MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 AĦBARIJIET BARRANIN Malta qiegħda titlob investigazzjoni indipendenti kif ukoll trasparenti dwar il-mewt tal- avukat, attivist kontra l-korruzzjoni u l-mexxej tal-partit politku "Russja tal-Futur." F'kummenti fuq il-media soċjali, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta Ian Borg, li bħalissa qed jippresiedi l-OSCE, organizzazzjoni reġjonali tas-sigurtà, talab lill-awtoritajiet Russi "biex jipprovdu ċarezza dwar iċ-ċirkustanzi tal-mewt" ta' Navalny. Itenni dak li qal fuq il-pjattaforma X, f'kummenti mal-ILLUM, Borg offra wkoll kondoljanzi lill-familja ta' Navalny. Navalny, li kien kritiku tal-President Vladimir Putin, kellu 47 sena, u kien ilu l-ħabs mill-2021. Sena ilu, Navalny ittieħed f'kolonja penali fl-Artiku fejn kien qed jiskonta sentenza ta' 19-il sena ħabs għal dak li kien meqjus bħala "attakk b'motivazzjoni politika." Huwa miet nhar il-Ġimgħa 16 ta' Frar. Uffiċjali mid-distrett ta' Yamalo Nenets spjegaw li Navalny "ħassu ma jiflaħx" wara mixja u ntilef minn sensih. Ma ngħataw l-ebda dettalji oħra fuq il-mewt tiegħu. Jitkellem mal-ILLUM Borg qal li Malta qed tibki t-telfa tal-politiku Russu, mexxej kuraġġuż li l-ġlieda tiegħu bla waqfien għal valuri demokratiċi u libertà fundamentali spirat miljuni madwar id-dinja. Borg stqarr li l-mewt tiegħu hija ta' tħassib, u għalhekk Malta titlob għal investigazzjoni fuq iċ-ċirkostanzi ta' mewtu. Malta titlob għal investigazzjoni indipendenti u trasparenti fuq il-mewt ta' Alexey Navalny Ian Borg IKOMPLI MINN PAGNA 1 Minkejja illi fis-sondaġġ tal-gazzetta oħt, MaltaToday, issemmew sfidi oħra, dik tal- gwerra f 'Gaża spikkat. Skont il-Maltin sfidi oħra li qed taffaċċja l-UE huma l-inflazzjoni (16.5%), l-immigrazzjoni (16.4%) u l-gwerra fl-Ukrajna (16%). Problemi oħra msemmija ta' inqas sfida kienu l-korruzzjoni (10%), politiki u strutturi Ewropej (2.5%) u l-bidla fil-klima (2.2%). Minn dawn ir-riżultati jidher li l-azzjoni dgħajfa tal-UE fir-rigward tal-imġiba Iżraeljana fuq Gaża se tkun tema li se tispikka fl-elezzjonijiet tal-membri parlamentari Ewropej li ġejjin. Il-gwerra tal-Lvant Nofsani diġà ħatfet ħajjet 28,000 persuna, inklużi 12,000 tifel u tifla wara li l-Ħamas attakka lil Iżrael lura f 'Ottubru tal-2023. Għalkemm kien hemm konsensus bejn iż-żewġ naħat li kkundannaw l-azzjonijiet ta' Iżrael u l-attakki mill-Ħamas, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ġiet ikkritikata mill-MEPs Laburisti u s-soċjetà ċivili fuq numru ta' okkażjonijiet talli fi kliemhom, "ma kinitx daqshekk voċifera" fl- ikkundar ta' Iżrael. NGOs bħal Moviment Graffitti, Aditus, Peacelab u Integra Foundation talbu wkoll rispons aktar voċiferu mill-Gvern, u jingħaqad fil-każ tal-Afrika t'Isfel kontra Iżrael fl-ogħla qorti tal-Ġnus Magħquda. Il-Maltin jaħsbu li l-UE mhix tinkwieta wisq fuq it-tibdil tal-klima Il-problema li qed taffaċċcja l-umanità bit-tibdil tal-klima kienet waħda mill-inqas imsemmija fis-sondaġġ. Wieħed minn kull ħamsin rispondent ikkunsidra din bħala l-akbar sfida għall-UE. Inkwiet fuq il-klima kien innutat aktar fost persuni ta' bejn is-sittax-il sena u l-ħamsa u tletin sena (3.5%), u dawk li segwew edukazzjoni terzjarja (4%). L-inflazzjoni kienet iktar preokkupanti fost dawk ta' bejn is-sittax-il sena u l-ħamsa u tletin sena (26%). 18% minn dawn wieġbu li l-gwerra tal- Lvant Nofsani hija inkwetanti. Mill-banda l-oħra, il-gwerra tal-Lvant Nofsani hija l-ikbar sfida għal dawk li għandhom iktar minn 65 sena (32%). Tqassim reġjonali jirrifletti fil-biċċa l-kbira l-firda politika. Dawk mir-reġjun tat- Tramuntana jipperċepixxu l-invażjoni tal- Ukrajna minn Vladimir Putin bħala l-akbar sfida għall-UE (26%), filwaqt li dawk mir- reġjun tan-Nofsinhar wieġbu l-istess dwar il- gwerra fil-Lvant Nofsani (38%). Fost dawk li għandhom edukazzjoni primarja, sekondarja u postsekondarja, irriżulta li għalihom il-gwerra fil-Lvant Nofsani hija l-akbar problema li taffaċċja l-UE. Iżda fost dawk ta' edukazzjoni terzjarja, urew tħassib dwar l-inflazzjoni (19%) li kien kemxejn ogħla minn dak fuq il-gwerra fl- Ukrajna (18%) u l-gwerra fil-Lvant Nofsani (17%). Il-Gwerra f'Gaża taf tilgħab irwol importanti fid-djalogu għall-elezzjoni ta' Ġunju li ġej Jidher li l-azzjoni dgħajfa tal-UE fir- rigward tal-imġiba Iżraeljana fuq Gaża se tkun tema li se tispikka fl-elezzjonijiet tal- membri parlamentari Ewropej li ġejjin Il-problema li qed taffaċċcja l-umanità bit-tibdil tal-klima kienet waħda mill-inqas imsemmija fis-sondaġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024