MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-produzzjoni BAĦĦ, imħejjija mill-għaqda teatrali DWAL ĠODDA, qed tħejji festa teatrali għall-qabel il-Ġimgħa Mqaddsa. Il-produzzjoni tifli lill- bniedem post-Modern u tistaqsi jekk jeħtiġlux jitneżża' mill-ħafna qoxriet bla fejda li libes, li jasal sal-BAĦĦ, biex imbagħad iterraq it-triq fejn jista' jiskopri hu min hu. Kulħadd jiġuh mumenti fejn iħoss BAĦĦ jgħawwar ġo fih. Fin-niket u wġigħ ġieli jġarrab il-BAĦĦ li ma jafx fejn se jagħti rasu. Ġieli wkoll meta f 'xi festa 'jgħaddi kollox' jinħass baħħ li donnu kollox tar mar-riħ. Dan is-sentiment ħassu Abram meta ma setax ikollu tfal, minkejja li Alla wiegħdu li suppost kellu jkollu iben. Ħassu iktar meta dan seħħ, imbagħad intalab li joffrih sagrifiċċju. Marija, għal ftit, ħasset il- BAĦĦ ta' min ma jistax jifhem. Il-Lhud ħassewh meta riedu jagħmlu lin-Nazzarenu sultan u ħarbilhom. U l-għajta nbidlet minn 'OSANNA' għal 'SALLBU'. Dan jista' jfisser li, quddiem dak li jitqies bħala "l-kobor ta' Alla", dak li jkun jeħtieġ jiżvojta mix-xenqat u x-xewqat tiegħu. Iebes dal-proċess. Mhux lakemm tifhmu, aħseb u ara tgħixu. Jista' jkun li hawn joqgħod il-kliem: 'Ħa jsir minni skont kelmtek' u 'Mhux li rrid jien imma li trid int'. Biex jinħoloq ambjent ta' familja u sens ta' komunità se jsiru erba' rappreżentazzjonijiet żgħar tal-produzzjoni BAĦĦ fl-Ispazju Teatrali ta' Ħal Għargħur. Jekk interessat/a, irriserva postok minn qabel peress li postijiet huma limitati. BAĦĦ se jsir mill-20 sat-23 ta' Marzu fis-7.30pm u nhar Ħadd il-Palm, 24 ta' Marzu fit- 3.00pm. Għal aktar informazzjoni idħol fuq il-paġna ta' Facebook, DWAL ĠODDA . BAĦĦ: Festa Teatrali f'Ħal Għargħur MOVIMENTO hija serje ta' ħames taħditiet pubbliċi u interattivi ppreżentati mill-perspettiva ta' artisti 'l barra miż-żfin. F'forma ta' għanja u arti, MOVIMENTO jistieden lill- udjenza jaqsmu l-esperjenzi tagħhom relatati ma' arti, żfin u kant. Għal darb'oħra, f 'dan l-istaġun, ħames artisti se jużaw il-ħiliet artistiċi tagħhom bħala lenti biex jesploraw il-moviment taż-żfin u l-proċess tal- koreografija. Għat-tielet appuntament tul dan il- ħames staġun, Claire Tonna, kantanta u kittieba tal-lirika, se tkun qed taqsam tekniki relatati mal-kitba tal- kanzunetti u l-arti li tittrasforma l-ħsieb f 'espressjoni artistika. Se jsir workshop li fih Claire se taqsam għodda li jsaħħu l-ġenwinità u n-narrattiva emozzjonali fl-arti. Claire ilha f 'dan il-qasam għal dawn l-aħħar għoxrin sena, fejn dehret f 'teatri, festivals, u anke sptarijiet. Fl- 2019 rebħet it-titlu u l-premju tal-Best Singer/Songwriter Ewropew ippremjat mit-Tour Music Fest, Sony (l-Italja) u l-Berklee College minn Boston, l-Istati Uniti. Dan l-avveniment se jseħħ nhar l-24 ta' Marzu 2024 fis-18:30-19:45pm fl- istudjo ta' ŻfinMalta Studios. Persuni minn 12-il sena 'l fuq huma mistidnin jattendu għall-prezz ta' €5 biss, bil- biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq www. showshappening.com. Il-kantanta u kantawtriċi Claire Tonna f'MOVIMENTO Il-produzzjoni tifli lill-bniedem post-Modern u tistaqsi jekk jeħtiġlux jitneżża' mill-ħafna qoxriet bla fejda li libes

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024