MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2024, fil-Knisja Santa Marija ta' Ġesù tal-Belt Valletta (Ta' Ġieżu) tal- Patrijiet Franġiskani se ssir espożizzjoni unika tal-Kurċifiss Mirakoluż, magħruf bħala Ta' Ġieżu, flimkien mar-Relikwa tad-Demm ta' San Franġisk ta' Assisi. Il-Kurċifiss u r-Relikwa se jkunu esposti flimkien għall-qima tal-pubbliku fuq l-artal maġġur bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li matulhom l-Ordni Franġiskan qiegħed ifakkar it-800 anniversarju mill- għoti tal-pjagi lil San Franġisk t'Assisi. Il-Kurċifiss ta' Ġieżu nħadem fis-seklu 17 u wara l-aħħar xogħol ta' restawr u konservazzjoni kien ikkonfermat li nħadem mill-artist Sqalli Fra Innocenzo. L-aħħar li l-Kurċifiss inħareġ fil-Knisja kien fl-2022 fi żmien it-tmiem tal-pandemija tal-Covid-19. Ir-Relikwa tinkludi parti minn garża mċappsa bid- demm li l-patrijiet kienu jużaw biex idewwu l-pjagi ta' San Franġisk. Ir-relikwa kienet inġiebet Malta fl- 1742 u kienet irregalata lill-Patrijiet Franġiskani minn Monsinjur Paolo Alpheran de Bussan, li serva bħala Isqof ta' Malta bejn l-1728 u l-1757. Dakinhar, mis-7am sa 12pm se tkun iċċelebrata quddiesa kull siegħa. Il-quddiesa tal-10:00am se tkun immexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-knisja se tibqa' miuħa sat-8:00pm, b'quddiesa tiġi ċċelebrata wkoll fil-5.00pm u oħra fis-6.15pm immexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Ramon Farrugia OFM. Saċerdoti se jkunu disponibbli għas-Sagrament tal-Qrar matul il-ġurnata kollha. Matul il-ġurnata ta' din l-espożizzjoni se jkunu qed jitqassmu santi b'biċċiet tat-tajjar mimsusa ma' dan il-Kurċifiss mirakoluż. Matul l-istess ġurnata, il-pubbliku se jkollu ċans igawdi wkoll ix-xogħol ta' restawr li qiegħed isir fuq opri ġewwa kif ukoll fuq barra ta' din il-knisja. Espożizzjoni tal-Kurċifiss Mirakoluż u tar-Relikwa tad- Demm ta' San Franġisk t'Assisi Il-Katidral tal-Imdina jilqak għal Missa Brevis, kompożizzjoni tas-seklu 16 Wara s-suċċess tal-kunċert imtella' minn Mons. Marco Frisina "La Societá Nazionale la Valette", se jkun qed jiġi organizzat kunċert ieħor din id-darba fil-Katidral Metropolitan ta' San Pawl, l-Imdina. Għall-ewwel darba ġo Malta, il-kompożitur ta' fama internazzjonali Olandiż, Jacob de Haan, se jippreżenta l-famuża Missa Brevis, kompożizzjoni qasira li tmur lura għas-seklu 16. Din tindaqq fil-knejjes biex tingħata qima u glorja 'l Alla. Din il-kompożizzjoni se tkun akkumpanjata minn biċċiet mużikali oħra relatati ma' żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira. Din il-lejla se tkun akkumpanjata mal-ilħna tas- soprani rinomati Rosabelle Bianchi, Bartione Louis Andrew Cassar, Coro bel Canto mmexxi minn Hermann Farrugia Frantz u l-vjolinist George Curmi l-Pusè. Il-kunċert se jittella' nhar is-16 ta' Marzu mit-8pm sal-9:45pm, fil-Katidral Metropolitan ta' San Pawl fl-Imdina. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq www. showshappening.com kif ukoll mill-każin tal-banda fil-Belt Valletta, Triq ir-Repubblika. Jekk tixtieq tikseb aktar informazzjoni tista' tibgħat email fuq lavaletteband1874@ gmail.com jew ċempel fuq 7988 2828. Il-Kurċifiss u r-Relikwa se jkunu esposti flimkien Il-kompożitur Jacob de Haan, se jippreżenta l-famuża Missa Brevis, kompożizzjoni qasira li tmur lura għas-seklu 16

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024