MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum Carmel Bonnici Batman – karattru rinomat u mill-aktar maħbub SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Fis-snin għoxrin u tletin, daqs mitt sena ilu, bdew jidhru strippi umoristiċi kultant bi tpinġija grotteska fil-ġurnali. Billi kienu jesebixxu avventuri gwappi, saru popolari u wara bdew anki joħorġu kotba rqaq imsejħa komiks iddedikati biss għal dan it-tip ta' ġeneru. L-interess f 'dawn il-perjodiċi tant kiber li l-komiks saru mfittxija sewwa. Fil-preżent, il-komiks ġibdu l-interess mhux biss tat-tfal, imma ta' parti sostanzjali tal- popolazzjoni, inkluż ukoll dawk universitarji. Issa ilhom isiru fieri ta' dawn il-kotba u biex tidħol, anki jekk ma tixtrix, trid tħallas (inkluż hawn Malta). Il-komiks dwar supereroj forsi saru l-aktar imfittxija u karattru li qiegħed fuq quddiem hu Batman, personaġġ fittizju ikoniku li ddedika ħajtu għall-kruċjata ta' gwerra bla tmiem kontra varjetà ta' kriminali li ħonqu l-belt tiegħu. Batman deher għall-ewwel darba f 'Detective Comics (DC Comics) Nru. 27 tat- 30 ta' Marzu 1939, maħluq minn Bob Kane u l-kittieb Bill Finger. Dan il-karattru nħoloq biex jikkapitalizza fuq is-suċċess ta' Superman, karattru ieħor popolari u maħbub tal-kotba DC Comics. Id-destin ta' Batman, li ismu propju hu Bruce Wayne, laqtu meta kellu biss disa' snin, meta ra lill-ġenituri tiegħu jinqatlu fl-1915, wara li kienu ġejjin lura d-dar mit-teatru, minn wieħed miġnun tal-marmalja ta' Gotham City, il-belt korrotta fejn joqgħod. It-tfajjel ħalef li meta jikber jibda vendetta sfiqa fuq dawn il-kriminali. Billi ġej minn familja sinjura, kellu l-mezzi kollha biex jarma lilu nnifsu bi strateġija kombattiva, teknoloġija avvanzata u l-kapaċità fl-arti marzjali. Binhar kien is-CEO ta' Wayne Enterprises, il-kumpanija tiegħu, u billejl megħjun mis-seur fidil tiegħu, Alfred, u b'karozza speċjali, Batmobile, liebes maskra ta' Farfett il-Lejl u mant iswed jerħilha minn fuq il-bjut lejn il-kaos tal-belt isalva lil min hu fil-periklu u jeqred lil min għandu skopijiet malinni. Għalkemm il-karattru ta' Superman inħoloq qabel, dak ta' Batman matul iż-żmien issuperah sewwa f 'dak li jirrigwardja l-produzzjonijiet ċinematografiċi. Il-films kollha dwar ir-Raġel Pippistrell poġġewh fid-disa' post tal-klassifika tal-box office ta' kull żmien bi dħul ta' $6,068,752,538, waqt li Superman jinsab fl-24 post b'introjtu ta' $2,554,837,548. Matul is-snin, Batman ma baqax jopera waħdu u sab għajnuna minn Robin u Batgirl, kif ukoll minn Alfred Pennyworth, il-butler tiegħu, James Gordon u Catwoman. L-għedewwa makakki tiegħu, prinċipalment kienu Penguin, Riddler, Two-Face u l-arċirivali tiegħu l-potenti Joker. Dan l-eroj kien ukoll jifforma parti minn e Justice League. Malajr bdew ġejjin il-films dwar dan is-supereroj li l-pulizija ta' Gotham City bdew jirreferu għalih bħala e Dark Knight (il-Kavallier Oskur), e Caped Crusader (il- Ġellied Liebes Mantell) u Matches Malone. Fl-1943, l-ewwel attur li interpretah kien Lewis Wilson fis- serial ta' 15-il episodju, Batman; fl-1949 ħarġet serial oħra wkoll ta' 15-il episodju, e New Adventures Of Batman And Robin, e Boy Wonder dirett minn Gordon Bennett bl-attur Robert Lowerty u Johnny Duncan bħala Robin. L-impatt qawwi li nissel fil- kultura pop dan ir-raġel liebes il- maskra ta' farfett il-lejl, ħajjar lil Andy Warhol jidderieġi Batman Dracula, film ta' 54 minuta ffilmjat fil-kosta ta' Long Island u s-soqfa ta' New York fejn Jack Smith kellu l-parti doppja ta' Batman u Dracula. Dan kien film tal-1954, "mhux awtorizzat" u qatt ma ntwera pubblikament. Issa kien imiss is-serje televiżiva Batman li bdiet tintwera fit-12 ta' Jannar 1966 sal-14 ta' Marzu 1968, 120 episodju b'kollox. L-ewwel film sħiħ, Batman: e Movie ħareġ fl-1966, dirett minn Leslie H. Martinson, iffilmjat waqt pawsa sajfija bejn l-ewwel u t-tieni staġun tas-serje televiżiva. Il-protagonisti prinċipali kienu Adam West/ Batman, Burt Ward/Robin, Cesar Romero/Joker, Burgess Meredith/ Penguin u Lee Meriwether/ Catwoman. Dan ix-xogħol, pjutost wieħed leġġer, inkarna perfettament l-istil tal-komiks għax waqt xi kombattiment fuq il- liżar jidhru l-kliem Bang!, Pow! U oħrajn.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024