Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-qtil u l-mewt ta' Alexei Navlany, Russu assoċjat mal-oppożizzjoni fir-Russja, turi kemm hija serja u prekarja s-sitwazzjoni fir-Russja. Il-President Russu Vladimir Putin illum huwa bla dubju ta' xejn dittatur korrott, dittatur b'ideat perikolużi għal pajjiżu, kif ukoll għad-dinja ta' madwaru. L-instabbiltà dinjija bl-invażjoni tal- Ukrajna kompliet tgħaqqad l-affarijiet u tkabbar it-tensjonijiet mondjali. Imma l-mewt jew il-qtil ta' Alexei Navalny, eroj bla preċedent, tkompli tikkonferma kemm ir-Russja hija poter politiku perikoluż fid-dinja u huwa fl-interess ta' kulħadd li jkun hemm ritorn għad- demokrazija u rispett għas-saltna tad- dritt f 'dak il-pajjiż. Kif qed nassistu għall-ħakma dittatorjali ta' Vladimir Putin, pajjiżi oħra qed juru sinjali ta' double standards. Alexei Navalny stess kien kritiku ta' kif l-Amerika tħares lejn ir-Russja, ngħidu aħna ta' kif ħarset in-naħa l-oħra meta kien hemm ħniżrijiet kbar qed iseħħu fir-Russja. Dan kien qabel l-invażjoni tal-Ukrajna. Navalny kien qed jitkellem mal-BBC fl-2017. Biss biss, anki jekk tħares lejn il-politika fjakka ta' Joe Biden, il- President tal-Amerika, fil-konfront tal-gwerra ta' Iżrael fuq Gaża, u l-ġustifikazzjoni tal-qtil indiskriminat ta' Iżrael fuq nies u tfal u xjuħ Palestinjani, biżżejjed biex tieħu idea tajba. Tisma' l-argumenti redikoli kważi teatrali ta' Donald Trump. Jistieden lir- Russja tinvadi dawk il-pajjiżi tan-Nato li ma jħallsux is-sehem tagħhom. Jew inkella tara d-dikjarazzjonijiet ta' ħafna Stati fil-konfront ta' komunitajiet minsija: il-Palestinjani, il-Yemeni, is-Sudaniżi, il-komunitajiet ġewwa t-Tajlandja, it-Tibet, l-Afganistan, l-Iraq u l-Iran ... u l-lista ma tispiċċa qatt. Qegħdin ngħixu fi żmien ta' instabbilita kbira, b'mexxejja politiċi li m'għandhomx sentiment Pro- Demokratiku u jemmnu fil-kukkanja ta' ħbieb li huma lesti jikkastigaw lil nieshom u oħrajn, u ma jimpurtahomx mit-tbatijiet tan-nies. Malta bħalissa, bħala stat sovran, għandha ċ-ċans li tkun influwenti biex tqajjem dawn it-temi fil-Qorti tad- Diplomazija Internazzjonali. Huwa l-mument li l-Gvern Malti juri snienu u jkun tarka ta' dawk il-pajjiżi u l-popli tad-dinja. Bin-nuqqasijiet kollha tagħna nistgħu nkunu punt ta' referenza għal pajjiżi u ġnus oħra. Alexei Navalny