MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum PISCES, MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun fażi importanti li dak li tħoss ġewwa fik hu dak li int verament tixtieq għandek iċ-ċans li jkun imwettaq. Aħtaf dan iż-żmien sabiex tissaħħaħ u titkattar. Namaste. GEMINI, MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Gemini se tkun fażi fejn trid tagħraf dik id-direzzjoni li tagħmlek aktar stabbli. Int għandek diversi direzzjonijiet, u għalhekk issa agħraf biss dik id-direzzjoni ideali li tagħtik stabbilta. Namaste. VIRGO, MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Virgo se tkun fażi li trid tinqata' għal it żmien minn maċ-ċirku li għandek. Dan irid isir sabiex twettaq riflessjoni ta' min vera huma dawk il-persuni ġenwini li għandek vera tafda. Namaste. SCORPIO, MILL 23TA OTTUBRU SAT 21TA NOVEMBRU F'dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Scorpio se tkun fażi li ma tridx bħal qisek tkun f 'salib it-toroq. Agħraf biss li b'dak li tixtieq twettaq se tagħraf biss il-vera potenzjal tiegħek u dan se jagħtik is-saħħa fid-deċiżjoni mixtieqa. Namaste. AQUARIUS, MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Aquarius se tkun fażi fejn trid toqgħod aktar attent dwar ir-responsabbiltajiet ġodda li qed tesperjenza. Għalhekk, f 'dan kollu qis li tkun iffokat biss li twettaq ħidmietek bl-aktar mod sew li qatt tista' tagħmel. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta' Pisces Mill-Ħadd 10 ta' Marzu sas-Sibt 16 ta' Marzu I l - E w r o p a r l a m e n t a r i Laburista Cyrus Engerer sab ruħu diżappuntat bil-fatt li l-ebda ministru ma ngħaqad mal-attivisti fil-marċ li seħħ ġurnata qabel. "Il-marċ tan-nisa, kien wieħed mill-akbar... fejn kienu l-ministri?" staqsa Engerer. Jikkumenta fuq Instagram, l-MEP kien qed jirreaġixxi għal marċ li seħħ fil-Belt Valletta għal Jum il-Mara. Tul il-marċ, numru ta' temi ġew imsemmija, minn abort għal vjolenza domestika, għal nuqqas ta' sigurtà għal sfidi ta' nisa trans, u dawk mhux binarji. It-tema għal din is-sena kienet "Magħqudin għal-Liberazzjoni Kollettiva" bil-għan li jenfasizzaw l-importanza ta' għaqda biex issir bidla kontra l-opressjoni u l-inġustizzja li taffaċċja l-mara fis-soċjetà. In-nisa li attendew sostnew li d-drittijiet li jgawdu minnhom illum il-ġurnata huwa grazzi għal dawk in-nisa kuraġġjużi li ma qagħdux lura u ġġieldu għad-drittijiet tagħhom fil- passat. Tul il-marċ ġew imfakkra diversi nisa bħal Bernice Cilia u Sion Grech. L-attivisti u dawk preżenti ftakru f 'dawk għadhom qed jistennew il-ġustizzja hija ġustizzja rrifjutata. Ifakkar dan kollu, Engerer bħal donnu ma ridx jemmen bin-nuqqas tal-politikanti. "Aħna biss, li l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza ma kinux preżenti? B'Kabinett ta' 27 persuna, għall-inqas waħda ma setgħetx kienet preżenti?" Fakkar li lanqas membri tal- gruppi politiċi tan-nisa ma kien hemm, la n-Nisa Laburist u lanqas Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista. "Għaliex lanqas waħda mill- 22 mara eletta fil-parlament ma attenditx?" Sostna li ħlief hu u l-MP Laburista Randolph Debattista, li hu wkoll is-CEO tal-Partit Labusrita, ma kien hemm ħadd miż-żewġ partiti kbar. Żied jiddiskrivi l-atmosfera, li skont hu kienet ferm iktar qawwija minn qatt qabel. "Atmosfera fejn nisa trans, mhux-binarji u alleati qed iqumu flimkien għad-drittijiet u l-ġustizzja f 'Malta," huwa kompla jgħid. Engerer faħħar liċ- chairperson tal-ADPD Sandra Gauci u lill-kopresident tal-Volt Alexia Debono talli attendew. MEP Cyrus Engerer jistaqsi fejn kienu l-ministri f'Jum il-Mara L-MEP Cyrus Engerer akkumpanjat mill-MP Laburista Randolph Debattista fil-marċ tat-8 ta' Marzu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024