MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 għexu għaxar persuni ... Dik hi ġustizzja soċjali' TEMMEN LI HEMM XI ĦAĠA XI SSIR BIEX DAWK LI GĦANDHOM AKKOMODAZZJONI SOĊJALI EVENTWALMENT IQUMU FUQ SAQAJHOM? Illum il-ġurnata l-akkomodazzjoni soċjali u anke d-dimensjoni tiegħu qed jinbidel. Niakar żmien fejn l-akkomodazzjoni, qabel fis-sebgħinijiet, taħt il-perit Mintoff kien invoga, naħseb li kien ixxurtjat. Żmien wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-art stajt tieħu minnha kemm trid, inbnew dawk il-blokok fejn daħħal ħafna nies. Naħseb dak iż-żmien kien hawn iktar blokok milli nies jistennew akkomodazzjoni ... imma anke l-mod ta' kif kienet tingħata akkomodazzjoni. Illum hawn ħafna restrizzjonijiet. Illum biex wieħed japplika għall- akkomodazzjoni, jekk inti koppja, trid taqla' inqas minn 12,000 fis-sena. Għidli it fejn tista' tasal illum bi 12,000 bil-ħajja dejjem qed togħla? Għalhekk nemmen li l-akkomodazzjoni soċjali hija parti kruċjali anke fejn tmiss mal-faqar. Illum anke l-ikel sar parti essenzjali fejn wieħed ma jkollux ikel fid- dar jew jaffordja li jixtri. Jien nemmen li biex tingħata akkomodazzjoni, il-Ministru u l-Prim Ministru ma jidħolx f 'dawn l-affarijiet u għandu jkun hemm bord trasparenti fejn dawk l-iktar li għandhom bżonn huma l-iktar nies li għandhom jingħataw. Naf min qed jgħix totalment fil-faqar jew għax ma kienx jaffordja l-kera spiċċa barra fit-triq. In-numri ma tkunx taf bihom. Riċerki ma jaqbduhomx lil dawn in-nies għax m'għandhomx indirizz. B'nies li nafu li kuljum jiġġerrew barra minn soup kitchen għall-oħra, mill- informazzjoni li għandi hemm madwar 300 ruħ hemm barra fit-triq. Jien ngħidlek li hemm iktar għax hemm persuni b'qalb tajba li jgħinu kemm jistgħu u jifilħu f 'dan ir-rigward. KEMM HI REALI L-ESKLUŻJONI SOĊJALI F'PAJJIŻNA? Anke titkellem mal-għalliema. Il-Gvern aħar bl-Iskema 9. Huwa tajjeb li hemm din l-iskema imma n-numru huwa allarmanti. Dan ifisser li dak li mhux jieħdu mid-dar, it-tfal qed jiħduh l-iskola. Bosta għalliema jkellmuni jgħiduli se jorganizzaw tali ħarġa u studenti ma jkunux jistgħu jmorru jew m'għandhomx biex iħallsu lanqas għall-photocopies. Dik mhijiex esklużjoni soċjali fit-tfal tagħna? Anke fil-kbar. Naf li persuni ma joħorġux ma' tax-xogħol għax ma jaffordjawx, jew jieklu it ħaxix imbagħad il-kont jinqasam bejnietna u jiġihom €40. Minħabba f 'hekk dawn il-persuni li ma jmorrux. Dik mhux ukoll esklużjoni soċjali? Hemm min ma jaffordjax €40. INTI KONT LI PPROPONEJT LI JKOLLNA SISTEMA TA' OPT-OUT DONATION. GĦALIEX? Illum is-sistema hija opt-in, jiġifieri wieħed irid li jirreġistra biex jagħti l-organi wara mewtu. Aħna qegħdin nissuġġerixxu illi inti, bil-kontra, tirreġistra biex ma tagħtix l-organi wara mewtek. Nemmen illi mhux biżżejjed, għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-edukazzjoni u l-kampanja edukattiva hija importanti ħafna mhux biex tiem biss il-ġmiel tagħha imma tiem ukoll kemm tista' tkun utli anke wara mewtek għal ħaddieħor. SAL-2022 KIEN HEMM IKTAR MINN 27,000 DONATUR IRREĠISTRAT. TAĦSEB LI L-OPT OUT SYSTEM SE TAFFETTWA FIŻ- ŻIEDA TA' DONATURI? L-Ingilterra għamlu progress, u anke Spanja. Jiena naħseb fir-renal unit għandna madwar 360 pazjent li jieħdu r-renal. Din lill-Gvern tiswih €24,000 fis-sena. Kieku dawk it-360 jonqsu, dawk l-€24,000 kemm nagħmlu xogħol bihom? Kemm isir ġid fil-pajjiż! Il-problema mhix dik, il-problema hija li jekk tkun pazjent u tkun qed tistenna fil-lista ta' stennija għall- organu trid tgħaddi minn tbatija u weġgħa. Naf nies li mietu u naf ukoll deċiżjoni ta' ġenituri li mietet it-tifla tagħhom, Marie erese Pisani, li bis-saħħa tagħhom għexu għaxar persuni. Dak hu s-sabiħ. Dik hi ġustizzja soċjali. Bosta għalliema jkellmuni jgħiduli se jorganizzaw tali ħarġa u studenti ma jkunux jistgħu jmorru jew m'għandhomx biex iħallsu lanqas għall-photocopies. Dik mhijiex esklużjoni soċjali fit-tfal tagħna? Ivan Bartolo intervistat mill-Gazzetta ILLUM (Ritratt: James Bianchi / ILLUM)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024