Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092
opinjoni 09 IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum Ivan Bartolo huwa Kelliem Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo Il-ġustizzja soċjali mhix frażi li titpoġġa fuq billboard biex nintgħoġbu mal- elettorat tagħna, imma impenn biex tinħoloq soċjetà ġusta għal kulħadd G ħal titjib fil-ġustizzja soċjali hemm bżonn kollaborazzjoni sħiħa fuq kull livell. KULĦADD għandu jingħaqad u jisfrutta r-riżorsi kollettivi biex jimbotta favur din il-bidla. Bidla li fiha kulħadd iħossu komdu tant li jkompli jagħmel ħiltu biex jipperfezzjona soċjetà li fiha kulħadd jiġi trattat b'dinjità, b'rispett, u jserraħ rasu li ġustizzja tista' ssir kemm miegħu u ma' kulħadd. KULĦADD għandu jingħaqad wara mudell ekonomiku bbażat fuq il-pożizzjoni ċentrali. L-aġenda tagħna hi waħda; dik li l-bniedem ikun fil-paġna tan-nofs. Aġenda ċċentrata fuq il-bniedem. Fejn kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs biex jirnexxi u li dan ikun ifisser li l-pass fid-direzzjoni t-tajba jkun li nkissru l-ostakli li jifirduna. Dan jista' jseħħ biss f 'komunikazzjoni sinċiera bejnietna u bla ebda aġenda moħbija. Forsi din hi ħolma tiegħi, imma jekk huwa hekk, nitlobkom toħolmu miegħi. Iva, jien noħlom li b'dawn il-ħsibijiet Malta tkun aktar b'saħħitha, umana, solidali u fuq kollox aktar reżiljenti. Il-ġustizzja soċjali mhux frażi li titpoġġa fuq billboard biex nintgħoġbu mal-elettorat tagħna, imma impenn biex tinħoloq soċjetà ġusta għal kulħadd. Fost affarijiet oħra, il-ġustizzja soċjali tinkorpora l-problema tal-faqar. Sfortunatament hemm min jilgħab bin-numri u mhux ikun leali mal-foqra. L-istampa uffiċjali tas-sitwazzjoni attwali skont l-Istatistika Ewropea dwar dħul u kundizzjonijiet tal-ħajja turi li mal-100,000 ruħ f 'pajjiżna għandhom dħul annwali ta' €10,893. Minkejja l-miżuri biex ikun miġġieled il-faqar, in-numru ta' dawk f 'riskju f 'Malta baqa' prattikament fl-istess livell. Issa meta wieħed iqis iż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, ir-riskju tal-faqar f 'dawn il-familji bla dubju jibqa' jikber. Huwa fatt magħruf, li l-maġġoranza assoluta ta' dawn il-ħaddiema qed jitħallsu bil-boqxiex, tant li qed iġib riperkussjonijiet kbar, fil-benesseri ta' dawn il-familji. Ma nistax nitkellem u nikteb dwar faqar u ma nsemmix il-faqar f 'postijiet fejn jgħixu l-barranin f 'pajjiżna, li wħud minnhom ġew imqarrqa minn qabel daħlu f 'pajjiżna. Trid tara b'għajnejk biex temmen l-appartamenti ffullati żżejjed, fejn xi wħud ikollhom jaqsmu l-kamra tagħhom ma' ħaddieħor jekk mhux is-sodda ukoll. Donnu din saret il-prassi mal-pajjiż kollu, anki f 'lokalitajiet li normalment mhumiex assoċjati mal-faqar. Niakru ċar it tax-xhur ilu dak il-każ ta' 40 ħaddiem barrani, li għal €250 fix-xahar kull wieħed jgħixu f 'appartament. Għandi d-dubju tiegħi jekk dawn il- każijiet humiex inklużi fl-istatistiċi u l-istudji li aħna nirċievu minn żmien għall-ieħor. Għax din l-istess bħal dik is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha nies bla saqaf fuq rashom, li jiġru minn post għall-ieħor bħal nomadi, mingħajr indirizz. Bla dubju li lil dawn ir- riċerka ma taqbadhomx minħabba li huma bla indirizz. Ara ma naħsbux li l-awtoritajiet f 'pajjiżna jafu b'kulma jiġri jew għandhomx xi stampa eżatta ta' dak kollu li għaddej f 'pajjiżna. Biex inkun ġust magħhom, naħseb li din hi xi ħaġa impossibbli f 'kull żmien. Madanakollu nfaħħar ix-xogħol u l-integrità tal-NSO, li l-istatistika uffiċjali tirrifletti s-sitwazzjoni. Xogħolna hu li nieħdu rendikont tas- sitwazzjoni u fuq kollox niddeċiedu u nkunu l-vuċi ta' min qed iġarrab dawn l-inġustizzji. Ma nkunux bħal dawk it-tliet xadini maġenb xulxin, liema xadina tagħlaq għajnejha biex ma tarax, l-oħra tagħlaq ħalqha biex ma titkellimx u l-oħra widnejha biex ma tismax. Bl-azzjonijiet individwali tiegħi u tiegħek u bl-isforzi kollettivi, aħna lkoll flimkien nistgħu nindirizzaw l-isfidi kollha li għandna u nippromovu soċjetà aktar ġusta. L-għan tagħna lkoll hija soċjetà ħajja li tippromovi l-ugwaljanza, l-inklussività u d-drittijiet tal- bniedem, li kulħadd jieħu dak li jistħoqqlu mingħajr favuri u preferenzi, fuq kollox li nagħrfu l-ħiliet ta' dawk li għandhom, biex imexxu 'l quddiem f 'pożizzjoni u responsabbiltà mistħoqqa, għal ġid komuni, għal ġid ta' Malta u l-Maltin. Isimhom għandu jgħaddi minn moħħ l-awtoritajiet konċernati. Din ukoll hija ġustizza soċjali li f 'pajjiż progressiv m'għandhiex tibqa' tfixkel din l-aġenda permezz tad-diskriminazzjoni. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna quddiem inġustizzji li jtappnu s-sabiħ li ġa jeżisti f 'socjetà bħalma hi dik tagħna. Nirreferi hawn għal diskriminazzjoni bbażata fuq razza, sess, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, l-istatus soċjoekonomiku, passat familjari, jew anki timbru politiku partiġġjan. Dan kollu jfixkel u jaqta' l-qlub. Dan kollu jfixkel il-potenzjal uman. Dak li se nagħmlu fil-ġimgħa li ġejja, mit-tim formidabbli li jien imdawwar bih u li ħadem immens biex iwassal il-messaġġ. Imma dan mhux biżżejjed, anki jekk kull attività li se nagħmlu hi fully booked. Grati lejn is-segwaċi kollha tagħna li jirrispondu mill-ewwel għas-sejħiet tagħna. Iżda nibqgħu nimu li l-messaġġ li se nwasslu mhuwiex wieħed faċli. Imma xorta nibqgħu nagħmlu ħilitna biex dan il-messaġġ jasal f 'kull rokna ta' pajjiżna. Nibqgħu nemmnu f 'dan il-messaġġ u li huwa wieħed neċessarju. Fasten your seatbelt għal dan il-vjaġġ mimli impenn, kuraġġ, u dedikazzjoni bla waqfien. Il-passi ċkejkna tagħna jistgħu jagħmlu d-differenza. Il- qatra tiegħi, tiegħek u ta' oħrajn jistgħu jagħmlu oċean. Ejjew nibqgħu nisfidaw lil min jehda fl-inġustizzji, niddefendu l-ġustizzja soċjali, inħaddnu ħsibijiet ġusti u nkunu ambaxxaturi tas-sewwa. B'hekk Alla jgħinna. F'ġieħ il-ġustizzja soċjali