Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
13 kultura IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Spazju Kreattiv se jtella' proġett teatrali b'kitba oriġinali dwar il-ħajja ta' tliet nisa differenti u jirrakkonta l-istejjer tagħhom. Her Say not Hearsay, jittratta tliet temi relatati mal-mara. L-ewwel monologu jmur lura għall-1945, meta n-nisa li jaħdmu kienu qed jingħataw is-sensja u jaffaċċjaw numru ta' riperkussjonijiet. Il-karattru ta' żagħżugħa qalila, imqanqla mill-moviment Suffrazzjoni tqum fuq saqajha biex tisfida l-aspetti reliġjużi u soċjali fis- soċjetà maħnuqa ta' dak iż- żmien. It-tieni monologu jittratta l-menopawsa u l-istigma marbuta ma' realtà li tolqot lin-nisa kollha. Il-monologu huwa infuż b'umoriżmu u sitwazzjonijiet reali li jġiegħel lill-udjenza taħseb dwar kif in-nisa jinnavigaw f 'din il-fażi tranżizzjonali f 'ħajjithom. It-tielet monologu jagħti xena realistika dwar il-vjolenza domestika, u jqalleb l-isfumaturi kkomplikati ta' xiex, kif, u għaliex din il-forma ta' vjolenza trid tiġi denunzjata b'mod inekwivoku. Dan il-monologu jixħet dawl fuq x'konessjonijiet umani wieħed jagħmel u jġiegħel lill-udjenza tqis ir-realtajiet ħorox li jġarrbu relazzjonijiet bħal dawn. Her Say not Hearsay tesplora b'qawwa l-esperjenza femminili u minn liema esperjenzi jkollha tgħaddi minnhom il-mara. Esperjenzi ta' żvilupp personali f 'tilwima mal-isfidi tas-soċjetà. Dan il-proġett se jkun esebit bil- Malti b'sottotitli bl-Ingliż. Żuru Teatru Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta nhar it-8, 9, u 10 ta' Marzu 2024 mit-8pm 'il quddiem sabiex issegwu din il-produzzjoni. Il-biljetti jinxtraw minn fuq is-sit https:// kreattivita.org/en/. Tliet sekli, tliet sfidi, tliett nisa: Her Say not Hearsay Il-festival tat-tfal TRIKKI TRAKKI reġa' magħna! Dan il-festival organizzat minn Teatru Malta joffri opportunitajiet lill-istudenti sabiex jikkollaboraw ma' diretturi u flimkien joħolqu prestazzjonijiet qosra bejn kwarta u għoxrin minuta, kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż. Mgħammar mit-tfal għat-tfal, il-festival li issa daħal fis-sitt sena tiegħu, għandu l-għan li jipprovdi opportunitajiet lil dawn iċ- ċkejknin iħaddmu l-kreattività u t-talent tagħhom. Taħt id-direzzjoni u t-tagħlim tal-aqwa fl-industrija, it-tfal jieħdu biss togħma ta' dak li hemm jistenniehom jekk jitħajru jidħlu fix-xena teatrali. Minn disinn tal-kostumi, u l-irtokk għal dwal, ħoss u direzzjoni, it-tfal jipprovaw minn kollox. Jekk imħajjar tiċċelebra teatru ta' kuluri, mużika u t-talent ta' dawn iċ-ċkejknin, żur is-sit www. showshappening.cm u aqta' biljett. Il-festival TRIKKI TRAKKI se jsir fil-Masquerade Blue Box eatre, Triq Oscar Zammit, L-Imsida, nhar is-16 u s-17 ta' Marzu. Dan il-festival huwa megħjun mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kunsill għall-Arti Malta. Il-festival mit-tfal għat-tfal: TRIKKI TRAKKI jirritorna