Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092
07 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 rażan u l-inċidenti marbuta mas-siti tal-kostruzzjoni" bħala artista. Fl-aħħar mill-aħħar mhuwiex is-sapport tal-mument imma s-sapport kontinwu tal-poplu li huwa importanti. Nemmen li l-eliminazzjoni tiegħi ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku u hekk xtaqt għaliex dik turi li ksibt is-simpatija u l-apprezament tal-poplu, xi ħaġa li kull artist jittama li jikseb. TAĦSEB LI KIEN ĦAQQEK LI TIRBAĦ INTI JEW ALMENU TAVVANZA AKTAR FIL- KOMPETIZZ JONI? Sa mil-bidu dejjem bqajt nemmen li kien ħaqqni navvanza. Dan il-ħsieb huwa wkoll ta' eluf ta' persuni li kkummentaw u bagħtuli li kien ħaqqni navvanza u nirbaħ. Min-naħa tiegħi rrispettajt id- deċiżjoni u awgurajt lil dawk kollha li avvanzaw għax fl-aħħar mill-aħħar aħna komunità waħda. INT KONT GĦEDT LI TIT TAMA ILLI MIN JIRBAĦ L-X FACTOR IKUN ĦAQQU. RICHARD KIEN ĦAQQU R-REBĦA TIEGĦEK? Richard kiseb is-sapport tal-poplu. Kellu ħafna nies warajh. B'dak il-ħsieb: bħalma għedt li jkollok in-nies warajk hija xi ħaġa fundamentali, nemmen li iva, kien ħaqqu r-rebħa għax fl-aħħar mill-aħħar il-poplu vvutalu. LIEMA KIEN L-ISBAĦ MUMENT WAQT IL-KOMPETIZZ JONI? Il-judges houses. Kienet esperjenza differenti mit-tieni staġun. Ħaduni Sqallija għal erbat ijiem. Dan tana ċ-ċans insiru nafu aħjar lil xulxin. Minbarra dik l-esperjenza, is-six chair challenge wkoll kien mument memorabbli imma jġiegħlek tħossok ħażin, speċjalment meta jkollok daqshekk adrenalina, tidħol fil-kompetizzjoni, b'mod partikolari minħabba l-possibilità li taqla' lil xi ħadd minn postu jew li tispiċċa tinqala' int. Kieku kelli niġbru f 'żewġ kelmiet ngħid li kien memorabbli u stressanti. INNOTAJNA LI DARBTE JN POĠĠE JT FUQ SIĠĠU NUMRU 3 FIS-SIX CHAIR CHALLENGE. TEMMEN LI GĦANDEK XORTI ĦAŻINA MAN-NUMRU TLIETA? Le ma naħsibx. Ironikament nikkunsidrah bħala numru ta' fortuna għax kelli ħafna esperjenzi li fihom kelli n-numru 3, fosthom is-six chair challenge. MIN KIEN L-IKTAR KONTESTANT/A VIĊIN TIEGĦEK MATUL IL-KOMPETIZZ JONI? Matul il-kompetizzjoni ma tantx kelli l-opportunità nsir naf lil kulħadd, però fil-judges houses, fejn kellna nqattgħu erbat ijiem ma' xulxin, sirt l-iktar close ma' Aiden Cohen li kien fil-kategorija tal-irġiel, u li inċidentalment kienet ukoll l-iktar kategorija li ħassejtni qrib magħha. LIEMA KIENET L-IKTAR KRITIKA LI BQAJT TIFTAKAR? Il-kumment ta' Amber qabel ma tawni l-aħbar tar-riżultat. Hi qalet, "Marija Bellia dejjem għamilt l-istess ħaġa, ma nafx jekk dan hux biżżejjed għal Gianluca". Għal kuntrarju, nemmen li mhux dejjem għamilt l-istess ħaġa, anzi nemmen li dejjem għamilt prestazzjonijiet versatili. Lil hinn minn dan kollu nżomm ir-rispett lejn il-kritika u l-persuna. L-iktar ħaġa li apprezzajt kien meta Roberta Metsola qalet li d-diska li għamilt tal-Aħħar Bidwi f 'Wied il- Għasel u Viva Malta kienet l-iktar diska favorita tagħha tal-2023. Richard kiseb is- sapport tal-poplu. Kellu ħafna nies warajh. B'dak il-ħsieb: bħalma għidt li jkollok in-nies warajk hija xi ħaġa fundamentali, nemmen li iva, kien ħaqqu r-rebħa għax fl-aħħar mill-aħħar il-poplu vvutalu.