, fl-istudenti u fl-infrastruttura. Huwa inutli li nipprovaw nilħqu s-sema meta għadna fl-art. Ir-riga tas-suċċess ma titkejjilx bid-dokumenti (biss) imma bil-bidliet żgħar u spissi li jħallu impatt u effett. Il-Professur Bent Flyvbjerg jagħmel referenza (missellfa mill-idea tal-Filosfu Ġermaniż Friedrich von Schelling) għat- teknoloġija bħala "esperjenza friżata", u li hawn tista' tagħtina spunt għar-riflessjoni. Fid-dinja teknoloġika rridu dejjem naraw il-ġdid, jargumenta Flyvbjerg. Anzi, nassumu li dak li huwa oriġinali u ġdid huwa l-aqwa u ħafna drabi ma nikkunsidrawx li dak li huwa oriġinali u ġdid huwa nieqes mill-esperjenza. Mela, f 'kuntest ta' teħid ta' deċiżjoni, kemm-il darba ninsew l-esperjenza u nintilfu wara x-xinxilli tal-oriġinali u l-ġdid li ma nafux x'jista' joffri. Dan huwa l-iżball. Dak li huwa esperjenzat, għandu track-record ta' prestazzjoni, waqt li dak li mhux provat, għandu biss it-tikketta tar-reklamar, li għalkemm tlellex, m'għandhiex garanzija ta' suċċess. Fil-kuntest tal-edukazzjoni, l-istess, ikun żball li nibnu mill-ġdid dak li jidher sabiħ u li m'għandhux garanzija jekk jistax jirnexxi jew le, u narmu u nwarrbu dak li ġab xi suċċess, anke jekk mhux is-suċċess komplet. Għalhekk, l-appell tiegħi, ngħaddih lill-Gvern sabiex jibni l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni fuq l-esperjenza tal-benesseri, u tal- esperjenza, irid iħallas. It-trasformazzjoni tal-benesseri Robert Abela baqa' ma wettaqx il-wegħda tiegħu li jagħti pakkett finanzjarju biż-żieda sostanzjali li tant ftaħar dwarha qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet