MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġett kif indikat hawn taħt: Prijorità N. 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.8 - Inklużjoni attiva u impjegabbilità Is-sejħa tagħlaq fil-15 ta' April 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti għal proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal-Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis- sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ħamis, 7 ta' Marzu, 2024 mill-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas- Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Għal aktar dettalji żur il-websajt indikata hawn fuq fejn id-dokumentazzjoni relatata mas-sejħa hija disponibbli. Iktar minn tlett miljun turist fl-2023 LUIGI SGHENDO Is-sena 2023 ġiet imnaqqxa bħala s-sena li rat rekord ta' turisti matulha. Figuri maħruġa mill-ministeru tat-Turiżmu matul din il-ġimgħa wrew li iktar minn tliet miljun (3,002,823) żaru Malta, 8.3% iktar minn qabel il-pandemija fl-2019, meta żaru Malta 2.77 miljun turist. Iċ-ċifri jinnotaw tendenzi ġodda, partikolarment minn fejn qed jiġu dawn it-turisti. Fejn qabel l-Ingliżi kienu jsibu lil Malta bħala l-aktar destinazzjoni għal qalbhom, b'sena wara sena jkunu l-aktar turisti li jżuru l-gżira, għall-ewwel darba t-Taljani huma l-aktar li żaru lil Malta (18.4%). Din iċ-ċifra kienet riżultat tal- ekonomija inċerta fis-suq Ingliż tant li dan ix-xahar ħabbret ukoll riċessjoni. Franza (9.6%), il-Ġermanja (7.3%), il-Polonja (5.6%) u Spanja (3.8%) segwew l-Italja u l-Ingilterra (18.1%). L-iktar turisti li żaru Malta kienu bejn il-25-44 sena (39%) filwaqt l-anzjani 'l fuq minn 65 sena kienu l-inqas, b'9% biss jagħżlu lil Malta bħala destinazzjoni tagħhom. It-turisti fl-2023 qattgħu 20.2 miljun lejl f 'Malta, 5% iktar mill- 2019. Madankollu, it-tul medju tal-btala tagħhom naqas b'0.2% bit- turisti jqattgħu medja ta' it inqas minn sebat ijiem fl-2023. In-nefqa totali tiżdied għal ftit inqas minn tliet biljun ewro In-nefqa totali tat-turisti żdiedet minn 2.02 biljun ewro fl-2019 għal 2.7 biljun ewro. Kull turist nefaq medja ta' €898 matul il-vjaġġ kollu, meta mqabbel ma' €807 fl-2019, bin-nefqa ta' kuljum tiżdied ukoll minn €115 għal €132. Filwaqt li n-nollijiet tal-ajru u tal- baħar baqgħu fost l-inqas kategoriji ta' nfiq għat-turisti, "spejjeż oħra" kienu l-aktar kategorija primarja ta' nfiq. Din tiaħ fuq firxa vasta ta' attivitajiet u servizzi li għamlu użu mit-turisti matul iż-żjara tagħhom f 'Malta. 2024 mbassra li tkun sena rekord oħra It-turiżmu internazzjonali rkupra għal 88% tal-livelli ta' qabel il- pandemija, b'madwar 1.3 biljun wasla madwar id-dinja, li mmarka żieda ta' 34% mill-2022. Fl- Ewropa, Malta kienet bħala waħda mid-destinazzjonijiet bl-aħjar prestazzjoni, billi tirkupra 96% taċ- ċifri tal-2019. B'ħarsa 'l quddiem lejn l-2024, il-projezzjonijiet mill- Organizzazzjoni Globali tat- Turiżmu jindikaw irkupru sħiħ għal-livelli tat-turiżmu ta' qabel il- pandemija, bi tkabbir mistenni ta' 2% mill-figuri tal-2019. Fil-fatt Malta mistennija taqbeż it-3 miljun wasla ta' turisti deħlin fl-2024. Fl-2019 in-nefqa totali mit-turisti kienet ta' €2.02 biljun u telgħet għal 2.7 biljun ewro fl-2023 L-iktar turisti li żaru Malta kienu bejn il-25-44 sena (39%) filwaqt l-anzjani 'l fuq minn 65 sena kienu l-inqas, b'9% biss jagħżlu lil Malta bħala destinazzjoni tagħhom Ftit inqas minn 280,000 ħaddiema kienu impjegati fuq bażi full- time sa' Settembru tal-2023, skont numri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO). F'Settembru tal-2023, l-iktar nies impjgati kienu fil-qasam amministrattiv u ta' sostenn u fl-akkomodazzjoni u l-ikel. L-istess istatistika turi li x-xogħol full-time irreġistrat fis-settur privat tela' b'20,342 persuna għal 226,221. Min-naħa l-oħra, l-impjiegi fis- settur pubbliku żdiedu b'207 għal 51,452. L-għadd ta' nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time tela' b'726 meta mqabbel ma' Settembru 2022, mentri l-għadd ta' persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 19,823. L-istess statistika turi li l-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu bi 8.4%, filwaqt li n-nisa żdiedu b'7.3%, fuq is-sena ta' qabel. Ftit inqas minn 280,000 impjegati full-time sa Settembru tal-2023

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024