Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 ELAINE CAMILLERI Kumitat għall-investiment tal- Malta Enterprise qal li kien imqarraq dwar l-iżvilupp ta' Kordin, li approvaw fl-2019, wara l-pubblikazzjonijiet tas- sejbiet fl-Inkjesta Pubblika ta' Jean Paul Sofia. Il-kumitat qal li ġie mqarraq dwar l-iżvilupp ta' Kordin li approvaw fl-2019 u li waqa' lejn l-aħħar tal-2022, qatel lil Jean Paul Sofia ta' 20 sena, u darab ħamsa oħra. "Il-Kumitat tal-Investiment approva biss workshop ta' sular wieħed – mhux fabbrika ta' ħames sulari kif kien iddikjarat b'mod żbaljat fil-konklużjonijiet tal-inkjesta," qalu l-membri tal- kumitat fi stqarrija. "Qatt ma saret referenza għal rekord kriminali u qatt ma ġiet immarkata ebda kwistjoni ta' tħassib, tkun xi tkun in-natura." L-istqarrija tgħid li l-ispazju industrijali nnifsu kien se jingħata minn Indis, li hija responsabbli għall-oqsma industrijali u l-allokazzjoni ta' art pubblika għall-użu industrijali. "Minħabba n-nuqqas ta' spazju industrijali, il-perjodu ta' stennija bejn l-approvazzjoni u sakemm tingħata l-art huwa perjodu twil." Tliet membri tal-kumitat irriżenjaw il-ġimgħa li għaddiet, iċ-Chairperson Peter Borg u l-membri Victor Carachi u Paul Abela. Dan wara li l-inkjesta kkonkludiet li dawn qatt ma kellhom japprovaw il-proposta ta' żewġ żviluppaturi biex tinbena fabbrika tal-għamara fuq art tal- Gvern f 'Kordin. Ħames persuni, fosthom iż- żewġ żviluppaturi tagħha Kurt Buhagiar u Matthew Schembri, qed jiffaċċjaw akkużi kriminali ta' omiċidju involontarju b'rabta ma' dak l-inċident. Fuq il-programm tar-radju RTK103 is-Sibt, Carachi jgħid li ħadd mill-kumitat ma kien mistieden jixhed fl-inkjesta. Fl-istqarrija jingħad li l-kumitat approva "workshop ta' 300 m2 fuq sular wieħed u xejn aktar" b'baġit ta' €262,500. "L-ebda membru mill-Kumitat ma' ssejjaħ biex jixhed fl- Inkjesta u ngħata l-opportunità biex jikkjarifika l-iżbalji," tgħid l-istqarija. Il-Kumitat qal li "minħabba f 'hekk, ġejna ċċensurati mill- Bord talli konna mmaniġġjajna dan il-każ b'mod superfiċjali." Malta Enterprise tgħid li ġiet imqarrqa bl-iżvilupp ta' Kordin Fi stqarrija, il-Kumitat tal-Investiment fi ħdan Malta Enterprise jgħid li approva biss kamra ta' 300 m2 fuq sular wieħed u mhux fabbrika ta' ħames sulari Il-bini f 'Kordin li sfronda u qatel lil Jean Paul Sofia