Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • NRU 908 → direct Sign up today! My card, digital, global & free. 2557 4400 medirect.com.mt MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed by the Malta Financial Services Authority under the Banking Act (Cap. 371). Intervista ma' Ivan Bartolo PAĠNI 6 u 7 Fix-xhieda tiegħu, il-Perit Martin Debono, qal li maġġoranza tax-xogħol tal-kodiċi tal-bini kien tlesta u li ma kinux implimentati minħabba deċiżjoni politika. Il-Perit Martin Debono, li kien konsulent ewlieni fil-BICC, kien tneħħa mill-kariga tiegħu wara li kien ċar li ma kienx lesta xogħlu. Infatti, il-gazzetta ILLUM tista' tikkonferma li l-biċċa l-kbira minn dawn il-kodiċi qatt ma tlestew u Debono kien ekonomiku ħafna bil-fatti. Fil-fatt, qatt ma seta' jkun hemm deċiżjoni politika ġaladarba qatt ma tlestew. Ix-xhieda ta' Debono kkuntrastat bil- qawwi ma' dak li xehed is-CEO tal-BCA, Jesmond Muscat li ppreżenta fl-Inkjesta Sofia dokumenti li juru li x-xogħol fuq il- kodiċi tal-bini kien għadu mhux lest. Fil-fatt l-inkjesta stess fil- konklużjonijiet tagħha appellat biex dawn il-kodiċi jitlestew ħalli jkunu jistgħu jiġu implimentati u l-industrija tkompli ssegwi l-Kodiċi Ewropej. Madankollu, tant il-kodiċi ma kinux lesti, illi msieħba ewlenin bħall-Kamra tal-Periti u l-Malta Development Association, kienu urew oppożizzjoni għall-verżjonijiet ta' dak li ġie ppreżentat lilhom u esprimew tħassib dwar l-effetti tal-implimentazzjoni tagħhom. Minn stħarriġ ta' din il-gazzetta ġie kkonfermat illi minn seba' oqsma tal- kodiċi, waħda biss kważi tlestiet fuq medda ta' snin. Il-kodiċi tal-istandards jikkonċernaw: 1) L-iskavar 2) Nirien u prodotti tossiċi 3) Ambjent, iġene u saħħa 4) Aċċess 5) Storbju 6) Enerġija 7) Sostennibbiltà L-eżerċizzju li kellu jsir, bl-esperti diġà appuntati, kien se jiswa mijiet ta' eluf ta' flus. Iżda dokumentazzjoni u korrispondenza turi li Debono kien naqas milli jimplimenta l-proċess biex isiru dawn il-kodiċi minkejja pressjoni biex dawn jitlestew. Il-kuntratt ta' konsulenza ta' Martin Debono ma kienx ġie estiż mill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. ARA PAĠNA 3 Il-Bord tal-Inkjesta Sofia kien żvijat minn min kellu jlesti l-kodiċi tal-bini ID-DISKUSSJONI BEJN GRECH U ABELA TAQA' ŻORBA: Anġlu Farrugia jista' jkun aġent President MARIANNA CALLEJA F'diskussjoni kordjali, Robert Abela u Bernard Grech ma waslu għall-ebda qbiel fuq min jista' jkun il-persuna li jieħu post il-President George Vella f 'April. Skont sorsi, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinsisti li ħadd mill-kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma jista' jkun president. Dan għall-Prim Ministru Robert Abela hu inaċċetabbli. Minkejja l-kliem fieraħ, Grech u Abela għadhom ma qablux, u kollox qed jindika li d-diskussjoni se tintemm bl-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia jiżfen fin-nofs. Artiklu 48 tal-Kostituzzjoni tesiġi li l-President għandu jinħatar bil-qbil ta' żewġ terzi tal-Kamra. Jekk il- maġġoranza ma tintlaħaqx, il-president attwali għandu jibqa' sakemm il-maġoranza tintlaħaq.. Ġaladarba l-President George Vella ma jridx jibqa, bħala ma diġà indika fil-passat, sakemm jintagħżel president ieħor, aġent president għandu jeħodlu postu b'mod temporanju. Xahar ilu, din il-gazzetta ġiet informata minn kelliem għoli tal-Partit Laburista li l-mexxejja kellhom l-ewwel laqgħa, bla ebda konklużjoni. Inkredibbilment din kienet l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja politiċi. Abela kien qed juri biċ-ċar li l-isem u l-persuna favorita tiegħu hija Helena Dalli li bħalissa tokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza. Ma kienx ċar lil min qed jipproponi Bernard Grech, iżda indikazzjoni ppuntat lejn l-Eks Kummissarju Ewropew Joe Borg, li huwa persuna pjuttost newtrali u rrispettat. Minn stħarriġ ta' din il-gazzetta ġie kkonfermat li f 'seba' oqsma tal-building codes, waħda biss kważi tlestiet fuq medda ta' snin meta kien hemm Martin Debono (inset) mill-BICC li kien responsabbli għalihom