MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • NRU 906 Intervista ma' Malcolm Borg PAĠNI 6 u 7 Hekk kif baqa' tliet xhur u nofs għall- elezzjonijiet għall-parlament Ewropew, diriġenti tal-Partit Nazzjonalista qed jargumentaw li hemm bżonn li jinstab kap ġdid flok Bernard Grech, minkejja l-fatt li Grech huwa determinat li jibqa' kap anke jekk ma jmurx tajjeb fl- elezzjonijiet ta' Ġunju. U wara li jidher li Roberta Metsola qed timmira li tibqa' Brussell hemm ġirja kontra l-ħin biex jinstab il-persuna li jista' jkun idoneu bħala kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Fost l-iktar żewġ ismijiet li qed isemmu, hemm Alex Borg u Darren Carabott. Hemm oħrajn bħal Mark Anthony Sammut imma s'issa jidher li l-konsensus qiegħed fuq dawn it-tnejn. It-tnejn għandhom il-preġji u n-nuqqasijiet tagħhom: it-tnejn jidhru żgħar wisq, imma t-tnejn għandhom il- potenzjal li jibnu fuq l-istil u l-kariżma tagħhom. It-tnejn jafu jitkellmu u jippreżentaw lilhom infushom. Carabott, avukat żgħażugħ, wera li huwa reżiljenti u kapaċi jaffronta l-isfidi fil-Public Accounts Committee u anke jisfida l-Eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat. Serju u dirett, Carabott jitqies bħala dixxiplu ta' Claudio Grech u jirrappreżenta rarità fil-faqar politiku tal- PN. Alex Borg, avukat żgħir ukoll, dixxiplu tal-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Eks Ministru Għawdxija Giovanna Debono. Għawdxi, popolari immens f 'Għawdex, persuntu u l-fattizzi jgħinuh, u maħbub minn kulħadd. M'għandux il- profondità politika ta' Carabott imma jaf jagħmilha man-nies. Kien ukoll espliċitu u dirett fil-kritika lejn l-NGO Repubblika u Manuel Delia, u jqishom mażżra m'għonq il-PN. Min- naħa l-oħra hija stramba l-ħbiberija li għandu mal-Eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono u stranament mal-Eks Imħallef Carol Peralta, li kien żvelat bħala mażun u fi żmien l-amministrazzjoni ta' Eddie Fenech Adami kien il-mira attentat biex jiġi mkeċċi mill-ġudikatura u mill- Parlament Malti. Carabott u Borg, biex ikunu kkunsidrati bħala denji għall-kap, iridu l-għajnuna ta' terzi persuni li huma rrispettati fil-Partit. Il-mistoqsija hi, min jistgħu jkunu? Għax l-ewwel pass irid ikun li jaffronta lil Grech u jargumenta li hemm sostitut denju u aħjar minnu għall-kap tal-PN. Irid ikun xi ħadd li m'għandu xejn x'jitlef, imma li hu rispettat fil-Partit Nazzjonalista. Li huwa ċert hu li bidla fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tista' ġġib appoġġ ikbar elettoralment għall-PN. Imma Borg u Carabott iridu jaħsbu biex iwarrbu l-politika konservattiva tagħhom biex jirbħu bil-kbir il-vot żgħażugħ u liberali. Il-papabbli għall-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista L-ikbar tnaqqis ta' permessi għall- bini kien fuq l-appartamenti Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika tindika li matul l-2023 ġew approvati total ta' 8,112-il permess ta' residenzi. Dan kien ifisser tnaqqis ta' aktar minn 15% mis-sena ta' qabel. Barra minn hekk, l-ammont ta' residenzi ġodda approvati, kien terz anqas mill-ammont li kien approvat fl-2019, qabel faqqgħet il-pandemija. L-akbar tnaqqis fir-rata li biha ġew approvati permessi kien għall-appartamenti. Hemmhekk, l-ammont naqas għal it aktar minn 7,000, jew 18% anqas mill-2022, u kważi 40% anqas mill-ammont rekord li kien approvat fl-2018. Fil-fatt, jekk wieħed jeskludi s-sentejn tal- pandemija, l-2020 u l-2021, l-ammont ta' permessi approvati s-sena li għaddiet kien l-anqas wieħed mill- 2016 'l hawn. Bħala medja mill-2013 'il quddiem, l-ammont ta' residenzi approvati fis-sena kien ta' 7,691, u l-ammont approvat is-sena li għaddiet kien biss it aktar minn din il-medja ta' ħdax-il sena. PAĠNA 3 Il-Papabbli għall-kap il-ġdid tal-PN: Alex Borg (xellug) u Darren Carabott

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 February 2024