MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 jum il-mara IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Marianna Calleja ġiet appuntata koordinatur editorjali tal- gazzetta Illum. Illum bdiet bħala gazzetta f 'April 2006 u apparti il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd, tokkupa spazju fuq l-internet permezz tas- sit illum.com.mt . Illum hija l-uniku gazzetta bil- Malti indipendenti fix-xena lokali. Calleja studjat il-ġurnaliżmu l-MCAST fejn kisbet Baċċellerat bl-Unuri fil-Ġurnaliżmu. Hija ssieħbet mal-kumpanija MediaToday fl-2020, l-ewwel bħala ġurnalista mal-ILLUM imbagħad mal-MaltaToday. Hija tieħu ħsieb ukoll il- pjattaformi tal-midja soċjali taż- żewġ ġurnali. Mal-ILLUM ħadmet fuq serje ta' artikli mal-Għaqda Bdiewa Attivi fl-2021, li waslu biex il- Gvern ħa azzjoni fuq is-suġġett. Ħadmet ukoll fuq is-serje ta' artikli bl-isem "Bnadi mitluqa, abbandunati jew moħlija." Fiha tat l-istorja ta' siti madwar Malta li kienu ta' tant importanza fiż-żmien ta' qabel iżda issa tħallew abbandunati. Fosthom kien hemm l-Isptar San Luqa fil-Pietà, il- lukunda tal-Jerma u l-villaġġ fantażma tal-Forti Sant'Iermu. Għandha għal qalba l-attiviżmu, speċjalment l-ambjent u d-drittijiet tal-mara, u għalhekk bosta artikli tagħha jittrattaw is- suġġett. Il-gazzetta ILLUM b'koordinatur editorjali ġdid Vera li l-mara kisbet id-dritt tal-vot, id-dritt li taħdem u li tkun sidt darha, iżda s-soċjetà xorta waħda baqgħet xxettel fiha inġustizzji li trid taffaċċja mara, Christine Cassar tgħid. Cassar spjegat fost l-ikbar sfidi li taffaċċja mara fis-soċjetà Maltija, u l-ikbar waħda hija li negħlbu l-kultura ta' vjolenza. "Vjolenza fuq nisa, persuni trans u dawk li ma jidentifikaw mal-ebda ġeneru hija evidenti sew fis-soċjetà tagħna, għalkemm ħafna drabi tinħeba wara 'ċajt' jew 'kumplimenti'," tgħid Christine. Tgħid li sfortunatament il-mara tirċievi kumplimenti mhix mixtieqa, fastidju fuq l-internet u anke kummenti li joġġettifikaw lill-mara. Dawn huma it eżempji li "jiffiltraw fil-ħajja ta' kuljum" li tant infirxu fis-soċjetà li tali mġiba tiġi skużata, jew agħar minn hekk, inkoraġġuta iktar. L-attiviżmu li tinvolvi ruħha fih Christine ma jinvolvix lill-mara Maltija biss imma lil dawk in-nisa immigranti. Skontha dawn għandhom sfidi doppji. "Il-vulnerabbiltà tan-nisa migranti f 'Malta hija akbar meta niġu għall- inklużjoni fis-suq tax-xogħol u x-xogħol deċenti mingħajr prekarjat." Sfida oħra li jħabbtu wiċċhom magħha nisa migranti huma ostakli minħabba l-passaport l-iktar jekk "ikollhom bżonn jagħmlu abort barra minn Malta." Rigward l-abort, Cassar temmen li għad baqa' ħafna xi jsir u "mhux talli għadna qas bdejna, talli mxejna ġiex passi lura." Dan għamlitu b'referenza għal-liġi emendata fix-xhur li għaddew. Din il-liġi titlob tim mediku ta' tliet tobba sabiex jiddeterminaw jekk ħajjet mara hijiex fil-periklu biex tikklassifika għall-abort. Skont Christine, projbizzjoni totali tal-abort hija forma ta' oppressjoni fuq in-nisa. Meta mistoqsija kif ħassitha meta l-Gvern kien beda jiddiskuti l-abort bit-tama li jsir legali iżda mbagħad ħa deċiżjoni totalment differenti milli wieħed antiċipa, Christine qalet li ħassitha ttraduta. "Il-Gvern kellu l-opportunità li jdaħħal il-bidla u minflok iddeċieda li jinjora d-drittijiet tan-nisa u jaqa' għall- pressjoni tal-Knisja, tal-Oppożizzjoni u tal-President ... L-ebda gvern, stat, imħallef, istituzzjoni reliġjuża, l-ebda raġel jew persuna oħra m'għandhom id-dritt li jiddettaw lill-mara x'għandha tagħmel b'ġisimha." Hekk kif id-dinja tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Mara, din il-gazzetta ltaqgħet ma' Maya Lucia, futboler fit-tim nazzjonali Malti tan-nisa. Hija tilgħab ukoll għal ŽNK Osijek, tim tal-futbol tan-nisa professjonali Kroat ibbażat f 'Osijek. Lucia qasmet il-ħsibijiet tagħha f 'Jum il-Mara, u enfasizzat is-sinifikat tagħha biex tisħaq fuq il- kisbiet tan-nisa u l-avvanzi li saru fil-futbol tan- nisa. Hija ddeskriviet Jum il-Mara bħala tfakkira li n-nisa huma kapaċi daqs l-irġiel u l-avvanzi tal-futbol tan-nisa qed juru dan. "Ġranet bħal dawn huma opportunità tajba wkoll għall-midja biex tfakkar lis-soċjetà fil- kisbiet tan-nisa," hija qalet. Lucia rebħet l-Aqwa Plejer Żagħżugħa f 'Malta bħala unur, kif ukoll li kienet parti mill-ewwel proċedura leġiżlattiva kontra r-razziżmu. Kienet l-unika ambaxxatriċi mara Maltija fl-istrateġija kontra r-razziżmu. Hija kellha wkoll l-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha quddiem ambaxxaturi tal-futbol madwar l-Ewropa u qanqlet iktar kuxjenza fuq sfidi razzjali fost oħrajn. Barra minn hekk, fil-ħin liberu tagħha, hija toffri għajnuna fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Far fejn fost l-oħrajn tgħin lill-immigranti jiżviluppaw u jsibu impjieg. Hija qalet li tittama li xi darba toħloq għaqda tal-karità biex tindirizza dawn l-isfidi u tgħin persuni fil-bżonn. "Meta 'tidher' Maltija taffaċċja battalja waħda, dik li tirsisti u taspira, imma ħassejt li kelli nuri li posti huwa mat-tim Nazzjonali Malti, xi ħaġa li nħoss li ħadd m'għandu jħoss, madankollu ħassejtha." Min-naħa l-oħra, għaliha, hija perċezzjoni li għax tkun ta' ċerta razza, allura int tiġri iktar, tkun aktar b'saħħtek jew aktar aggressiva. "Naf plejers li rrakkontaw kif il-klabbs tagħhom kienu diżappuntati għax assumew li għandhom ċertu mod kif jilagħbu, sempliċement minħabba r-razza tagħhom." Mistoqsija dwar kif qed jiġi ttrattat il-futbol Malti tan-Nisa, Lucia kellha rimarki pożittivi. Madankollu, insistiet li jrid isir iktar speċjalment fi kwistjonijiet li huma preżenti wkoll fil-futbol tal-irġiel, ngħidu aħna l-mentalità li l-futbol ma jistax joffri karriera diċenti. Saħqet li jridu jissaħħu l-istituzzjonijiet biex il-plejers lokali jkunu jistgħu javvanzaw fil- karriera tagħhom. Hija kompliet tgħid li b'differenza mill-futbol tal-irġiel, il-futbol tan-nisa għadu qed jiżviluppa. B'hekk qed jagħti opportunità ideali għan-nisa biex javvanzaw u jikbru mal-futbol. 'Il-Gvern injorana għall- pressjoni tal-Knisja, tal- Oppożizzjoni u tal-President' 'L-avvanzi tagħna juru biċ-ċar li aħna kapaċi daqs l-irġiel' F'Jum il-mara: LUIGI SGHENDO jitkellem ma' Maya Lucia, futboler Maltija ta' 20 sena, li qiegħda tilgħab ma' ŽNK Osijek. F'Jum il-mara, ELAINE CAMILLERI tpoġġi ma' Christine Cassar, attivista fi ħdan Moviment Graffitti. Bħala attivista, Christine tistinka ħafna favur il-mara u tiġġieled f'dak li temmen li huwa dritt li jkollha mara speċjalment f'Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024