MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 It-tnaqqis fir-rati ta' permessi approvati kien l-aktar sinifikanti fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, meta l-ammont ta' permessi naqas b'37% fuq dak tas-sena ta' qabel. L-istatistika uffiċjali tindika wkoll li mentri t-tnaqqis globali kien ta' 15% matul l-2023 kollha kemm hi, f 'Għawdex l-ammont ta' permessi approvati naqas b'34%, jew b'aktar mid-doppju tal-medja nazzjonali. L-akbar tnaqqis kien osservat fiż-żona tan-Northern Harbour, fejn l-ammont ta' permessi approvati kien 7% biss anqas minn dak ta' sena qabel. F'Għawdex, l-ammont ta' permessi approvati fl-aħħar kwart tal-2023 niżel taħt il-200 residenza għall-ewwel darba mill- pandemija 'l hawn, bi tnaqqis ta' madwar nofs meta mqabbel mal- aħħar kwart tal-2022. Dan kollu jindika li s-suq qiegħed jibda jirrispondi għall- inċentivi li qiegħed ipoġġi l-Gvern biex minflok bini ġdid, l-enfasi ddur fuq l-użu ta' propjetà eżistenti. Dan jista' jseħħ permezz ta' inċentivi qawwija għal dawk li jixtru f 'UCA jew propjetà vakanti, u li anke jinvestu fir- rinnovar ta' tali propjetajiet. L-istatistika tal-permessi approvati tindika li mentri l-permessi għal residenzi ġodda qed tonqos b'rata sinifikanti, l-ammont ta' permessi għal bidliet fi propjetajiet u rinnovar ta' residenzi qed ikun ferm aktar reżiljenti. Barra minn hekk, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nnota kif mentri fl-aħħar kwart tal- 2022, kull permess approvat kien jinkludi medja ta' madwar sitt residenzi għal kull permess, dawk fl-aħħar kwart tal-2023 kienu jinkludu medja ta' erba' residenzi għal kull permess. Appartament Maisonettes Terraced houses Oħrajn Total 2013 2,062 352 209 84 2,707 2014 2,221 414 204 98 2,937 2015 3,019 471 342 115 3,947 2016 6,316 706 297 189 7,508 2017 7,762 852 301 91 9,006 2018 11,211 1,166 396 112 12,885 2019 10,726 1,226 402 131 12,485 2020 6,735 727 299 76 7,837 2021 6,451 738 290 99 7,578 2022 8,280 910 333 76 9,599 2023 7,026 712 292 82 8,112 L-ammont ta' permessi fl-aħħar kwart ta' 2023 naqas b'37% fuq dak ta' 2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 February 2024