Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
04 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum AĦBARIJIET BARRANIN L-24 ta' Frar 2024 jimmarka t-tieni anniversarju minn mindu r-Russja invadiet lill-Ukrajna. Il-kunflitt kontinwu ġab miegħu theddida reġjonali b'tilwima li ġabet magħha sfidi ta' sigurtà u instabbiltà, kemm fir-reġjun Ukren, kif ukoll madwar l-Ewropa. Matul l-2023, il-gwerra fl-art ħalliet warajha straġi sħiħa. Il-gwerra Russa li għaddejja wasslet fil-qerda ta' bliet u komunitajiet sħaħ, u traġikament ħasdet il- ħajjiet ta' bosta ċivili, inklużi tfal. Skont statistika tan-Nazzjonijiet Uniti, inqatlu aktar minn 10,000, u ndarbu 20,000 fis-sentejn tal- invażjoni tar-Russja. Barra minn hekk, kważi 20,000 tifel u tifla ġew maħtufa u deportati mir- Russja. Madankollu, iċ-ċifri attwali Mewt, uġigħ u ħtif tal-innoċenti. Id-dinja tfakkar it-tieni sena minn meta l-Kremlin Statistika ġdida maħruġa dil-ġimgħa fil-Parlament, uriet li mill-2007 sal- 2021, 1,101 persuna mietu kawża tal- Lewkimja jew tal-Limfoma. Mill-1,101, 410 mietu bil-Lewkimja. Ħamsa mill-410 kienu tfal. Mis-691 li mietu bil-Limfoma, ma kien hemm xejn tfal. Bejn l-2007 u l-2021, 52 tifel u tifla sa 16-il sena mardu bil-Lewkimja. 47 minnhom għadhom ħajjin. 22 tifel u tifla taħt is-16-il sena mardu bil-Limfoma matul l-istess perjodu ta' żmien, bil-każijiet kollha għadhom taħt monitoraġġ attiv sal-aħħar tal-2023. Fost l-adulti, 608 mardu bil-kanċer tal- Lewkimja bejn l-2007 u l-2023. Kull każ ġie segwit u sal-31 ta' Diċembru 2023 kienu 203 li baqgħu ħajjin. Adulti li mardu bil-Limfoma kienu ta' 1,600. Dawn ġew segwiti u sal-31 ta' Diċembru 2023, huma 909 li baqgħu ħajjin. Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela preżenta dawn in-numri fil-Parlament u spjega li statistika mill-2021 'il quddiem għadha tiġi miġbura, ikkodifikata, ivverifikata u analizzata. Huwa kien qiegħed iwieġeb għall- mistoqsija parlamentari tal-MP Nazzjonalista Bernice Bonello. 257 għaddejjin bil-kura tal-kimoterapija fl-2023 Jirrispondi għall-istess mistoqsija, il-Ministru Abela semma li bħalissa qed jieħdu l-kura għal-Lewkimja 13- il tifel u tifla inqas minn 16-il sena. L-ebda persuna tal-istess età mhi tieħu trattament għal-Limfoma. Min-naħa l-oħra, bħalissa jieħdu trattamenti ta' kimoterapija, hemm 119- il pazjent bil-Lewkimja u 125 pazjent bil- Limfoma. Jitkellem fuq Xtra t-Tnejn li għadda, il- Ministru Jo Etienne Abela sostna li Malta qed toffri fost l-aħjar kura fir-rigward tal-mard tal-kanċer, b'mod partikolari l-kanċer tas-sider. Saħaq li r-riżultati jindikaw li pajjiżna joffri t-tieni l-aħjar riżultati tal-kura fl- Ewropa. Elenka servizzi oħra fl-isfera ta' trattament fosthom esperti tal- kardjoloġija li qed jgħallmu servizzi innovattivi anke lill-pajjiżi ġirien. Iktar minn 1,000 persuna tilfet ħajjitha bil- Lewkimja jew bil-Limfoma mill-2007 sal-2021 Mill-1,101, 410 mietu bil-Lewkimja, b'405 jkunu adulti u ħamsa minnhom ikunu ħamest itfal. Is-691 l-oħra kienu adulti li mietu bil-Limfoma. Il-gwerra wasslet fil-qerda ta' bliet u komunitajiet sħaħ