Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
Is-serje oriġinali ta' films ta' Dr Kildare hija din: 1937 – Internes Can't Take Money; bl-atturi Joel McCrea, Barbara Stanwyck, u Lloyd Nolan. Film tal- Paramount Pictures dwar Dr Kildare li m'għandux rabta mas-serje twila tal- M.G.M. Taħlita ta' drama medikali u ndħil mill-gangsters. 1938 – Young Dr Kildare; jaħdmu Lew Ayres, Lionel Barrymore, u Lynne Carver. Dr. Kildare jiggradwa minn skola tal-mediċina u jrid jiddeċiedi jekk jaħdimx fil-kampanja jew fil-belt ġo sptar kbir bħal Blair General Hospital. 1939 – Calling Dr. Kildare; jidhru Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, Lana Turner, Lynne Carver u Alma Kruger. Dr. Kildare jiġi f 'inkwiet mal-pulizija meta jikkura gangster u jinnamra ma' oħtu (Lana Turner). 1939 – e Secret of Dr Kildare; bl- atturi Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, Lionel Atwill, u Alma Kruger. Iż-żagħżugħ tabib jipprova jikkura tfajla fil-waqt li jipprova wkoll iġiegħel lill-istinat Dr Gillispie jieħu vaganza. 1940 – Dr Kildare's Strange Case; jaħdmu Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, u Alma Kruger. Dr Kildare juża trattament bix-xokkijiet u teknika oħra moderna biex ifejjaq pazjent miġnun. 1940 – Dr Kildare Goes Home; jidhru Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day u Alma Kruger. Kildare jitlef iċ-ċans li jsir l-assistent ta' Dr Gillispie meta jmur jgħin lit-tabib missieru fil-klinika tiegħu ffullata bin- nies f 'belt żgħira. Arthur O'Connell jidher bħala student mediku. 1940 – Dr Kildare's Crises; bl- atturi Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, Gene Lockhart, u Robert Young. Minħabba li jsib il-possibbiltà ta' epilessija f 'ħu l-għarusa tiegħu, iż- żwieġ ta' Kildare jkun jinsab fi kriżi. 1941 – e People vs Dr. Kildare; jaħdmu Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, Bonita Granville, Alma Kruger u Red Skelton. F'din il-produzzjoni ta' ħafna paroli, iż-żagħżugħ mediku jsib libell kontrih li m'għamilx xogħlu tajjeb meta opera fuq sieq ta' żeffiena ta' fuq is-silġ. 1941 – Dr Kildare's Wedding Day; insibu l-atturi Lew Ayres, Lionel Barrymore, Laraine Day, Red Skelton u Alma Kruger. In-namrata ta' Kildare (Laraine Day) tintlaqat minn traġedja. L-aktar film b'atmosfera oskura ta' din is-serje. 1942 – Dr Kildare's Victory; jidhru Lew Ayres, Lionel Barrymore, Alma Kruger u Barry Nelson. (Fil-film ta' qabel, Laraine Day ħalliet din is- sensiela għax l-M.G.M. kienu qed irawmuha għall-produzzjonijiet aqwa, fosthom films mużikali). Għalhekk, Dr Kildare għadu sogħbien għall- mewt tagħha u jsir iħobb pazjenta tal-klassi soċjali għolja. Lew Ayres ukoll ma ħadimx aktar din il-parti. 1942 – Calling Dr Gillispie; bl- atturi Lionel Barrymore, Philip Dorn, Donna Reed u Alma Kruger. B'Lew Ayres iħalli l-parti ta' Dr Kildare, din is-serje tkompli bit-Tabib Gillispie u jkollu assistent ġdid (Dorn). Dr Gillispie jkun attakkat minn miġnun b'tendenzi li joqtol. F'parti żgħira tidher Ava Gardner. 1942 – Dr Gillispie's New Assistent; Lew Barrymore, Van Johnson, Susan Peters, Alma Kruger u Richard Quine. Tliet tobba jidhru quddiem Dr Gillispie biex jara min minnhom se jidħol flok Dr Kildare bħala l-assistent tiegħu. Susan Peters u Richard Quine fir-realtà żżewġu fis- sena ta' wara. 1943 – Dr Gillispie's Criminal Case; jaħdmu Lionel Barrymore, Van Johnson, Marilyn Maxwell, Donna Reed u Alma Kruger. Gillispie jipprova jgħin lil wieħed mixli bi qtil biex jistabillixxi l-innoċenza tiegħu. Film serju li għen lil Van Johnson u Donna Reed fil-karriera tagħhom. Iċ-ċkejkna Margaret O'Brien tidher ukoll. 1944 – ree Men in White; jidhru Lionel Barrymore, Van Johnson, Marilyn Maxwell, Keye Luke, Ava Gardner u Alma Kruger. Isiru ħafna sforzi oħrajn f 'din is-serje ta' estensjoni ta' Dr Kildare biex Gillispie jaħtar l-assistent tiegħu. 1944 – Between Two Women; bl-atturi Lionel Barrymore, Van Johnson, Gloria De Haven, Keenan Wynn, Marilyn Maxwell, Keye Luke, u Alma Kruger. Issa l-protagonist ikun Dr Adams (Johnson) li jsir iħobb żewġ nisa. 1947 – Dark Delusion; Lionel Barrymore, James Craig, Lucille Bremer u Alma Kruger. Is-serje ta' Dr Kildare/Dr Gillispie waslet fl- aħħar b'din il-puntata ineffiċjenti fejn Dr Gillispie jkollu assistent ġdid (Craig) li fl-ewwel każ tiegħu jittratta mara soċjevoli li l-familja tagħha trid issakkarha fi sptar tal-moħħ. Serje oħra tat-TV, e Young Dr Kildare, dehret fl-1972. L-atturi huma Mark Jenkins bħala Dr Kildare u Gary Merrill bħala Dr Gillispie. Din damet tintwera biss sena b'24 episodju. 14 films IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Carmel Bonnici Dr Kildare – tabib fittizju f'serje ta' films popolari (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA