MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum PISCES, MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-mument oppurtun li issa twettaq dak li verament tħoss ġewwa fik mingħajr ebda tfixkil. Issa int tagħraf biss dak li tħoss ġewwa fik huwa l-ideal u ma tiddependix aktar fuq oħrajn. Namaste. GEMINI, MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Gemini se jkun mument ta' riflessjoni profonda dwar il-biża' li xi kultant tħoss meta tiġi għal ċerti deċiżjonijiet. Issa huwa l-waqt li tagħraf tegħleb dan sabiex għal dak li riesaq tkun aktar int. Namaste. VIRGO, MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Virgo se jkun mument li tinqala' mill-pożizzjoni ta' qisek f 'salib it-toroq. Issa f 'din il-fażi għaraf sew dik l-unika direzzjoni li hi ideali għalik u imxi magħħa sabiex tibda dik l-istabbiltà. Namaste. CAPRICORN, MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, se jkun mument li tinħall mill-ħsibijiet tal-passat. Ma tistax tibqa' mwaħħal mal-passat għax jekk se tibqa' hekk, dak li għandek illum jintilef kollu. Namaste. AQUARIUS, MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Aquarius se jkun mument li tħares 'il quddiem. Wara li rnexxielek twettaq deċiżjonijiet, issa kompli żomm fik din id-determinazzjoni u kompli miexi fit-twettiq li hemm bżonn. Żgur se tħossok persuna mibdula. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-qamar kwinta waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Pisces Mill-Ħadd 25 ta' Frar sas-Sibt 2 ta' Marzu Il-helpline 1579 jirċievi medja ta' 21 telefonata kuljum ELAINE CAMILLERI Il-linja 1579 wieġbet kważi 10,000 telefonata minn meta bdiet fl-aħħar tal-2022. Jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM, il-Ministeru tas-Saħħa qal li minn Novembru 2022 sar- raba' ġimgħa ta' Frar 2024 ċemplu 9,873 telefonata. In-numri juru li minn Jannar sa din il-ġimgħa saru 1,113 telefonata, filwaqt li fix-xhur ta' qabel saru 7,665 telefonata. Dan ifisser li l-linja tat-telefown 1579, li topera kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd f 'kull ħin, tirċievi medja ta' 21 telefonata kuljum. Il-Ministeru wieġeb ukoll li l-ansjetà, il-problemi marbuta mad-dipressjoni, is-solitudni, u problemi oħra ta' diffikultajiet f 'relazzjonijiet man-nies ta' madwarhom, kienu l-iktar raġunijiet wara dawn it- telefonati. F'Diċembru li għadda, dokumentarju maħdum mill- fakultà tas-Social Wellbeing tal-Università ta' Malta, bit- titlu 'Il-Ġerħa tas-Solitudni – it-tieni edizzjoni' illustra tajjeb l-istejjer ta' numru ta' persuni ġejjin minn diversi aspetti tal-ħajja li esperjenzaw is-solitudni. Minn stħarriġ tal-istess proġett ħareġ li bosta individwi jesperjenzaw sens ta' solitudni u ansjetà l-iktar fi żmien il-festi. Minn dan l-istudju rriżulta li aktar min-nofs tal-individwi li kienu ġew intervistati għall-fini ta' dokumentarju abbażi ta' riċerka, instab li iktar minn nofshom (54%) ibatu minn sens ta' solitudni. Dan l-istudju kien twettaq ma' individwi ta' 11-il sena 'l fuq. Minnu rriżulta li l-iktar persuni affettwati minn din il-problema li jħossuhom waħedhom huma dawk ta' bejn il-11 u d-19-il sena. ELAINE CAMILLERI Fl-2023, total ta' 491 nisa tqal ħadu l-pillola abortiva sabiex tintemm it-tqala. Skont l-istatistika mogħtija mill-għaqda mhux governattiva Doctors for Choice, kien hemm żieda ta' 16% mill-2022 għall-2023. Fi stqarrija minn Doctors for Choice, l-NGO qalet li l-liġi dwar l-abort mhijiex tajba għall-iskop, u li "mhix se tgħin lin-nisa li jesperjenzaw kumplikazzjonijiet waqt it-tqala... u ma tqisx il-qagħda ta' dawk li huma vittmi ta' reati sesswali jew li jirċievu dijanjosi ta' anomalija severa tal-fetu." L-abbozz 28, qajjem diskussjoni jekk għandux jidħol l-abort f 'Malta, "il-fatt li madwar 500 mara rċeviet l-mezzi biex ittemm it-tqala juri kemm hu skorrett u maqtugħ mir-realtá," qalet l-NGO. "L-abort diġà qiegħed Malta, u aktar nies qed jagħżlu li jtemmu t-tqala tagħhom fi djarhom. It-tmiem ta' tqala bl-użu ta' pilloli tal-abort id-dar huwa meqjus bħala sigur sa 12-il ġimgħa ta' tqala minn organizzazzjonijiet mediċi awtorevoli, inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)." L-istqarrija tkompli tgħid li "In-nisa f 'Malta m'għandhomx jitqiesu bħala kriminali talli jaċċessaw servizzi ta' kura tal-abort li huma legali fl-istati l-oħra kollha tal-UE, u madankollu nkomplu naraw każijiet f 'Malta ta' nisa vulnerabbli mressqa quddiem il-qrati talli temmew it-tqala tagħhom stess." Prof Isabel Stabile u Dr Natalie Psaila qed joffru Abortion Doula Support Service b'xejn – numru tat- telefon 20341683 – li kulħadd jista' jċempel għal parir dwar l-abort b'xejn. L-organizzazzjoni ta' Doctors for Choice reċentement nediet ukoll Contraception Helpline – 20341685 – li toffri pariri b'xejn dwar il-kontraċezzjoni lil kulħadd, u għandha l-għan li żżomm ir-rati ta' tqala mhux mixtieqa baxxi. Minn mindu tnieda l-helpline b'xejn li joffri servizz erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, saru total ta' 9,873 telefonata, b'7,665 minnhom fl-2023 Kważi 500 mara jieħdu l-pillola abortiva fl-2023

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 February 2024